+4.2. Esklużjoni mill - kamp ta’ applikazzjoni tar - Regolament (UE) 2023/1113 u derogi
---+15. Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li jistabbilixxu fil - politiki u fil - proċeduri tagħhom il - mod …
---+16. Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li jipproċessaw trasferiment ta’ fondi jew kriptoassi bħala …
---+17. Il- PSP jenħtieġ li jkollhom fis - seħħ politiki u proċeduri biex jidentifikaw trasferimenti li …
---+18. Il- PSP jenħtieġ li jipproċessaw bħala konnessi t - trasferimenti li: a) jitwettqu …
---+19. Fil - politiki u l - proċeduri tagħhom, il - PSP jenħtieġ li jistabbilixxu: a) x’jikkostitwixxi …
---+20. Il- PSP jenħtieġ li jiddeterminaw jekk trasferiment huwiex konness mal - mument li fih it - …

4.2. Esklużjoni mill - kamp ta’ applikazzjoni tar - Regolament (UE) 2023/1113 u derogi

Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
15. Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li jistabbilixxu fil - politiki u fil - proċeduri tagħhom il - mod …

Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li jistabbilixxu fil - politiki u fil - proċeduri tagħhom il - mod kif se jiddeterminaw jekk il - kundizzjonijiet għall - applikazzjoni tal - esklużjonijiet jew tad - derogi stabbiliti fl - Artikolu 2 tar - Regolament (UE) 2023/1113 humiex issodisfati. Il - PSP u s - CASP li ma jkunux jistgħu jistabbilixxu s - sodisfar li dawk il - kundizzjonijiet huma ssodisfati jenħtieġ li jikkonformaw mar - Regolament (UE) 2015/847 fir -rigward tat- trasferimenti kollha ta’ fondi.

4.2.1. Determinar jekk kard, strument jew apparat jintużawx esklużivament biex jitħallsu oġġetti jew servizzi kif imsemmi fl - Artikolu 2(3), il - punt (a), u (5), il -punt (b), tar - Regolament (UE) 2023/1113 Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi

16. Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li jipproċessaw trasferiment ta’ fondi jew kriptoassi bħala …

Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li jipproċessaw trasferiment ta’ fondi jew kriptoassi bħala pagament għal oġġetti jew servizzi meta t - trasferiment isir minn konsumatur (xerrej) lil negozjant (bejjiegħ) bi skambju għax - xiri ta’ oġġetti jew għall - forniment ta’ servizzi. Sabiex jiġi ddeterminat jekk kard, strument jew apparat jintużawx esklużivament biex jitħallsu oġġetti je w servizzi, il - PSP u s - CASP jenħtieġ li jistabbilixxu li tiġi ssodisfata mill - inqas waħda mill - kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a) jekk il- funzjonalità tal -kard, tal- istrument jew tal - apparat użati hijiex ristretta biex isir pagament għal oġġetti jew servizzi;
  • b) jekk kodiċi tal - kategorizzazzjoni tan - negozjant huwiex assenjat lill - konsumaturi, inkluż il- Kodiċi tal - Kategorija tan - Negozjanti (MCC) tal - iskemi ta’ kards ta’ pagament, li jintuża biex jiġi kkategorizzat it - tip ta’ oġġetti jew servizzi mibjugħa;
  • c) jekk il- konsumatur huwiex impenjat f’attività ekonomika jew professjonali, irrispettivament mill - forma ġuridika tagħha, bl - użu ta’ informazzjoni miġbura għall - finijiet tal - Artikolu 13 tad - Direttiva (UE) 2015/849, jekk disponibbli, jew informazzjoni aċċessibbli permezz ta’ fornituri terzi jew f’sorsi disponibbli għall - pubbliku; u
  • d) l- analiżi tal - PSP jew tas - CASP tax - xejriet u tal - imġiba, inklużi l - istorja u x - xejriet tat - trasferiment, tippermetti biex jiġi jiddetermina jekk il - pagatur u l - oriġinatur jagħmlux pagamenti għal oġġetti jew servizzi, jew il - prenditur u l - benefiċjarju jirċevux pagamenti għal oġġetti jew servizzi.

4.2.2. Trasferimenti konnessi b’rabta mal - livell limitu ta’ EUR 1 000 kif imsemmi fl - Artikoli 2(5), il - punt (c), 5(2), 6(2) u 7(3) tar - Regolament (UE) 2023/1113

Trasferiment ta’ fondi

17. Il- PSP jenħtieġ li jkollhom fis - seħħ politiki u proċeduri biex jidentifikaw trasferimenti li …

Il- PSP jenħtieġ li jkollhom fis - seħħ politiki u proċeduri biex jidentifikaw trasferimenti li jidhru li huma konnessi.

18. Il- PSP jenħtieġ li jipproċessaw bħala konnessi t - trasferimenti li: a) jitwettqu …

Il- PSP jenħtieġ li jipproċessaw bħala konnessi t - trasferimenti li:

  • a) jitwettqu f’operazzjoni waħda jew f’bosta tranżazzjonijiet; u
  • b) jintbagħtu mill - istess pagatur lill - istess prenditur, f’perjodu ta’ żmien qasir; jew
  • c) jintbagħtu minn pagatur wieħed lil prendituri differenti jew minn pagaturi differenti lill - istess prenditur f’perjodu ta’ żmien qasir; inklużi każijiet fejn jintużaw kontijiet differenti li jappartjenu għall - istess persuna jew isiru tranżazzjonijiet differenti maħsuba għall - istess persuna, fejn dik l - informazzjoni tkun magħrufa mill - PSP.
19. Fil - politiki u l - proċeduri tagħhom, il - PSP jenħtieġ li jistabbilixxu: a) x’jikkostitwixxi …

Fil - politiki u l - proċeduri tagħhom, il - PSP jenħtieġ li jistabbilixxu:

  • a) x’jikkostitwixxi perjodu ta’ żmien qasir għal tipi differenti ta’ trasferimenti; il - PSP jenħtieġ li jiddeterminaw dan il - perjodu ta’ żmien b’mod li jkun proporzjonali mar -riskju ta’ ML/TF li n - negozju tagħhom ikun espost għalih, abbażi tal - valutazzjonijiet tar-riskju li jkunu wettqu f’konformità mal -Linji Gwida tal-EBA dwar il- Fatturi tar -Riskju ta’ ML/TF5 ;
  • b) il- mod kif se jidentifikaw tentattivi biex jevitaw il - livell limitu jew jevadu d - detezzjoni; u
  • c) kwalunkwe xenarju ieħor li jista’ jwassal ukoll għal tranżazzjonijiet konnessi.

5 EBA/CP/2023/11.

20. Il- PSP jenħtieġ li jiddeterminaw jekk trasferiment huwiex konness mal - mument li fih it - …

Il- PSP jenħtieġ li jiddeterminaw jekk trasferiment huwiex konness mal - mument li fih it - trasferiment ġie ordnat jew mibdi, filwaqt li jitqiesu l - valuri assoluti tiegħu, irrispettivament minn kwalunkwe imposta, li tiġi imposta mill - PSP.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/