+8.2. Valutazzjoni tar-riskju ta’ likwidità inerenti
---+372. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskju ta’ likwidità tal-istituzzjoni fuq …
---+373. Għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ likwidità, tal-bafers u tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ …
---+374. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-ħtiġijiet ta’ likwidità tal-istituzzjoni fuq …
---+375. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jappoġġaw il-valutazzjoni tar-riskju ta’ likwidità fuq …
---+376. Fl-evalwazzjoni tal-impatt tax-xokkijiet fuq il-ħtiġijiet ta’ likwidità tal-istituzzjoni …
---+377. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni tagħhom tal-ħtiġijiet ta’ …
---+378. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-iskopertura tal-istituzzjoni għar-riskju …
---+379. Għal dawk il-ġuriżdizzjonijiet fejn ir-rapportar fuq ir-riskju tal-istess ġurnata għadu mhux …
---+380. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-bafer ta likwidità u …
---+381. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw fatturi li jistgħu jnaqqsu l-kapaċità …
---+382. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu (fejn applikabbli) l-adegwatezza …
---+383. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu t-testijiet tal-istress fuq il-likwidità tagħhom …

8.2. Valutazzjoni tar-riskju ta’ likwidità inerenti

8.2. Valutazzjoni tar-riskju ta’ likwidità inerenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
372. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskju ta’ likwidità tal-istituzzjoni fuq …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskju ta’ likwidità tal-istituzzjoni fuq terminu qasir u fuq terminu medju fuq sett xieraq ta’ perjodi ta’ żmien, inklużi perjodi tal-istess ġurnata, biex jiżguraw li l-istituzzjoni żżomm livelli adegwati ta’ bafers ta’ likwidità, kemm taħt kundizzjonijiet normali kif ukoll taħt kundizzjonijiet ta’ stress. Din il-valutazzjoni tinkludi l-elementi li ġejjin:

  • a. evalwazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ likwidità fuq terminu qasir u medju;
  • b. evalwazzjoni tar-riskju ta’ likwidità tal-istess ġurnata;
  • c. evalwazzjoni tal-bafer ta’ likwidità u l-kapaċità ta’ kontrobilanċ;
  • d. ittestjar tal-istress fuq il-likwidità superviżorju.
373. Għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ likwidità, tal-bafers u tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ …

Għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ likwidità, tal-bafers u tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ taħt kundizzjonijiet normali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jappoġġaw l-analiżi b’evidenza mill-mudelli ta’ rapportar għal metriċi ta’ monitoraġġ addizzjonali kif speċifikat fl-ITS dwar ir-rapportar superviżorju. Meta jivvalutaw il-ħtiġijiet ta’ likwidità f’kundizzjonijiet ta’ stress, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll azzjonijiet li l-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu biex jippreservaw ir-reputazzjoni/il-franchise tagħhom. Dan għandu jikkunsidra l-effetti reputazzjonali ta’ kontropartijiet kbar tal-bejgħ bl-ingrossa u tal-bejgħ bl-imnut inklużi dawk potenzjalment skattati permezz ta’ mezzi soċjali jew mezzi oħra. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu evalwazzjoni tar-riskju ta’ likwidità tal-istess ġurnata u ttestjar tal-istress fuq il-likwidità inqas granulari, fejn dan ikun iġġustifikat minn materjalità aktar baxxa ta’ dawn is-sorsi ta’ riskju, speċjalment għall-istituzzjonijiet tal-Kategorija 3 u tal-Kategorija 4, u meta jiġu meqjusa r-riżultati tal-ILAAP.

Evalwazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ likwidità fuq terminu qasir u medju

374. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-ħtiġijiet ta’ likwidità tal-istituzzjoni fuq …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-ħtiġijiet ta’ likwidità tal-istituzzjoni fuq terminu qasir u medju kemm taħt kundizzjonijiet normali kif ukoll taħt dawk ta’ stress. Dawn għandhom iqisu l-effett fuq il-ħtiġijiet ta’ likwidità taħt stress tal-istituzzjoni qabel 30 jum, bejn pereżempju 30 jum u 3 xhur, u wara pereżempju tlieta sa tnax-il xahar ta’ stress sever iżda plawżibbli li jkopru xokkijiet idjosinkratiċi, fis-suq kollu u kkombinati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw ukoll id-daqs, il-post u l-munita tal-ħtiġijiet ta’ likwidità u l-impatti separati ta’ xokkijiet fil-muniti materjali differenti tagħha biex jirriflettu r-riskju ta’ konvertibbiltà tal-munita u r-riskju ta’ tfixkil possibbli fl-aċċess għas-swieq tal-kambju (inklużi idjosinkraziji bħal, pereżempju, it-telf ta’ aċċess għal kont ta’ korrispondenza bankarja denominat f’munita barranija).

375. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jappoġġaw il-valutazzjoni tar-riskju ta’ likwidità fuq …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jappoġġaw il-valutazzjoni tar-riskju ta’ likwidità fuq terminu qasir billi janalizzaw l-LCR, kif speċifikat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61, inkluż jekk l-LCR huwiex imkejjel u rrapportat b’mod korrett u jidentifikax b’mod adegwat il-kopertura tal-ħtiġijiet ta’ likwidità tal-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll jekk l-istituzzjonijiet humiex qed jittestjaw perjodikament il-kapaċità tagħhom li jirrapportaw l-LCR fuq bażi ta’ kuljum sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jipprovdu data affidabbli f’konformità mal-Artikolu 414 tar-Regolament (UE) 575/2013 meta jkun meħtieġ.

376. Fl-evalwazzjoni tal-impatt tax-xokkijiet fuq il-ħtiġijiet ta’ likwidità tal-istituzzjoni …

Fl-evalwazzjoni tal-impatt tax-xokkijiet fuq il-ħtiġijiet ta’ likwidità tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu s-sorsi materjali kollha tar-riskju ta’ likwidità għall-istituzzjoni, b’mod partikolari:

  • a. il-possibbiltà li kwalunkwe rekwiżit regolatorju applikabbli tal-UE ma jidentifikax b’mod adegwat il-ħtiġijiet ta’ likwidità tal-istituzzjoni fil-każ tat-tip ta’ xenarju ta’ stress użat għar-rekwiżit, inkluż fejn il-maturitajiet ikunu iqsar minn 30 jum;
  • b. riskji li jinħolqu fir-rigward ta’ kontropartijiet bl-ingrossa fir-rigward ta’ entrati li jidhru fuq il-karta bilanċjali u konċentrazzjonijiet ta’ finanzjament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-volatilità tal-finanzjament ipprovdut minn kontropartijiet li kollha jappartjenu lill-aktar setturi materjali servuti u r-riskji potenzjali ta’ kontaġju. F’dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-finanzjament miġbur permezz ta’ linji ta’ negozju u kanali ta’ distribuzzjoni ġodda, kif ukoll minn klijenti li jmexxu attivitajiet li għandhom livell miżjud ta’ riskju (emittenti u fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi);
  • c. riskji li jinħolqu fir-rigward ta’ flussi ta’ flus kontinġenti/entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali (pereżempju, linji ta’ kreditu, sejħiet għall-marġni) u attivitajiet (pereżempju, appoġġ ta’ likwidità għal veikoli bi skop speċjali mhux konsolidati lil hinn mill-obbligi kuntrattwali);
  • d. dħul u ħruġ fuq bażi grossa, kif ukoll bażi netta; fejn ikun hemm dħul u ħruġ kbar ħafna, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni speċifika għar-riskju għall-istituzzjoni meta d-dħul ma jasalx meta jkun mistenni, anke meta r-riskju ta’ ħruġ nett ikun limitat;
  • e. riskji li jinħolqu fir-rigward ta’ kontropartijiet bl-imnut inklużi konċentrazzjonijiet ta’ finanzjament. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-metodoloġija dwar il-klassifikazzjoni ta’ depożiti bl-imnut f’buckets ta’ riskju differenti, skont l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61;
  • f. ir-riskju li r-riskji eċċessivi fil-profil ta’ finanzjament fuq terminu medju sa twil se jaffettwaw b’mod negattiv l-imġiba tal-kontropartijiet rilevanti għall-pożizzjoni ta’ likwidità fuq terminu qasir;
  • g. ir-riskju li jirriżulta fil-kuntest ta’ depożiti fiduċjarji45 .

45 L-aħjar prattiki huma disponibbli fir-rapport tal-EBA: Monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proporzjon ta’ kopertura tal-likwidità fl-UE – It-tieni rapport (EBA/REP/2021/07).

377. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni tagħhom tal-ħtiġijiet ta’ …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni tagħhom tal-ħtiġijiet ta’ likwidità fuq terminu qasir tal-istituzzjoni tqis l-impatt tad-diġitalizzazzjoni (inkluż pereżempju pagamenti istantanji) u l-potenzjal għat-tixrid ta’ informazzjoni fuq il-media soċjali biex tiżdied il-veloċità tal-ġbid f’xenarju ta’ stress.

Evalwazzjoni tar-riskju ta’ likwidità tal-istess ġurnata

378. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-iskopertura tal-istituzzjoni għar-riskju …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-iskopertura tal-istituzzjoni għar-riskju tal-likwidità tal-istess ġurnata għal perjodu ta’ żmien magħżul. Din il-valutazzjoni għandha tinkludi, bħala minimu, evalwazzjoni tal-likwidità tal-istess ġurnata disponibbli jew aċċessibbli f’kundizzjonijiet normali, kif ukoll taħt stress finanzjarju jew operazzjonali (eż. fallimenti tal-IT, restrizzjonijiet legali fuq it-trasferiment ta’ fondi, sospensjoni/terminazzjoni tal-aċċess għal servizzi ta’ korrispondenza bankarja u/jew servizzi tal-ikklerjar għal muniti, komoditajiet jew strumenti sinifikanti għall-istituzzjoni). Dan għandu jikkunsidra b’mod partikolari kif fi żminijiet ta’ stress, iż-żieda fil-ħtiġijiet ta’ kollateral tal-istess ġurnata tal-istituzzjoni tista’ tillimita l-kapaċità tagħha li tuża bafer ta’ likwidità sabiex tkopri ħruġ taħt stress meta jkun meħtieġ.

379. Għal dawk il-ġuriżdizzjonijiet fejn ir-rapportar fuq ir-riskju tal-istess ġurnata għadu mhux …

Għal dawk il-ġuriżdizzjonijiet fejn ir-rapportar fuq ir-riskju tal-istess ġurnata għadu mhux disponibbli, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddependu fuq l-analiżi tar-riskju ta’ likwidità tal-istess ġurnata tal-istituzzjoni stess.

Evalwazzjoni tal-bafer ta’ likwidità u l-kapaċità ta’ kontrobilanċ

380. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-bafer ta likwidità u …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-bafer ta likwidità u tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ tal-istituzzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi tal-assi kkunsidrati taħt xenarji ta’ stress differenti fi żmien xahar kif ukoll fuq perjodi ta’ żmien differenti, potenzjalment sa sena, inkluż mil-lum għall-għada. Il-valutazzjoni għandha tinkludi kunsiderazzjoni tal-klassifikazzjoni u l-kwalità tal-assi likwidi (kif speċifikat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61), il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ġenerali u operazzjonali għal assi likwidi ta’ kwalità għolja, u jekk il-bafer ta’ likwidità u l-kapaċità ta’ kontrobilanċ humiex konformi mal-aptit għar-riskju tal-istituzzjoni.

381. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw fatturi li jistgħu jnaqqsu l-kapaċità …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw fatturi li jistgħu jnaqqsu l-kapaċità tal-istituzzjoni li timmonetizza l-assi likwidi tagħha fil-ħin matul perjodu ta’ stress bħal konċentrazzjonijiet għoljin ma’ kontropartijiet jew tipi ta’ assi individwali, assi fil-bafer li huma gravati jew mislufa, u d-denominazzjoni ta’ assi likwidi f’munita differenti mill-ħtiġijiet ta’ likwidità tal-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll il-valur probabbli tal-faċilitajiet ta’ likwidità impenjati li jistgħu jkunu inklużi fil-kapaċità ta’ kontrobilanċ.

382. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu (fejn applikabbli) l-adegwatezza …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu (fejn applikabbli) l-adegwatezza tas-suppożizzjonijiet tal-istituzzjoni rigward il-kapaċità tagħha li taċċessa s-swieq repo u l-finanzjament mill-bank ċentrali f’perjodu taħt stress, inkluż fir-rigward tal-adegwatezza u d-disponibbiltà tal-assi biex iservu bħala garanzija. Huma għandhom jikkunsidraw jekk l-istituzzjoni tittestjax l-aċċess għas-suq tagħha billi tbigħ jew tagħmel repo fuq bażi perjodika. Bl-istess mod, għandhom jirrevedu s-suppożizzjonijiet tal-istituzzjonijiet rigward iż-żmien meħtieġ biex jiksbu likwidità taħt stress.

Ittestjar tal-istress fuq il-likwidità superviżorju

383. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu t-testijiet tal-istress fuq il-likwidità tagħhom …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu t-testijiet tal-istress fuq il-likwidità tagħhom stess biex jivvalutaw b’mod indipendenti r-riskji ta’ likwidità fuq terminu qasir u medju. Ix-xenarji ta’ stress għandhom jiġu ankrati mas-suppożizzjonijiet ta’ stress tal-LCR ta’ 30 jum, iżda l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu l-ambitu tal-valutazzjoni tagħhom billi jesploraw ir-riskji fi żmien 30 jum kif ukoll aktar minn 30 jum, u billi jibdlu s-suppożizzjonijiet tal-LCR biex jirriflettu riskji mhux koperti b’mod adegwat fl-LCR. Dan għandu jinkludi test tal-istress superviżorju li jgħaqqad stress speċifiku għal istituzzjoni u stress fis-suq kollu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.