+Test standardizzat għall - klassifikazzjoni tal - kriptoassi
---+17. L- awtoritajiet kompetenti u persuni oħra li dawn il - Linji Gwida huma indirizzati lilhom …
---+18. L- awtoritajiet kompetenti u persuni oħra li dawn il - Linji Gwida huma indirizzati lilhom …
---+19. L- awtoritajiet kompetenti u persuni oħra li dawn il - Linji Gwida huma indirizzati lilhom …
---+20. Jekk iż - żewġ elementi (rappreżentazzjoni diġitali ta’ valur u/jew dritt, u ttrasferiti u …
---+21. Sabiex jiġi ddeterminat jekk il - kriptoassi jaqax fil - kamp ta’ applikazzjoni tar - …
---+22. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe materjal rilevanti ieħor, l - informazzjoni msemmija fil - …
---+23. Jekk ma tapplika l - ebda waħda mill - esklużjonijiet imsemmija fil - paragrafu 22, l - …
|
Test standardizzat għall - klassifikazzjoni tal - kriptoassi
Test standardizzat għall - klassifikazzjoni tal - kriptoassi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
17. L- awtoritajiet kompetenti u persuni oħra li dawn il - Linji Gwida huma indirizzati lilhom …
|
L- awtoritajiet kompetenti u persuni oħra li dawn il - Linji Gwida huma indirizzati lilhom għandhom japplikaw approċċ komuni biex jiddeterminaw il - klassifikazzjoni ta’ kriptoassi fuq bażi ta’ każ b’każ filwaqt li jitqiesu l - attributi kollha tat - token inkwistjoni f’konformità mad - dijagramma sekwenzjali pprovduta fl - Anness C.
|
|
18. L- awtoritajiet kompetenti u persuni oħra li dawn il - Linji Gwida huma indirizzati lilhom …
|
L- awtoritajiet kompetenti u persuni oħra li dawn il - Linji Gwida huma indirizzati lilhom għandhom jiddeterminaw jekk hemmx rappreżentazzjoni diġitali ta’ valur jew dritt, minħabba li dawn huma l - attributi meħtieġa ta’ kriptoassi kif iddefinit fl - Artikolu 3(1), il - punt (5), tar - Regolament (UE) 2023/1114. It - termini “valur” u “dritt” għandhom jiġu interpretati b’mod wiesa’ f’konformità mal - premessa (2) ta’ dak ir - Regolament. Il - kriptoassi mingħajr valur intrinsiku, iżda li għandhom valur attribwit lilhom mill - bejjiegħ/mix - xerrej jew mill - parteċipanti fis - suq4 għandhom jiġu ttrattati bħala rappreżentazzjonijiet diġitali ta’ valur.
4 Pereżempju tokens bħal Bitcoin u l - hekk imsejħa “meme coins” innegozjati fi skambji ma’ prezzijiet pubbliċi.
|
|
19. L- awtoritajiet kompetenti u persuni oħra li dawn il - Linji Gwida huma indirizzati lilhom …
|
L- awtoritajiet kompetenti u persuni oħra li dawn il - Linji Gwida huma indirizzati lilhom għandhom jivvalutaw ukoll jekk ir - rappreżentazzjoni diġitali tal - valur u/jew id - dritt tistax tiġi ttrasferita u maħżuna elettronikament bl - użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit (DLT) jew teknoloġiji simili. Token jista’ jitqies bħala “mhux trasferibbli” biss fejn tal - anqas jiġu ssodisfati l - kundizzjonijiet li ġejjin (i) it - token jiġi aċċettat biss mill - emittent jew mill - offerent, u (ii) ma jkun hemm l - ebda possibbiltà teknika biex it - token jiġi ttrasferit minn detentur lil persuni oħra għajr l - emittent jew l - offerent (premessa (17) tar - Regolament (UE) 2023/1114). Sabiex jiġi vvalutat jekk teknoloġija hijiex simili għad - DLT għandhom jiġu kkunsidrati l - attributi funzjonali ta’ din it - teknoloġija, inkluż il - bażi li fuqha jinżammu u jiġu kondiviżi r - rekords (ir - reġistru) u kif jinkiseb kunsens (jiġifieri l - funzjonament ta’ kwalunkwe mekkaniżmu ta’ kunsens).
|
|
20. Jekk iż - żewġ elementi (rappreżentazzjoni diġitali ta’ valur u/jew dritt, u ttrasferiti u …
|
Jekk iż - żewġ elementi (rappreżentazzjoni diġitali ta’ valur u/jew dritt, u ttrasferiti u maħżuna elettronikament bl - użu tad - DLT jew ta’ teknoloġija simili) jiġu ssodisfati, l - awtoritajiet kompetenti u l - persuni l - oħra li dawn il - Linji Gwida huma indirizzati lilhom għandhom jikkunsidraw li t - token huwa kompatibbli ma’ kriptoassi għall - finijiet tar - Regolament (UE) 2023/1114.
|
|
21. Sabiex jiġi ddeterminat jekk il - kriptoassi jaqax fil - kamp ta’ applikazzjoni tar - …
|
Sabiex jiġi ddeterminat jekk il - kriptoassi jaqax fil - kamp ta’ applikazzjoni tar - Regolament (UE) 2023/1114, l - awtoritajiet kompetenti u persuni oħra li dawn il - Linji Gwida huma indirizzati lilhom għandhom jivvalutaw l - esklużjonijiet kollha identifikati fl -A rtikolu 2, il - punti (2) sa (4), tar - Regolament (UE) 2023/1114: - a. l - Artikolu 2(2): l - emittent jew l - offerent huwa persuna msemmija f’dak il - paragrafu? Il - MiCAR ma japplikax għal persuni li jipprovdu servizzi ta’ kriptoassi esklużivament għall - kumpaniji prinċipali tagħhom, għas - sussidjarji tagħhom stess jew għal sussidjarji oħra tal - kumpaniji prinċipali tagħhom; likwidaturi jew amministraturi li jaġixxu matul proċedura ta’ insolvenza (ħlief għall - finijiet tal - Artikolu 47 tal - MiCAR); il - BĊE, il - banek ċentrali tal - Istati Membri meta jaġixxu fil - kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji, jew awtoritajiet pubbliċi oħra tal - Istati Membri; il - Bank Ewropew tal - Investiment u s - sussidjarji tiegħu; il - Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l - Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà; organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi.
- b. L- Artikolu 2(3): il - kriptoassi huwa uniku u mhux funġibbli ma’ kriptoassi oħra?5 Fil - valutazzjoni ta’ jekk il - kriptoassi huwiex uniku u mhux funġibbli, l - awtoritajiet kompetenti u persuni oħra li dawn il - Linji Gwida japplikaw għalihom għandhom iqisu l - Artikolu 2(3) u l - premessa (11) tar - Regolament (UE) 2023/1114 kif ukoll il -Linji Gw ida dwar il - kundizzjonijiet u l - kriterji għall - kwalifika tal - kriptoassi bħala strumenti finanzjarji.6
- c. L- Artikolu 2(4): il - kriptoassi jikkwalifika bħala prodott rilevanti elenkat f’dak il - paragrafu? Ir - Regolament (UE) 2023/1114 ma japplikax għal strumenti finanzjarji, depożiti, depożiti strutturati, fondi (ħlief tokens tal - flus elettroniċi), pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (skont ir - Regolament (UE) 2017/24027 ), prodotti tal - assigurazzjoni u kuntratti ta’ riassigurazzjoni (skont id - Direttiva 2009/138/KE), prodotti tal - pensjoni li primarjament jipprovdu introjtu għall - irtirar, skemi ta’ pensjoni okkupazzjonali rikonoxxuti uffiċjalment (skont id - Direttivi (UE) 2016/23418 u 2009/138/KE9 ), prodotti tal - pensjoni individwali b’mandat mill - impjegatur, Prodotti tal - Pensjoni Personali Pan - Ewropej (skont ir - Regolament (UE) 2019/123810 ) u skemi tas - sigurtà soċjali (skont ir - Regolamenti (KE) Nru 883/200411 u (KE) Nru 987/200912 ).
5 Dan jista’ jinkludi, pereżempju, kriptoassi mhux funġibbli li juri dritt ta’ proprjetà esklużiva f’assi tanġibbli speċifiku f i proprjetà immobbli (bħal dar jew proprjetà kummerċjali), jew assi intanġibbli bħal privattiva. 6 Għandu jiżdied link ladarba l - Linji Gwida tal - ESMA jkunu finali (għad - dokument ta’ konsultazzjoni, ara ESMA75 – 453128700 – 52). 7 Ir - Regolament (UE) 2017/2402 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tat - 12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat - titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d - Direttiv i 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r - Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35). 8 Id- Direttiva (UE) 2016/2341 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 14 ta’ Diċembru 2016 dwar l - attivitajiet u s - superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall - provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37). 9 Id- Direttiva 2009/138/KE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 25 ta’ Novembru 2009 dwar il - bidu u l - eżerċizzju tan - negozju tal - assigurazzjoni u tar - riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1). 10 Ir - Regolament (UE) 2019/1238 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 20 ta’ Ġunju 2019 dwar Prodott tal - Pensjoni Personali pan - Ewropew (PEPP) (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 1). 11 Ir - Regolament (KE) Nru 883/2004 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tad - 29 ta’ April 2004 dwar il - kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1). 12 Ir - Regolament (KE) Nru 987/2009 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas - 16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l - proċedura għall - implimentazzjoni tar - Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il - koordinazzjoni tal - iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).
|
|
22. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe materjal rilevanti ieħor, l - informazzjoni msemmija fil - …
|
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe materjal rilevanti ieħor, l - informazzjoni msemmija fil - paragrafu 13 ta’ dawn il - Linji Gwida għandha titqies għall - finijiet tal - valutazzjoni ta’ jekk il - kriptoassi huwiex: - a. strument finanzjarju, l - awtoritajiet kompetenti u persuni oħra li dawn il - Linji Gwida huma indirizzati lilhom għandhom japplikaw il - Linji Gwida maħruġa mill - Awtorità Ewropea tat - Titoli u s - Swieq skont l - Artikolu 2(5) tar - Regolament (UE) 2023/1114;13
- b. depożitu, l - awtoritajiet kompetenti u persuni oħra li dawn il - Linji Gwida huma indirizzati lilhom għandhom jirreferu għall - Opinjoni u r - Rapport tal - 2014 tal - Awtorità Bankarja Ewropea u l - Opinjoni tal - 2020 dwar il - perimetru tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jipprovdu indikazzjonijiet dwar il - kunċett ta’ “depożitu”14 u għar - Rapport tal - EBA tal - 2024 dwar id - depożiti strutturati15 ;
- c. prodott tal - assigurazzjoni jew kuntratt tal - assigurazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti u persuni oħra li dawn il - Linji Gwida huma indirizzati lilhom għandhom ifakkru li ma hemm l - ebda definizzjoni espliċita ta’ assigurazzjoni fil - livell tal - UE, la bħala attività u lanqas kuntratt.16
13 Għandu jiżdied link ladarba l - Linji Gwida tal - ESMA jkunu finali (għad - dokument ta’ konsultazzjoni, ara ESMA75 – 453128700 – 52). 14 Opinjoni u Rapport tal - EBA tal - 2014 dwar il - perimetru tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu: https://www.eba.europa.eu/publications -and- media/press - releases/eba - publishes - opinion - perimeter - credit - institutions u l - Opinjoni tal - EBA tal - 2020: https://www.eba.europa.eu/sites/default/files/document_library/Publications/Opinions/2020/931784/EBA%20Opinion%2 0on%20elements%20of%20the%20definition%20of%20credit%20institution.pdf 15 Ir - rapport tal - EBA tal - 2024 dwar id - depożiti strutturati: https://www.eba.europa.eu/sites/default/files/2024 - 07/b807c1a8 - 6f1d - 4c2b - b2a0 - 2cdcb7737282/Report%20on%20structured%20deposits.pdf 16 Final Report of the Commission Expert Group on European Insurance Contract Law. Il - Kummissjoni Ewropea, 2014, p 38 ff.
|
|
23. Jekk ma tapplika l - ebda waħda mill - esklużjonijiet imsemmija fil - paragrafu 22, l - …
|
Jekk ma tapplika l - ebda waħda mill - esklużjonijiet imsemmija fil - paragrafu 22, l - awtoritajiet kompetenti u persuni oħra li dawn il - Linji Gwida huma indirizzati lilhom għandhom jivvalutaw il - karatteristiċi tal - kriptoassi biex jiddeterminaw jekk il - kriptoassi huwiex EMT, ART jew kriptoassi ieħor skont ir - Regolament (UE) 2023/1114 u għandhom iqisu dan li ġej: - a. Il - kriptoassi għandu l - għan li jżomm valur stabbli billi jirreferenzja biss il - valur ta’ munita uffiċjali unika? Jekk iva, dan għandu jiġi kklassifikat bħala EMT skont it - Titolu IV tar - Regolament (UE) 2023/1114.
- b. Jekk il - kriptoassi ma għandux l - għan li jżomm valur stabbli billi jirreferenzja biss il - valur ta’ munita uffiċjali unika, dan għandu jżomm valur stabbli b’referenza għal valur jew dritt ieħor (jew kombinazzjoni ta’ dawn), inkluża munita uffiċjali waħda jew aktar? Jekk iva, dan għandu jiġi kklassifikat bħala ART skont it - Titolu III tar - Regolament (UE) 2023/1114.
- c. Jekk il - kriptoassi ma għandux l - għan li jżomm valur stabbli billi jirreferenzja valur ieħor jew dritt ieħor (u għalhekk ma huwiex ART jew EMT) għandu jiġi kklassifikat bħala kriptoassi skont it - Titolu II tar - Regolament (UE) 2023/1114.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|