+5.5 Proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - kapital u proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - likwidità
---+60. L- istituzzjonijiet għandhom jinkorporaw ir - riskji tal - ESG materjali u l - impatti tagħhom …
---+61. Meta l - istituzzjonijiet iqisu perjodi ta’ żmien itwal għall - kopertura tar - riskji tal - …
---+62. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - għarfien miksub mill - metodoloġiji ta’ valutazzjoni tar …
---+63. Fir- rigward tar - riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom jinkludu fl - ICAAP tagħhom …
---+64. L- istituzzjonijiet għandhom jinkorporaw ir - riskji ambjentali materjali u l- impatti tagħhom …
---+65. L- istituzzjonijiet għandhom jinkludu, fl - oqfsa tal - ICAAP u tal - ILAAP tagħhom …
---+66. Meta r - riskji tal - ESG jiġu integrati fl - ICAAP u r - riskji ambjentali tagħhom fl - ILAAP …

5.5 Proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - kapital u proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - likwidità

5.5 Proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - kapital u proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - likwidità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
60. L- istituzzjonijiet għandhom jinkorporaw ir - riskji tal - ESG materjali u l - impatti tagħhom …

L- istituzzjonijiet għandhom jinkorporaw ir - riskji tal - ESG materjali u l - impatti tagħhom fuq il - kategoriji tar - riskji finanzjarji fl - ICAAP tagħhom biex jivvalutaw, u jżommu fuq bażi kontinwa, l- ammonti, it - tipi u d - distribuzzjoni tal - kapital intern li huma jqisu adegwati biex ikopru n - natura u l - livell tar - riskji tal - ESG, filwaqt li jqisu t - terminu qasir, medju u fit - tul.

61. Meta l - istituzzjonijiet iqisu perjodi ta’ żmien itwal għall - kopertura tar - riskji tal - …

Meta l - istituzzjonijiet iqisu perjodi ta’ żmien itwal għall - kopertura tar - riskji tal - ESG, dawn il - perjodi ta’ żmien għandhom jintużaw bħala sors ta’ informazzjoni biex jiżguraw ftehim suffiċjenti tal - implikazzjonijiet potenzjali tar - riskji tal - ESG għall - ippjanar tal - kapital fi ħdan il - perjodi ta’ żmien regolari tal -ICAAP. Il- perjodi ta’ żmien ikkunsidrati għad - determinazzjoni ta’ kapital intern adegwat biex ikopri r - riskji tal - ESG għandu jkunu konsistenti mal - perjodi ta’ żmien użati bħala parti mill - ICAAP ġenerali tal - istituzzjonijiet. L - ICAAP għandha tħares ’il quddiem biżżejjed u għandha tingħata spjegazzjoni meta istituzzjoni tivvaluta li r - riskji m’għandhomx ikunu koperti mill - kapital iżda għandhom jiġu mitigati permezz ta’ għodod jew azzjonijiet oħra.

62. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - għarfien miksub mill - metodoloġiji ta’ valutazzjoni tar …

L- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - għarfien miksub mill - metodoloġiji ta’ valutazzjoni tar - riskju tagħhom, inklużi dawk imsemmija fit - Taqsima 4.2, biex jidentifikaw u jkejlu l - ħtiġijiet kapitali interni għall - iskoperturi jew għall - portafolli vvalutati bħala aktar vulnerabbli għar - riskji tal - ESG, filwaqt li jqisu l - livelli differenti ta’ disponibbiltà u ta’ maturità tal - metodoloġiji ta’ kwantifikazzjoni għar - riskji ambjentali meta mqabbla mar - riskji soċjali u ta’ governanza.

63. Fir- rigward tar - riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom jinkludu fl - ICAAP tagħhom …

Fir- rigward tar - riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom jinkludu fl - ICAAP tagħhom perspettiva li tħares ’il quddiem lejn l - adegwatezza tal - kapital tagħhom taħt xenarju avvers li jinkludi elementi speċifiċi tar - riskji ambjentali. Barra minn hekk, l -i stituzzjonijiet għandhom jispeċifikaw kwalunkwe bidla fil - pjan tan - negozju tal - istituzzjoni jew miżuri oħra derivati mill - ittestjar tal - istress tar - riskji klimatiċi jew ambjentali u/jew l - ittestjar tal - istress invertit, f’konformità mal - paragrafu 90 tal -Li nji Gwida tal -EBA dwar l- Ittestjar tal - Istress15 .


15 Il- Linji Gwida tal -EBA dwar l- ittestjar tal - istress tal - istituzzjonijiet (EBA/GL/2018/04)

64. L- istituzzjonijiet għandhom jinkorporaw ir - riskji ambjentali materjali u l- impatti tagħhom …

L- istituzzjonijiet għandhom jinkorporaw ir - riskji ambjentali materjali u l- impatti tagħhom fuq il- likwidità fil - proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - likwidità (ILAAP) tagħhom fuq perjodi ta’ żmien adegwati fil - kamp ta’ applikazzjoni tal - kopertura tal -ILAAP.

65. L- istituzzjonijiet għandhom jinkludu, fl - oqfsa tal - ICAAP u tal - ILAAP tagħhom …

L- istituzzjonijiet għandhom jinkludu, fl - oqfsa tal - ICAAP u tal - ILAAP tagħhom, deskrizzjoni tal - aptit għar - riskju, ir - restrizzjonijiet u l - limiti stabbiliti, rispettivament, għar - riskji tal -ESG materjali u r - riskji ambjentali materjali u l - impatti tagħhom fuq is - solvenza jew il - likwidità tagħhom, kif ukoll il - proċess applikat biex dawn ir - restrizzjonijiet u l - limiti jinżammu aġġornati. L - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu biżżejjed informazzjoni kuntestwali biex jifhmu l - analiżi tagħhom tal - implikazzjonijiet kapitali u tal - likwidità tar - riskji tal - ESG u tar - riskji ambjentali, rispettivament, inkluż billi jipprovdu ċarezza dwar il - metodoloġiji użati u s - suppożizzjonijiet sottostanti.

66. Meta r - riskji tal - ESG jiġu integrati fl - ICAAP u r - riskji ambjentali tagħhom fl - ILAAP …

Meta r - riskji tal - ESG jiġu integrati fl - ICAAP u r - riskji ambjentali tagħhom fl - ILAAP tagħhom, il - kumplessità tal - proċessi u l - grad ta’ sofistikazzjoni tal - metodoloġiji użati mill - istituzzjonijiet għandhom iqisu d - daqs u l - kumplessità tagħhom u r - riżultati tal - valutazzjoni tal - materjalità tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/