+Objettivi
---+19. Għalkemm dawn il - Linji Gwida Konġunti ma jkoprux l -ittestjar tal-istress fis-settur …
---+20. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw, sa fejn ikun possibbli, li t -testijiet …
---+21. Meta jiddeterminaw il- prinċipji u l - kunsiderazzjonijiet metodoloġiċi, l -awtoritajiet …
---+22. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddefinixxu b’mod ċar il - kopertura f’termini ta’ …
---+23. Għall -gruppi finanzjarji transfruntiera, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l- …
---+24. Abbażi tal -objettiv u l- perjodu ta’ żmien involut, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+25. L- għażla tal - perjodu ta’ żmien għandha tkun allinjata mal - objettiv maħsub tal - …
---+26. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw u jagħżlu xenarji tat -test tal- istress …
---+27. Kull meta jkun possibbli, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l - integrazzjoni …
---+28. Bl- għan li jintegraw ir - riskji ESG materjali f’eżerċizzji tal -ittestjar tal-istress fuq …
---+29. Meta jwettqu l-ittestjar tal-istress ESG aktar fit-tul, l- awtoritajiet kompetenti għandhom …
|
Objettivi
Objettivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
19. Għalkemm dawn il - Linji Gwida Konġunti ma jkoprux l -ittestjar tal-istress fis-settur …
|
Għalkemm dawn il - Linji Gwida Konġunti ma jkoprux l -ittestjar tal-istress fis-settur finanzjarju tas-sistema kollha, l- awtoritajiet kompetenti għandhom, fejn possibbli, jikkoordinaw bejn is- setturi finanzjarji biex jiżguraw approċċ konsistenti għall -valutazzjoni tar- riskju ESG u jiffaċilitaw il- kondiviżjoni tad - data fejn xieraq. Ir-regolaturi bankarji, tal-assigurazzjoni u tat- titoli għandhom jikkollaboraw bil- ħsieb li jgħinu jidentifikaw u jimmudellaw il - kanali ta’ trażmissjoni (pereżempju r-rwol tal-assigurazzjoni fuq il-kollaterali tas-self tal-banek), jallinjaw is- suppożizzjonijiet tax-xenarju, u jipprevjenu lakuni regolatorji.
|
|
20. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw, sa fejn ikun possibbli, li t -testijiet …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw, sa fejn ikun possibbli, li t -testijiet tal-istress ESG jirrappreżentaw interkonnessjonijiet u effetti konsegwenzjali bejn is -setturi finanzjarji. Huma għandhom jikkunsidraw kif ir -riskji relatati mal- ESG jistgħu jippropagaw permezz tas-sistema finanzjarja, u jamplifikaw il-vulnerabbiltajiet fis-setturi bankarji, tal-assigurazzjoni, tal- ġestjoni tal- assi, u f’setturi finanzjarji oħra.
|
|
21. Meta jiddeterminaw il- prinċipji u l - kunsiderazzjonijiet metodoloġiċi, l -awtoritajiet …
|
Meta jiddeterminaw il- prinċipji u l - kunsiderazzjonijiet metodoloġiċi, l -awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar id -disinn u l- karatteristiċi l -aktar xierqa tat-test tal- istress abbażi tal- objettivi maħsuba tiegħu. Kamp ta’ applikazzjoni
|
|
22. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddefinixxu b’mod ċar il - kopertura f’termini ta’ …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddefinixxu b’mod ċar il - kopertura f’termini ta’ portafolli, setturi, ġeografiji, u attivitajiet biex jiżguraw approċċ ibbilanċjat u prammatiku li jirrifletti l-maturità tal- metodoloġiji u d - data disponibbli.
|
|
23. Għall -gruppi finanzjarji transfruntiera, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l- …
|
Għall -gruppi finanzjarji transfruntiera, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l- entitajiet rilevanti kollha jiġu inklużi fil -valutazzjoni.
|
|
24. Abbażi tal -objettiv u l- perjodu ta’ żmien involut, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
|
Abbażi tal -objettiv u l- perjodu ta’ żmien involut, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l- bilanċ bejn l - informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva jkun adegwat għall -fini tal- eżerċizzju6 . Perjodu ta’ żmien
|
|
25. L- għażla tal - perjodu ta’ żmien għandha tkun allinjata mal - objettiv maħsub tal - …
|
L- għażla tal - perjodu ta’ żmien għandha tkun allinjata mal - objettiv maħsub tal - eżerċizzju: - ▪ Meta tiġi vvalutata r - reżiljenza finanzjarja għal xokkijiet avversi iżda plawżibbli, għandu jintuża perjodu ta’ żmien qasir (eż. sa mhux aktar minn 5 snin), f’konformità mal -prattiki tradizzjonali tal-ittestjar tal-istress;
- ▪ Meta tiġi vvalutata r - reżiljenza tal -mudell u l- istrateġija tan -negozju tal-entitajiet finanzjarji, għandu jiġi adottat perjodu ta’ żmien aktar twil (mill -inqas 10 snin, skont l-attività tan- negozju u f’konformità mal -impenji fit-tul tal-entitajiet finanzjarji).
Disinn tax-xenarju
|
|
26. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw u jagħżlu xenarji tat -test tal- istress …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw u jagħżlu xenarji tat -test tal- istress ibbażati fuq l-objettivi tal- eżerċizzju. Huma għandhom jikkunsidraw l - użu ta’ xenarji bbażati fuq l - għarfien xjentifiku l- aktar reċenti u elaborati minn organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali rikonoxxuti b’mod wiesa’7 Huma mħeġġa wkoll biex jużaw trajettorji settorjali u reġjonali biex jipprovdu lill- entitajiet finanzjarji b’diżaggregazzjoni adegwata tal - varjabbli makroekonomiċi, filwaqt li jżommu l - konsistenza interna ġenerali tax -xenarji.
|
|
27. Kull meta jkun possibbli, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l - integrazzjoni …
|
Kull meta jkun possibbli, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l - integrazzjoni ta’ riskji li jakkumulaw, jiġifieri, l - impatt addizzjonali li jirriżulta mill - okkorrenza simultanja jew suċċessiva ta’ xokkijiet multipli (kemm jekk relatati mal -ESG kif ukoll jekk ikunu xokkijiet makroekonomiċi usa’). Barra minn hekk, u fejn rilevanti, huma għandhom jagħmlu ħilithom biex jivvalutaw l -effetti indiretti, jiġifieri l - konsegwenzi indiretti u amplifikati li jirriżultaw mix -xokkijiet inizjali ESG, jew billi jinkorporawhom direttament fix- xenarji jew bħala analiżi komplementari.
|
|
28. Bl- għan li jintegraw ir - riskji ESG materjali f’eżerċizzji tal -ittestjar tal-istress fuq …
|
Bl- għan li jintegraw ir - riskji ESG materjali f’eżerċizzji tal -ittestjar tal-istress fuq terminu qasir, l- awtoritajiet kompetenti għandhom, fejn fattibbli u xieraq, jibnu fuq id -disinn tax- xenarju użat fit-testijiet tal-istress tradizzjonali, filwaqt li jadattawh biex jirrifletti l- kanali ta’ trażmissjoni speċifiċi għall - ESG u jinkorporaw varjabbli ġodda rilevanti għar -riskji ESG.
|
|
29. Meta jwettqu l-ittestjar tal-istress ESG aktar fit-tul, l- awtoritajiet kompetenti għandhom …
|
Meta jwettqu l-ittestjar tal-istress ESG aktar fit-tul, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw diversi xenarji distinti li jkopru l- ispettru wiesa’ ta’ futuri possibbli u l - livelli ta’ (6 ) Minħabba s - suppożizzjoni meħtieġa dwar il - kwistjonijiet ta’ kalibrazzjoni u ta’ mmudellar tax - xenarju, bħala prinċipju ġenerali, aktar ma jkun twil il - perjodu ta’ żmien, aktar tkun għolja d -dipendenza fuq informazzjoni aktar kwalitattiva milli kwantitatti va (eż., ma jkun mistenni l -ebda kalkolu mill- ġdid preċiż tal -metrika tal-kapital u tas- solvenza fuq perjodu ta’ żmien twil). (7 ) Eż. għar - riskji klimatiċi: il - Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it -Tibdil fil-Klima (IPCC), in-Network għall - Ekoloġizzazzjoni tas -Sistema Finanzjarja (NGFS), l- Aġenzija Internazzjonali tal - Enerġija (AIE), il -Programm Ambjentali tan- Nazzjonijiet Uniti (UNEP), iċ - Ċentru Konġunt tar - Riċerka tal -Kummissjoni tal-UE (JRC tal-UE) jew korpi governattivi nazzjonali jew mhux governattivi; severità (eż. inklużi punti kritiċi). Ix - xenarju ta’ referenza jista’ jibbaża fuq ix - xenarju ċentrali tal- entità finanzjarja nnifisha, li jista’ jservi bħala parametru referenzjarju biex jiġu ttestjati l- impatti ta’ trajettorji alternattivi u materjalment differenti fuq ir - reżiljenza tal - istrateġija u tal-mudell tan- negozju (eż., permezz ta’ stimi tal - profittabbiltà aġġustati skont ir -riskju).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|