+REGOLAMENT (UE) 2023/2405 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar l-iżgurar ta’ kondizzjonijiet ekwi għal transport bl-ajru sostenibbli (ReFuelEU Aviation) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
------+Artikolu 2 3.
------+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 Ishma ta’ SAF disponibbli fl-ajruporti tal-Unjoni
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
------+Artikolu 4 6.
------+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 5 Obbligu ta’ riforniment għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
------+Artikolu 5 6.
------+Artikolu 5 7.
------+Artikolu 5 8.
------+Artikolu 5 9.
------+Artikolu 5 10.
------+Artikolu 5 11.
---+Artikolu 6 Obbligi ta’ korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport tal-Unjoni biex jiffaċilita l-aċċess għall-SAF
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
------+Artikolu 6 4.
------+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 7 Promozzjoni tal-provvista tal-idroġenu u tal-elettriku fl-ajruporti tal-Unjoni
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 8 Obbligi ta’ rapportar għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 9 Operatur tal-inġenji tal-ajru li jiddikjara l-użu ta’ SAF
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 10 Obbligi ta’ rapportar għall-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni
---+Artikolu 11 Awtorità kompetenti
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
------+Artikolu 11 3.
------+Artikolu 11 4.
------+Artikolu 11 5.
------+Artikolu 11 6.
------+Artikolu 11 7.
------+Artikolu 11 8.
---+Artikolu 12 Infurzar
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
------+Artikolu 12 4.
------+Artikolu 12 5.
------+Artikolu 12 6.
------+Artikolu 12 7.
------+Artikolu 12 8.
------+Artikolu 12 9.
------+Artikolu 12 10.
---+Artikolu 13 Ġbir u pubblikazzjoni tad-data
------+Artikolu 13 1.
------+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 14 Skema ta’ Tikkettar Ambjentali
------+Artikolu 14 1.
------+Artikolu 14 2.
------+Artikolu 14 3.
------+Artikolu 14 4.
------+Artikolu 14 5.
------+Artikolu 14 6.
------+Artikolu 14 7.
------+Artikolu 14 8.
------+Artikolu 14 9.
------+Artikolu 14 10.
------+Artikolu 14 11.
------+Artikolu 14 12.
---+Artikolu 15 Mekkaniżmi ta’ flessibilità
------+Artikolu 15 1.
------+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 16 Proċedura ta’ kumitat
------+Artikolu 16 1.
------+Artikolu 16 2.
------+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 17 Rapporti u rieżami
------+Artikolu 17 1.
------+Artikolu 17 2.
------+Artikolu 17 3.
------+Artikolu 17 4.
------+Artikolu 17 5.
------+Artikolu 17 6.
------+Artikolu 17 7.
---+Artikolu 18 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS I Ishma ta’ SAF imsemmija fl-Artiklolu 4
---+ANNESS II Mudell għar-rappurtar tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru
English - European Union - Environment - Aviation -

REGOLAMENT (UE) 2023/2405 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar l-iżgurar ta’ kondizzjonijiet ekwi għal transport bl-ajru sostenibbli (ReFuelEU Aviation) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (UE) 2023/2405 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ottubru 2023

dwar l-iżgurar ta’ kondizzjonijiet ekwi għal transport bl-ajru sostenibbli (ReFuelEU Aviation)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-użu u l-provvista ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF).

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. 

“ajruport tal-Unjoni” tfisser “ajruport” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1) tad-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), fejn il-livell ta’ traffiku tal-passiġġieri kien ogħla minn 800 000 passiġġier jew fejn il-livell ta’ traffiku tal-merkanzija kien ogħla minn 100 000 tunnellata fil-perjodu ta’ rapportar preċedenti, u li ma jkunx jinsab f’reġjun ultraperiferiku, kif elenkat fl-Artikolu 349 TFUE;

2. 

“korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport tal-Unjoni” fir-rigward ta’ ajruport tal-Unjoni, tfisser il-“korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva 2009/12/KE jew, fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun irriżerva l-ġestjoni tal-infrastrutturi ċentralizzati għas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-fjuwil għal korp ieħor skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE ( 2 ), dak il-korp l-ieħor;

3. 

“operatur ta’ inġenju tal-ajru” tfisser persuna li topera tal-inqas 500 titjira tat-trasport kummerċjali bl-ajru għall-passiġġieri, jew 52 titjira tat-trasport kummerċjali bl-ajru tal-merkanzija kollha li jitilqu minn ajruporti tal-Unjoni fil-perjodu ta’ rapportar preċedenti jew, fejn ma jkunx possibbli li dik il-persuna tiġi identifikata, sid l-inġenju tal-ajru;

4. 

“titjira tat-trasport kummerċjali bl-ajru” tfisser titjira operata bl-għan li ġġorr passiġġieri, merkanzija jew posta, bi ħlas jew kiri, inkluż titjira tal-avjazzjoni għal skopijiet ta’ negozju operata għal finijiet kummerċjali;

5. 

“rotta” tfisser vjaġġ imwettaq fuq titjira, b’kont meħud tal-postijiet tat-tluq u tad-destinazzjoni ta’ dik it-titjira;

6. 

“fjuwil tal-avjazzjoni” tfisser il-fjuwil ta’ sostituzzjoni manifatturat għall-użu dirett mill-inġenju tal-ajru;

7. 

“fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli” (“SAF”) tfisser fjuwils tal-avjazzjoni li huma jew:

(a) 

fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi;

(b) 

bijofjuwils tal-avjazzjoni; jew

(c) 

fjuwils tal-avjazzjoni minn karbonju riċiklat;

8. 

“bijofjuwils tal-avjazzjoni” tfisser fjuwils li huma jew:

(a) 

“bijofjuwils avvanzati” kif definiti fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (34), tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(b) 

“bijofjuwils” kif definiti fl-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (33), tad-Direttiva (UE) 2018/2001, prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX għal dik id-Direttiva; jew

(c) 

“bijofjuwils” kif definiti fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (33), tad-Direttiva (UE) 2018/2001, bl-eċċezzjoni ta’ bijofjuwils prodotti minn “għelejjel tal-ikel u tal-għalf” kif definit fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, punt (40), ta’ dik id-Direttiva, u li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja stabbiliti fl-Artikolu 29 ta’ dik id-Direttiva u li huma ċċertifikati f’konformità mal-Artikolu 30 ta’ dik id-Direttiva;

9. 

“fjuwils tal-avjazzjoni minn karbonju riċiklat” tfisser fjuwils tal-avjazzjoni li huma “fjuwils minn karbonju riċiklat” kif definiti fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (35), tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li jikkonformaw mal-limitu tal-iffrankar tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 29a(2) ta’ dik id-Direttiva u huma ċċertifikati f’konformità mal-Artikolu 30 ta’ dik id-Direttiva;

10. 

“lott” tfisser kwantità ta’ SAF li jistgħu jiġu identifikati b’numru u li jistgħu jiġu traċċati;

11. 

“emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja” tfisser emissjonijiet ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju ta’ SAF li jqisu l-emissjonijiet ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju tal-produzzjoni, tat-trasport, tad-distribuzzjoni u tal-użu tal-enerġija abbord, inkluż matul il-kombustjoni, ikkalkolati f’konformità mal-metodoloġiji adottati skont l-Artikolu 28(5) jew l-Artikolu 31(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni;

12. 

“fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi” tfisser fjuwils tal-avjazzjoni li huma “fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika”, kif definiti fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (36) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li jikkonformaw mal-limitu tal-iffrankar tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 29a(1) ta’ dik id-Direttiva u huma ċċertifikati f’konformità mal-Artikolu 30 ta’ dik id-Direttiva;

13. 

“fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju” tfisser fjuwils tal-avjazzjoni li huma ta’ oriġini mhux bijoloġika, li l-kontenut tal-enerġija tagħhom huwa derivat minn idroġenu mhux fossili b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, li jissodisfaw il-limitu tal-iffrankar tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ 70 % u l-metodoloġiji għall-valutazzjoni ta’ dan l-iffrankar tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni;

14. 

“fjuwils tal-avjazzjoni konvenzjonali” tfisser fjuwils tal-avjazzjoni prodotti minn sorsi fossili mhux rinnovabbli ta’ fjuwils idrokarburi;

15. 

“idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-avjazzjoni” tfisser idroġenu għall-użu fl-inġenji tal-ajru li l-kontenut tal-enerġija tiegħu huwa derivat minn sorsi mhux rinnovabbli mhux fossili, li jissodisfa l-limitu tal-iffrankar tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ 70 % u l-metodoloġiji għall-valutazzjoni ta’ dan l-iffrankar tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni;

16. 

“idroġenu rinnovabbli għall-avjazzjoni” tfisser idroġenu għall-użu fl-inġenji tal-ajru li jikkwalifika bħala “fjuwil rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika”, kif definit fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (36) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, u li jikkonforma mal-limitu tal-iffrankar tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 29a(1) ta’ dik id-Direttiva u huwa ċċertifikat f’konformità mal-Artikolu 30 ta’ dik id-Direttiva;

17. 

“idroġenu għall-avjazzjoni” tfisser idroġenu rinnovabbli għall-avjazzjoni jew idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-avjazzjoni;

18. 

“fjuwils tal-avjazzjoni b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju” tfisser fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jew idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-avjazzjoni;

19. 

“fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni” tfisser “fornitur tal-fjuwil” kif definit fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, punt (38) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li jforni fjuwil tal-avjazzjoni jew idroġenu għall-avjazzjoni f’ajruport tal-Unjoni;

20. 

“amministratur tal-fjuwil” tfisser fornitur ta’ servizzi fuq l-art li jorganizza u jwettaq operazzjonijiet ta’ riforniment u ta’ tneħħija tal-fjuwil, inkluż il-ħżin tal-fjuwil u l-kontroll tal-kwalità u tal-kwantità tal-konsenji tal-fjuwil, lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru fl-ajruporti tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Anness tad-Direttiva 96/67/KE;

21. 

“post prinċipali tan-negozju” tfisser l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat ta’ fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni fl-Istat Membru li fih iseħħ il-kontroll finanzjarju u operazzjonali prinċipali tal-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni;

22. 

“sena ta’ rapportar” tfisser perjodu ta’ sena li fih ir-rapporti msemmija fl-Artikoli 8 u 10 għandhom jiġu ppreżentati, għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru;

23. 

“perjodu ta’ rapportar” tfisser perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel is-sena ta’ rapportar;

24. 

“fjuwil tal-avjazzjoni annwali meħtieġ” tfisser l-ammont ta’ fjuwil tal-avjazzjoni msemmi bħala “il-fjuwil għall-vjaġġ” u “il-fjuwil gћas-sewqan tal-ajruplan” fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 ( 3 ) li huwa meħtieġ biex operatur tal-inġenji tal-ajru jopera t-titjiriet kollha koperti minn dan ir-Regolament, li jitilqu minn ajruport partikolari tal-Unjoni, matul perjodu ta’ rapportar;

25. 

“kwantità annwali mhux ippumpjata fit-tank” tfisser id-differenza bejn il-fjuwil tal-avjazzjoni annwali meħtieġ u l-fjuwil attwali ppumpjat minn operatur tal-inġenji tal-ajru qabel it-titjiriet koperti minn dan ir-Regolament li jitilqu minn ajruport partikolari tal-Unjoni, matul perjodu ta’ rapportar;

26. 

“kwantità totali annwali mhux ippumpjata fit-tank” tfisser is-somma tal-kwantitajiet annwali mhux ippumpjati fit-tank minn operatur tal-inġenji tal-ajru fl-ajruporti kollha tal-Unjoni matul perjodu ta’ rapportar;

27. 

“skema ta’ gassijiet serra” tfisser skema li tagħti benefiċċji lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għall-użu ta’ SAF.

Artikolu 4 Ishma ta’ SAF disponibbli fl-ajruporti tal-Unjoni
Artikolu 5 Obbligu ta’ riforniment għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru
Artikolu 6 Obbligi ta’ korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport tal-Unjoni biex jiffaċilita l-aċċess għall-SAF
Artikolu 7 Promozzjoni tal-provvista tal-idroġenu u tal-elettriku fl-ajruporti tal-Unjoni
Artikolu 8 Obbligi ta’ rapportar għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru
Artikolu 9 Operatur tal-inġenji tal-ajru li jiddikjara l-użu ta’ SAF
Artikolu 10 Obbligi ta’ rapportar għall-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni

Artikolu 10

Obbligi ta’ rapportar għall-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni

Sal-14 ta’ Frar ta’ kull sena ta’ rapportar, u għall-ewwel darba fl-2025, il-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni għandhom jirrapportaw fil-bażi ta’ data tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001,l-informazzjoni li ġejja relatata mal-perjodu ta’ rapportar:

(a) 

l-ammont ta’ fjuwil tal-avjazzjoni fornut f’kull ajruport tal-Unjoni, espress f’tunnellati;

(b) 

l-ammont ta’ SAF fornuti f’kull ajruport tal-Unjoni, u għal kull tip ta’ SAF, kif dettaljat fil-punt (c), espress f’tunnellati;

(c) 

il-proċess ta’ konverżjoni, il-karatteristiċi u l-oriġini tal-materja prima użata għall-produzzjoni u l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kull tip ta’ SAF fornut fl-ajruporti tal-Unjoni;

(d) 

il-kontenut ta’ aromatiċi u naftaleni skont il-volum perċentwali u ta’ kubrit skont il-massa perċentwali fil-fjuwil tal-avjazzjoni fornut għal kull lott, għal kull ajruport tal-Unjoni u fil-livell tal-Unjoni, b’indikazzjoni tal-volum u l-massa totali ta’ kull lott u l-metodu ta’ ttestjar applikat biex jitkejjel il-kontenut ta’ kull sustanza fil-livell tal-lott;

(e) 

il-kontenut tal-enerġija għall-fjuwil tal-avjazzjoni u s-SAF fornuti f’kull ajruport tal-Unjoni, għal kull tip ta’ fjuwil.

L-Istati Membri għandu jkollhom il-qafas legali u amministrattiv meħtieġ fis-seħħ fil-livell nazzjonali biex jiżguraw li l-informazzjoni mdaħħla mill-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni f’dik il-bażi tad-data tal-Unjoni tkun preċiża, u tkun ġiet ivverifikata u awditjata skont l-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

L-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għal dik i-bażi tad-data tal-Unjoni. L-Aġenzija għandha tuża l-informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-data tal-Unjoni, ladarba l-informazzjoni tkun ġiet ivverifikata fil-livell tal-Istati Membri skont l-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

Artikolu 11 Awtorità kompetenti
Artikolu 12 Infurzar
Artikolu 13 Ġbir u pubblikazzjoni tad-data
Artikolu 14 Skema ta’ Tikkettar Ambjentali
Artikolu 15 Mekkaniżmi ta’ flessibilità
Artikolu 16 Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 17 Rapporti u rieżami
Artikolu 18 Dħul fis-seħħ

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

Madankollu, l-Artikoli 4, 5, 6, 8 u 10 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2025.

ANNESS I Ishma ta’ SAF imsemmija fl-Artiklolu 4




ANNESS I

Ishma ta’ SAF imsemmija fl-Artiklolu 4

(a) 

Mill-1 ta’ Jannar 2025, sehem minimu ta’ 2 % ta’ SAF fis-sena;

(b) 

Mill-1 ta’ Jannar 2030, sehem minimu ta’ 6 % ta’ SAF fis-sena, li minnu:

(i) 

għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2031, sehem medju matul il-perjodu ta’ 1,2 % ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi, li minnhom sehem minimu ta’ 0,7 % ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi fis-sena;

(ii) 

għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2032 sal-31 ta’ Diċembru 2034, sehem medju matul il-perjodu ta’ 2,0 % ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi, li minnhom sehem minimu ta’ 1,2 % mill-1 ta’ Jannar 2032 sal-31 ta’ Diċembru 2033 u li minnhom sehem minimu ta’ 2,0 % mill-1 ta’ Jannar 2034 sal-31 ta’ Diċembru 2034 ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi fis-sena;

(c) 

Mill-1 ta’ Jannar 2035, sehem minimu ta’ 20 % ta’ SAF fis-sena, li jkollu sehem minimu ta’ 5 % ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi;

(d) 

Mill-1 ta’ Jannar 2040, sehem minimu ta’ 34 % ta’ SAF fis-sena, li jkollu sehem minimu ta’ 10 % ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi;

(e) 

Mill-1 ta’ Jannar 2045, sehem minimu ta’ 42 % ta’ SAF fis-sena, li jkollu sehem minimu ta’ 15 % ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi;

(f) 

Mill-1 ta’ Jannar 2050, sehem minimu ta’ 70 % ta’ SAF fis-sena, li jkollu sehem minimu ta’ 35 % ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi.

ANNESS II Mudell għar-rappurtar tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru




ANNESS II

Mudell għar-rappurtar tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru

Mudell għar-rappurtar tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru dwar l-ippumpjar ta’ fjuwils tal-avjazzjoni



Ajruport tal-Unjoni

Kodiċi ICAO tal-ajruport tal-Unjoni

Fjuwil tal-avjazzjoni meħtieġ fis-sena (tunnellati)

Fjuwil tal-avjazzjoni effettivament ippumpjat (tunnellati)

Kwantitajiet annwali mhux ippumpjati fit-tank (tunnellati)

Kwantità totali annwali mhux ippumpjata fit-tank (tunnellati)

Kwantità annwali ppumpjata fit-tank għar-regoli dwar is-sikurezza tal-fjuwil (tunnellati)

 

 

 

 

 

 

 

Mudell għar-rappurtar tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru dwar xiri ta’ SAF



Għadd totali ta’ titjiriet operati

Għadd totali ta’ sigħat ta’ titjir

Fornitur tal-fjuwil

Ammont mixtri (tunnellati)

Proċess ta’ konverżjoni

Karatteristiċi

Oriġini tal-materja prima

Emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja

 

 

 

 

 

 

 

 

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.