+6.2. Analiżi SWOT:
---+53. L- istituzzjonijiet għandhom jibnu l - analiżi tar - reżiljenza tagħhom bil - ħsieb li …
---+54. Bħala punt tat - tluq għall - analiżi tar - reżiljenza, l - istituzzjonijiet għandhom iwettqu …
---+55. Fuq din il - bażi, l - istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu x - xenarju ta’ referenza …
---+56. Minbarra x - xenarju ta’ referenza, l - istituzzjonijiet għandhom jagħżlu wkoll sett ta’ …
---+57. Meta jwettqu analiżi tar - reżiljenza, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw iċ - ċirkwiti …
---+58. B’mod parallel ma’ din l- analiżi bir - reqqa tal - ambjent tagħhom, l - istituzzjonijiet …
---+59. Filwaqt li jikkombinaw din l - analiżi tas - sorsi ta’ profittabbiltà tal -mudell tan- negozju …
---+60. L- istituzzjonijiet għandhom jaqsmu l - analiżi f’diversi orizzonti ta’ żmien, filwaqt li …
---+61. Għall - analiżi tar - reżiljenza, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw suppożizzjoni ta’ …
---+62. L- analiżi tar - reżiljenza għandha tipprovdi lill - istituzzjonijiet b’valutazzjoni tal - …

6.2. Analiżi SWOT:

6.2. Analiżi SWOT:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
53. L- istituzzjonijiet għandhom jibnu l - analiżi tar - reżiljenza tagħhom bil - ħsieb li …

L- istituzzjonijiet għandhom jibnu l - analiżi tar - reżiljenza tagħhom bil - ħsieb li jivvalutaw il - kapaċità tagħhom li jsostnu d - direzzjoni strateġika u l - profittabbiltà tagħhom taħt kundizzjonijiet avversi.

54. Bħala punt tat - tluq għall - analiżi tar - reżiljenza, l - istituzzjonijiet għandhom iwettqu …

Bħala punt tat - tluq għall - analiżi tar - reżiljenza, l - istituzzjonijiet għandhom iwettqu analiżi bir - reqqa tal - ambjent li joperaw fih, u l - evoluzzjoni mistennija tiegħu fuq futur prevedibbli.

55. Fuq din il - bażi, l - istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu x - xenarju ta’ referenza …

Fuq din il - bażi, l - istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu x - xenarju ta’ referenza tagħhom stess, jiġifieri x - xenarju li jirrifletti l - perkors ambjentali l - aktar probabbli li l - iżviluppi futuri jistgħu jieħdu skont l - istituzzjoni. Dan ix - xenarju ta’ referenza intern jibni fuq ix - xenarju bażi użat għat - testijiet tal - istress iżda jestendi fuq perjodu ta’ żmien twil u jista’, b’riżultat ta’ dan, jiddevja fi gradi differenti mill - kontinwazzjoni tax - xejriet osservabbli.

56. Minbarra x - xenarju ta’ referenza, l - istituzzjonijiet għandhom jagħżlu wkoll sett ta’ …

Minbarra x - xenarju ta’ referenza, l - istituzzjonijiet għandhom jagħżlu wkoll sett ta’ xenarji alternattivi distinti mfassla biex ikopru firxa wiesgħa ta’ futuri plawżibbli.

57. Meta jwettqu analiżi tar - reżiljenza, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw iċ - ċirkwiti …

Meta jwettqu analiżi tar - reżiljenza, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw iċ - ċirkwiti ta’ feedback li jirriżultaw mill - adattament tas - settur finanzjarju għar - riskji li qed jiżdiedu (eż. kopertura tal - assigurazzjoni mnaqqsa f’reġjuni vulnerabbli għall - klima li tnaqqas il -valuri tal-assi u l - affidabbiltà kreditizja, li min - naħa tagħhom jamplifikaw it - telf finanzjarju u jillimitaw l- investiment futur) u l - kontribut tiegħu għall - ħtiġijiet ta’ finanzjament tal - ekonomija. Għal dan il- għan, l - istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw il - movimenti tar - riallokazzjoni tal - kapital u l - effetti possibbli ta’ esklużjoni fis - setturi jew is - subsetturi l - aktar affettwati mill - isforzi ta’ tranżizzjoni (eż. bidla lil hinn minn setturi intensivi fil - karbonju minħabba perċezzjoni akbar tar - riskju, jew fokus eċċessiv tal - investituri fuq assi ekoloġiċi li twassal għal ipprezzar ħażin u disponibbiltà mnaqqsa ta’ finanzjament għal setturi tranżizzjonali jew SMEs vulnerabbli).

58. B’mod parallel ma’ din l- analiżi bir - reqqa tal - ambjent tagħhom, l - istituzzjonijiet …

B’mod parallel ma’ din l- analiżi bir - reqqa tal - ambjent tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw il - karatteristiċi ewlenin tal -mudell tan- negozju attwali tagħhom, inklużi l - profittabbiltà sottostanti, it - taħlita tal - assi u l - obbligazzjonijiet, is - sehem mis - suq, l - istruttura ta’ finanzjament, il - fatturi ewlenin ta’ suċċess u d - dipendenzi ewlenin.

59. Filwaqt li jikkombinaw din l - analiżi tas - sorsi ta’ profittabbiltà tal -mudell tan- negozju …

Filwaqt li jikkombinaw din l - analiżi tas - sorsi ta’ profittabbiltà tal -mudell tan- negozju tagħhom u x - xenarju ta’ referenza tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jagħmlu projezzjonijiet tal - profittabbiltà aġġustata għar - riskju tagħhom u xi metrika sinifikanti oħra (inkluża metrika ambjentali) għad - diversi attivitajiet tagħhom fuq orizzont ta’ mill - inqas 10 snin. Biex jikkontestaw ir - reżiljenza tal - istrateġija tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jirriproduċu l - projezzjonijiet li jsiru fuq il - bażi tax - xenarju ta’ referenza tagħhom bis - sett ta’ xenarji alternattivi.

60. L- istituzzjonijiet għandhom jaqsmu l - analiżi f’diversi orizzonti ta’ żmien, filwaqt li …

L- istituzzjonijiet għandhom jaqsmu l - analiżi f’diversi orizzonti ta’ żmien, filwaqt li jiżguraw il - konsistenza bejn l - orizzonti differenti. Meta jagħmlu dan, għandhom ikunu jistgħu jwettqu projezzjonijiet relattivament aktar preċiżi fuq perjodu ta’ żmien qasir (eż. inqas minn ħames snin). Hekk kif il - perjodu ta’ żmien idum, l - istituzzjonijiet jistgħu jużaw firxiet fuq il - prestazzjoni mistennija tal - istrateġija tagħhom u fuq il - metriċi ewlenin l - oħra.

61. Għall - analiżi tar - reżiljenza, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw suppożizzjoni ta’ …

Għall - analiżi tar - reżiljenza, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw suppożizzjoni ta’ portafoll dinamiku limitat li tillimita l - bidliet fil - portafolli ewlenin tagħhom għal dawk previsti fl - istrateġija eżistenti tagħhom. B’mod partikolari, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - projezzjonijiet tagħhom ikunu allinjati mal - miri stabbiliti fil - pjan tagħhom f’konformità mal - Artikolu 76(2) tad - Direttiva 2013/36/UE. Bħala komplement, l - istituzzjonijiet jistgħu jużaw suppożizzjoni ta’ portafoll dinamiku sħiħ li tinkorpora kemm l - evoluzzjonijiet antiċipati tal - fatturi ambjentali kif ukoll ir - rispons mistenni tagħhom għal dawk l -e voluzzjonijiet.

62. L- analiżi tar - reżiljenza għandha tipprovdi lill - istituzzjonijiet b’valutazzjoni tal - …

L- analiżi tar - reżiljenza għandha tipprovdi lill - istituzzjonijiet b’valutazzjoni tal - vijabbiltà tal - mudell tan- negozju tagħhom u s - sostenibbiltà tal - istrateġija tagħhom taħt kull wieħed mix - xenarji ttestjati. L - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw is - sejb iet mill- firxa sħiħa ta’ xenarji u mhux biss jiffukaw fuq dawk ta’ xenarji ta’ firxa medja (jiġifieri xenarji li jiddevjaw b’mod moderat biss mix - xenarju ta’ referenza tagħhom). B’riżultat ta’ dan, l - implimentazzjoni ta’ analiżi tar - reżiljenza għandha tappoġġa lill - istituzzjoni fil - valutazzjoni u, fejn meħtieġ, fl - aġġustament tal - istrateġija tagħha (inkluż il - pjan ta’ tranżizzjoni tagħha) biex tiżgura r - reżiljenza tagħha għal xenarji avversi alternattivi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/