+4.2 Il- prinċipji u l - objettivi ġenerali tal -pjan ta’ fidi
---+15. Meta l- emittent ikollu aktar minn ħruġ pendenti wieħed ta’ ARTs jew EMTs, il -pjan ta’ fidi …
---+16. Il-pjan ta’ fidi, abbozzat f’konformità ma’ dawn il-Linji gwida, jista’ jkun fih data personali …
---+17. Jenħtieġ li l -emittenti jfasslu l- pjan ta’ fidi billi jistabbilixxu l -azzjonijiet u l- …
---+18. Għal dan il - għan, il - pjan ta’ fidi għandu jistabbilixxi l -azzjonijiet u l- proċessi …
---+19. Sakemm ma jiġix żvelat mod ieħor fil -white paper dwar il-kriptoassi jew previst fil- liġi …
---+20. Sabiex jiġi żgurat trattament ekwu tad -detenturi kollha tat-tokens kif iddikjarat fil-white …
---+21. L-emittenti tal-ARTs u tal- EMTs soġġetti għar - rekwiżit li jkollhom riżerva ta’ assi għandhom …
---+22. Filwaqt li jitqies li d -detenturi tat- tokens għandhom id - dritt ta’ fidi f’kull ħin u li l …
---+23. Sabiex tiġi żgurata l -effettività tad- dritt ta’ fidi u li ħsara ekonomika eċċessiva ma …
---+24. L- emittenti jenħtieġ li jiċċaraw ukoll fil - pjan ta’ fidi kif tali spejjeż ma jammontawx …
---+25. L- ispejjeż indikati fil - pjan ta’ fidi għandhom ikunu identifikati permezz ta’ proċessi …
---+26. Il-paragrafi 22-25 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall - emittenti li mhumiex soġġetti …
---+27. Sabiex jiġu ssodisfati l -pretensjonijiet tad-detenturi tat- tokens b’mod ekwu u biex tiġi …
---+28. Għal dan il - għan, l - emittent għandu jiżviluppa xenarji ta’ fidi taħt kundizzjonijiet …
---+29. B’kont meħud tar - rekwiżit li l - eżekuzzjoni tal - pjan ta’ fidi ma għandhiex taffettwa l …
---+30. Meta jiżviluppaw xenarji bħal dawn, l - emittenti soġġetti għar - rekwiżit li jżommu riżerva …
---+31. Ix - xenarji ta’ fidi għandhom jirriflettu fidi f’negozju avvjat, fil - każ ta’ proċedimenti …
---+32. Għall -fini tal- iżvilupp ta’ strateġiji ta’ likwidazzjoni, l - emittenti jistgħu jikkunsidraw …
---+33. Il-paragrafi 31 u 32 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall - emittenti li mhumiex soġġetti …
---+34. L- emittenti għandhom jiżguraw li l -pjan ta’ fidi jistipula b’mod prammatiku u operazzjonali …
---+35. Il-pjan tal- fidi għandu jinkludi wkoll ippjanar komprensiv u organizzat tal - fażijiet u l …
---+36. Il- fażijiet għall -implimentazzjoni ordnata tal- pjan għandhom jinkludu: i. azzjonijiet ta’ …
---+37. Il- pjan ta’ fidi għandu jindika kull fażi u pass fejn l- obbligi għall - ġlieda kontra l …
---+38. Sabiex jiġi ssodisfat ir - rekwiżit li l - pjan ta’ fidi jiġi implimentat b’mod f’waqtu, l - …
---+39. Jenħtieġ li l -emittent jindika fil-pjan ta’ fidi l- arranġamenti previsti biex tiġi żgurata l …
|
4.2 Il- prinċipji u l - objettivi ġenerali tal -pjan ta’ fidi
4.2 Il- prinċipji u l - objettivi ġenerali tal -pjan ta’ fidi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
15. Meta l- emittent ikollu aktar minn ħruġ pendenti wieħed ta’ ARTs jew EMTs, il -pjan ta’ fidi …
|
Meta l- emittent ikollu aktar minn ħruġ pendenti wieħed ta’ ARTs jew EMTs, il -pjan ta’ fidi ta’ kull token ART jew EMT jenħtieġ li jindirizza b’mod xieraq l -interkonnettività bejn ARTs u/jew EMTs pendenti.
|
|
16. Il-pjan ta’ fidi, abbozzat f’konformità ma’ dawn il-Linji gwida, jista’ jkun fih data personali …
|
Il-pjan ta’ fidi, abbozzat f’konformità ma’ dawn il-Linji gwida, jista’ jkun fih data personali dwar diretturi, partijiet terzi jew detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin. F’konformità mal- prinċipju tal - minimizzazzjoni tad- data stabbilit fl-Artikolu 5(1), l-ittra (c) tar-Regolament (UE) 2016/6793 , tali data personali għandha tkun dik meqjusa bħala meħtieġa u suffiċjenti. Meta jfasslu l -pjanijiet ta’ fidi u/jew meta jivvalutaw il-pjan ta’ fidi, l-emittenti u l-awtoritajiet kompetenti, rispettivament, jenħtieġ li jikkonformaw mad - dispożizzjonijiet rilevanti ta r-Regolament (UE) 2016/679. Barra minn hekk, skont il- prinċipji tal -protezzjoni tad- data , tali data personali għandha tinżamm għal mhux aktar milli jkun meħtieġ. Trattament ekwu u l- ebda ħsara ekonomika bla bżonn
3 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir -rigward tal- ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data , u li jħassar id -Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il -Protezzjoni tad- Data ), (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
|
|
17. Jenħtieġ li l -emittenti jfasslu l- pjan ta’ fidi billi jistabbilixxu l -azzjonijiet u l- …
|
Jenħtieġ li l -emittenti jfasslu l- pjan ta’ fidi billi jistabbilixxu l -azzjonijiet u l- proċess bil - ħsieb li jiżguraw trattament ekwu tad -detenturi kollha tat-tokens, u l-protezzjoni tad-dritt ta’ fidi marbut mat-token kif deskritt fil-white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Anness II u l-Anness III tar- Regolament (UE) 2023/1114, rispettivament għal ART u għal EMT.
|
|
18. Għal dan il - għan, il - pjan ta’ fidi għandu jistabbilixxi l -azzjonijiet u l- proċessi …
|
Għal dan il - għan, il - pjan ta’ fidi għandu jistabbilixxi l -azzjonijiet u l- proċessi relatati biex jiżgura fost affarijiet oħra r -rispett tal- ħin u l - metodu previst biex jiġi ssodisfat id -dritt ta’ fidi skont ir-Regolament (UE) 2023/1114 u l-white paper.
|
|
19. Sakemm ma jiġix żvelat mod ieħor fil -white paper dwar il-kriptoassi jew previst fil- liġi …
|
Sakemm ma jiġix żvelat mod ieħor fil -white paper dwar il-kriptoassi jew previst fil- liġi nazzjonali applikabbli, il- pjan ta’ fidi għandu jassumi li d -detenturi kollha tat-tokens bl-istess token li jista’ jinfeda huma ttrattati bl-istess mod u jikklassifikaw pari passu .
|
|
20. Sabiex jiġi żgurat trattament ekwu tad -detenturi kollha tat-tokens kif iddikjarat fil-white …
|
Sabiex jiġi żgurat trattament ekwu tad -detenturi kollha tat-tokens kif iddikjarat fil-white paper dwar il-kriptoassi, l- emittent għandu jinkludi fil -pjan ta’ fidi kif il-fidi individwali ta’ pretensjonijiet ser tiġi sospiża mal-adozzjoni tad- deċiżjoni tal -awtorità kompetenti li tiskatta l-implimentazzjoni tal- pjan ta’ fidi għall -fidi ordnat u kollettiva tat- tokens. Għal dan l - għan, l - emittent jenħtieġ li jqis id- dispożizzjonijiet fil -white paper dwar il-kriptoassi u l- liġi applikabbli, inkluż l -Artikolu 46, il-paragrafi (3) u (4), tar-Regolament (UE) 2023/1114 u l- liġi nazzjonali dwar l -insolvenza. Allokazzjoni tar - riżerva ta’ assi biex jiġu ssodisfati l - pretensjonijiet ta’ fidi tad - detenturi tat- tokens
|
|
21. L-emittenti tal-ARTs u tal- EMTs soġġetti għar - rekwiżit li jkollhom riżerva ta’ assi għandhom …
|
L-emittenti tal-ARTs u tal- EMTs soġġetti għar - rekwiżit li jkollhom riżerva ta’ assi għandhom jiżviluppaw il - pjan ta’ fidi fuq il - preżunzjoni li r - riżerva li jifdal ta’ assi li huma l - bażi tal -ART jew l-EMT rilevanti ser tintuża għall - benefiċċju tal -pretensjonijiet ta’ fidi tad-detenturi kollha tat-tokens meta l- emittent jiġi vvalutat mill - awtorità kompetenti bħala li mhuwiex kapaċi jew x’aktarx li ma jkunx jista’ jwettaq l - obbligi tiegħu lejn dawn id - detenturi. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad -dritt tad-detenturi tat-tokens li l-porzjon tal- pretensjoni tagħhom (jekk ikun hemm) li jibqa’ mhux issodisfat bil -likwidazzjoni tal- bqija tar - riżerva ta’ assi, jenħtieġ li jiġi ssodisfat mill -emittent f’konformità mal- liġi applikabbli, inkluża l - liġi applikabbli dwar l - insolvenza.
|
|
22. Filwaqt li jitqies li d -detenturi tat- tokens għandhom id - dritt ta’ fidi f’kull ħin u li l …
|
Filwaqt li jitqies li d -detenturi tat- tokens għandhom id - dritt ta’ fidi f’kull ħin u li l -pjan ta’ fidi ma jistax jimponi ħsara ekonomika bla bżonn fuq id -detenturi tat-tokens, il- pjan ta’ fidi għandu jindika kif l- ispejjeż għall -implimentazzjoni tal-pjan ta’ fidi – bħal pereżempju fil - ħatra ta’ konsulenti jew intermedjarji, jew b’konnessjoni mal-likwidazzjoni tar- riżerva tal -assi – se jiġu koperti.
|
|
23. Sabiex tiġi żgurata l -effettività tad- dritt ta’ fidi u li ħsara ekonomika eċċessiva ma …
|
Sabiex tiġi żgurata l -effettività tad- dritt ta’ fidi u li ħsara ekonomika eċċessiva ma taffettwax lid - detenturi tat-tokens, l- emittent għandu jiżgura fil -pjan ta’ fidi li l- ispejjeż għal -likwidazzjoni tar-riżerva ta’ assi jew li jkunu marbuta mod ieħor mal -implimentazzjoni tal- pjan ta’ fidi jistgħu jiġu allokati biss għar -rikavati tal-likwidazzjoni tar- riżerva ta’ assi wara li jitwarrab l - ammont biex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet ta’fidi tad-detenturi tat-tokens rilevanti.
|
|
24. L- emittenti jenħtieġ li jiċċaraw ukoll fil - pjan ta’ fidi kif tali spejjeż ma jammontawx …
|
L- emittenti jenħtieġ li jiċċaraw ukoll fil - pjan ta’ fidi kif tali spejjeż ma jammontawx, anki indirettament, għal tariffi ta’ fidi, li skont l -Artikoli 39(3) jew 49(6) tar-Regolament (UE) 2023/1114 ma jistgħux jiġu imposti fuq id -detenturi tat-tokens, ming ħajr preġudizzju għall - Artikolu 46(1)(a) tar-Regolament (UE) 2023/1114.
|
|
25. L- ispejjeż indikati fil - pjan ta’ fidi għandhom ikunu identifikati permezz ta’ proċessi …
|
L- ispejjeż indikati fil - pjan ta’ fidi għandhom ikunu identifikati permezz ta’ proċessi trasparenti, ikunu raġonevoli u debitament ġustifikati.
|
|
26. Il-paragrafi 22-25 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall - emittenti li mhumiex soġġetti …
|
Il-paragrafi 22-25 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall - emittenti li mhumiex soġġetti għall - obbligu li jżommu riżerva ta’ assi, sal -punt konsistenti mal- leġiżlazzjoni settorjali applikabbli. Likwidazzjoni tar - riżerva ta’ assi
|
|
27. Sabiex jiġu ssodisfati l -pretensjonijiet tad-detenturi tat- tokens b’mod ekwu u biex tiġi …
|
Sabiex jiġu ssodisfati l -pretensjonijiet tad-detenturi tat- tokens b’mod ekwu u biex tiġi evitata ħsara ekonomika bla bżonn, jenħtieġ li l - emittenti ta’ ARTs jew ta’ EMTs soġġetti għar - rekwiżit li tinżamm riżerva ta’ assi jiżviluppaw il -pjan ta’ fidi bl- għan li tiġi żgurata l -massimizzazzjoni tar-rikavat mil-likwidazzjoni tal- bqija tar - riżerva ta’ assi f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.
|
|
28. Għal dan il - għan, l - emittent għandu jiżviluppa xenarji ta’ fidi taħt kundizzjonijiet …
|
Għal dan il - għan, l - emittent għandu jiżviluppa xenarji ta’ fidi taħt kundizzjonijiet ordinarji u ta’ stress tas- suq u jistabbilixxi strateġiji ta’ likwidazzjoni filwaqt li jqis il - kompożizzjoni tar - riżerva tal-assi.
|
|
29. B’kont meħud tar - rekwiżit li l - eżekuzzjoni tal - pjan ta’ fidi ma għandhiex taffettwa l …
|
B’kont meħud tar - rekwiżit li l - eżekuzzjoni tal - pjan ta’ fidi ma għandhiex taffettwa l -istabbiltà tas-suq tar - riżerva ta’ assi, tali xenarji u strateġiji jenħtieġ li jqisu l -materjalità tar- riżerva ta’ assi fis - suq sottostanti għal tali assi.
|
|
30. Meta jiżviluppaw xenarji bħal dawn, l - emittenti soġġetti għar - rekwiżit li jżommu riżerva …
|
Meta jiżviluppaw xenarji bħal dawn, l - emittenti soġġetti għar - rekwiżit li jżommu riżerva ta’ assi għandhom iqisu l -politika u l- proċeduri tal - ġestjoni tal -likwidità tal-emittenti kif stabbilit fl-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2023/1114 u kif speċifikat f’konformità mal -Artikolu 45(7)(b) tar-Regolament (UE) 2023/1114 u l-Linji gwida tal-EBA dwar il-parametri referenzjarji komuni tax - xenarji tat -test tal-istress, mandati skont l-Artikolu 45(8) tar-Regolament (UE) 2023/11144 .
4 EBA/GL/2024/08. Disponibbli hawnhekk: Rapport finali dwar il-LG dwar l-ittestjar tal-istress tal-likwidità skont l-Artikolu 45(8) tal-MiCAR (europa.eu).
|
|
31. Ix - xenarji ta’ fidi għandhom jirriflettu fidi f’negozju avvjat, fil - każ ta’ proċedimenti …
|
Ix - xenarji ta’ fidi għandhom jirriflettu fidi f’negozju avvjat, fil - każ ta’ proċedimenti normali ta’ insolvenza skont il- liġi nazzjonali jew fil - każ tal -applikazzjoni tal- istrateġija ta’ riżoluzzjoni li l - emittent ikun soġġett għaliha (jekk applikabbli).
|
|
32. Għall -fini tal- iżvilupp ta’ strateġiji ta’ likwidazzjoni, l - emittenti jistgħu jikkunsidraw …
|
Għall -fini tal- iżvilupp ta’ strateġiji ta’ likwidazzjoni, l - emittenti jistgħu jikkunsidraw li tranżazzjonijiet bħal ftehimiet ta’ riakkwist u tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tas - sigurtà jistgħu jiġu implimentati, jekk ikunu strumentali għall -massimizzazzjoni tar-rikavat, it- tħaffif tal - proċess u l-limitazzjoni tal- impatt fuq is - suq fejn l - assi jiġu nnegozjati.
|
|
33. Il-paragrafi 31 u 32 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall - emittenti li mhumiex soġġetti …
|
Il-paragrafi 31 u 32 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall - emittenti li mhumiex soġġetti għall - obbligu li jżommu riżerva ta’ assi, sal -punt konsistenti mal- leġiżlazzjoni settorjali applikabbli. Implimentazzjoni fil - ħin
|
|
34. L- emittenti għandhom jiżguraw li l -pjan ta’ fidi jistipula b’mod prammatiku u operazzjonali …
|
L- emittenti għandhom jiżguraw li l -pjan ta’ fidi jistipula b’mod prammatiku u operazzjonali l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu immedjatament u fi kwalunkwe każ mingħajr dewmien żejjed mill-emittent mal-adozzjoni tal-awtorità kompetenti tad- deċiżjoni li ti skatta l-implimentazzjoni tal-pjan skont l-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114.
|
|
35. Il-pjan tal- fidi għandu jinkludi wkoll ippjanar komprensiv u organizzat tal - fażijiet u l …
|
Il-pjan tal- fidi għandu jinkludi wkoll ippjanar komprensiv u organizzat tal - fażijiet u l -azzjonijiet relatati meħtieġa għall - implimentazzjoni sħiħa tal -pjan u juri li dawn jiksbu l-fidi b’mod ordnat tad-detenturi kollha tat-tokens u l-konsistenza ta’ dawn l-azzjonijiet mal-white paper dwar il-kriptoassi. Barra minn hekk, il- pjan ta’ fidi jenħtieġ li jitfassal b’mod komprensiv, awtospjegattiv u faċli biex jinftiehem, inkluż għal partijiet terzi.
|
|
36. Il- fażijiet għall -implimentazzjoni ordnata tal- pjan għandhom jinkludu: i. azzjonijiet ta’ …
|
Il- fażijiet għall -implimentazzjoni ordnata tal- pjan għandhom jinkludu: - i. azzjonijiet ta’ segwitu mmedjati għad - deċiżjoni tal -awtorità kompetenti li tiskatta l-pjan ta’ fidi, inkluża l -attivazzjoni tal- proċessi interni jew tal - arranġamenti kuntrattwali għaż - żamma tal-operat tal- attivitajiet kritiċi;
- ii. il-pubblikazzjoni tal- avviż ta’ komunikazzjoni li jinforma lid -detenturi tat-tokens dwar il-proċess u l - iskeda ta’ żmien għas -sottomissjoni tal- pretensjoni ta’ fidi tagħhom u l -kontenut relatat;
- iii. sal- punt li ma tkunx inkluża fil - punt (i) hawn fuq, l -implimentazzjoni tal- istrateġiji ta’ likwidazzjoni għar - riżerva ta’ assi kif artikolata fit - taqsima “Likwidazzjoni tar - riżerva ta’ assi” hawn fuq;
- iv. valutazzjoni tal-pretensjonijiet ta’ fidi;
- v. l- iżvilupp ta’ pjan ta’ distribuzzjoni, jiġifieri l - pjan biex jiġu ssodisfati l -pretensjonijiet ta’ fidi kollha sottomessi u vvalutati b’mod pożittiv, bl - użu tal -ammont totali tar-rikavat mil-likwidazzjoni tar- riżerva ta’ assi għall - emittenti soġġetti għar - rekwiżit li tinżamm riżerva ta’ assi jew, għal emittenti mhux soġġetti għar - rekwiżit li jżommu riżerva ta’ assi, bl - użu tal -fondi disponibbli biex jissodisfaw il -pretensjonijiet ta’ fidi;
- vi. l- arranġamenti u l - iskeda ta’ żmien għas -saldu tal-pretensjonijiet ta’ fidi vvalutati b’mod pożittiv.
|
|
37. Il- pjan ta’ fidi għandu jindika kull fażi u pass fejn l- obbligi għall - ġlieda kontra l …
|
Il- pjan ta’ fidi għandu jindika kull fażi u pass fejn l- obbligi għall - ġlieda kontra l -kriminalità finanzjarja għandhom jiġu ssodisfati għall -finijiet tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ fidi u b’mod partikolari tal- eżekuzzjoni tal - proċess ta’ fidi kif deskritt fit - taqsima ta’ hawn taħt.
|
|
38. Sabiex jiġi ssodisfat ir - rekwiżit li l - pjan ta’ fidi jiġi implimentat b’mod f’waqtu, l - …
|
Sabiex jiġi ssodisfat ir - rekwiżit li l - pjan ta’ fidi jiġi implimentat b’mod f’waqtu, l - emittent għandu jikkunsidra: - i. il- ħtieġa li tiġi żgurata tħejjija adegwata biex tiġi appoġġata l -adozzjoni mill-emittent ta’ azzjoni prammatika u operazzjonali immedjatament u fi kwalunkwe każ mingħajr dewmien żejjed wara d - deċiżjoni tal -awtorità kompetenti li tiskatta l-implimentazzjoni tal-pjan skont l-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114;
- ii. iż - żmien raġonevoli biex jiġu implimentati l - istrateġiji ta’ likwidazzjoni deskritti fit - taqsima dwar il-“Likwidazzjoni tar- riżerva tal -assi”;
- iii. il- ħin raġonevoli allokat lid -detenturi tat- tokens sabiex jippreżentaw il -pretensjoni ta’ fidi tagħhom kif speċifikat fil -paragrafi 53-56 hawn taħt;
- iv. iż - żmien meħtieġ għall -verifika u s-saldu tal-pretensjoni ta’ fidi;
- v. iż - żmien meħtieġ biex jitlesta l - pjan ta’ distribuzzjoni filwaqt li titqies il - kumplessità tiegħu, inkluż l - għadd ta’ pretensjonijiet ta’ fidi li ġew sottomessi.
|
|
39. Jenħtieġ li l -emittent jindika fil-pjan ta’ fidi l- arranġamenti previsti biex tiġi żgurata l …
|
Jenħtieġ li l -emittent jindika fil-pjan ta’ fidi l- arranġamenti previsti biex tiġi żgurata l -kustodja sikura tar-rikavati mil-likwidazzjoni tar- riżerva ta’ assi sakemm jiġu saldati l -pretensjonijiet ta’ fidi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|