+10.1. Applikazzjoni tal-SREP għal gruppi transfruntiera
---+464. Meta japplikaw l-SREP u dawn il-linji gwida għall-gruppi transfruntiera, l-awtoritajiet …
---+465. Meta dawn il-linji gwida jiġu applikati għas-sussidjarji ta’ grupp transfruntier …
---+466. Ir-riżultati ta’ kwalunkwe valutazzjoni inizjali bħal din tal-elementi tal-SREP, inklużi, jekk …
---+467. F’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru …
---+468. Wara d-diskussjonijiet fil-kulleġġi tas-superviżuri u l-eżiti tal-proċess ta’ valutazzjoni …
---+469. Fejn valutazzjoni tal-awtorità kompetenti tkun żvelat nuqqasijiet speċifiċi relatati …
---+470. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddiskutu u jikkoordinaw dawn li ġejjin fil-kulleġġi …
---+471. Meta jippreparaw is-sommarju tal-valutazzjoni globali tal-SREP għall-grupp transfruntier u …
|
10.1. Applikazzjoni tal-SREP għal gruppi transfruntiera
10.1. Applikazzjoni tal-SREP għal gruppi transfruntiera
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
464. Meta japplikaw l-SREP u dawn il-linji gwida għall-gruppi transfruntiera, l-awtoritajiet …
|
Meta japplikaw l-SREP u dawn il-linji gwida għall-gruppi transfruntiera, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-vijabbiltà tal-grupp kollu, kif ukoll l-entitajiet individwali tiegħu. Is-superviżuri konsolidanti għandhom iwettqu l-valutazzjoni inizjali tal-impriża omm u tal-grupp ta’ istituzzjonijiet fuq livell konsolidat, filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti l-oħra għandhom iwettqu l-valutazzjoni inizjali tal-entitajiet taħt is-superviżjoni tagħhom (individwali, jew sottokonsolidati, fejn rilevanti).
|
|
465. Meta dawn il-linji gwida jiġu applikati għas-sussidjarji ta’ grupp transfruntier …
|
Meta dawn il-linji gwida jiġu applikati għas-sussidjarji ta’ grupp transfruntier, l-awtoritajiet kompetenti għas-sussidjarji għandhom, meta jwettqu l-valutazzjoni inizjali tagħhom, jikkunsidraw primarjament l-istituzzjonijiet fuq bażi individwali, kif jagħmlu ma’ istituzzjoni awtonoma. Is-sejbiet minn tali valutazzjonijiet inizjali, fejn ikun rilevanti, għandhom jinkludu wkoll l-identifikazzjoni tal-vulnerabbiltajiet ewlenin fil-kuntest transfruntier jew tal-grupp, u jirriflettu l-punti b’saħħithom u l-fatturi mitiganti relatati mal-fatt li l-entità hija parti mill-grupp.
|
|
466. Ir-riżultati ta’ kwalunkwe valutazzjoni inizjali bħal din tal-elementi tal-SREP, inklużi, jekk …
|
Ir-riżultati ta’ kwalunkwe valutazzjoni inizjali bħal din tal-elementi tal-SREP, inklużi, jekk jiġu identifikati, perspettivi dwar dipendenzi ewlenin fuq il-kumpanija omm/grupp, għandhom iservu bħala input fil-valutazzjoni konġunta u l-proċess ta’ deċiżjoni skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE. Għalhekk, dawn ir-riżultati għandhom jiġu diskussi mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-qafas tal-kulleġġi tas-superviżuri stabbiliti skont l-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
467. F’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru …
|
F’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 710/2014, qabel il-bidu tal-proċess ta’ deċiżjoni konġunta, is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jeħtieġ li jaqblu dwar skeda ta’ żmien għad-deċiżjoni konġunta li tistabbilixxi l-passi li għandhom jiġu segwiti fil-proċess u jaderixxu mal-iskeda ta’ żmien miftiehma matul il-proċess kollu.
|
|
468. Wara d-diskussjonijiet fil-kulleġġi tas-superviżuri u l-eżiti tal-proċess ta’ valutazzjoni …
|
Wara d-diskussjonijiet fil-kulleġġi tas-superviżuri u l-eżiti tal-proċess ta’ valutazzjoni konġunta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffinalizzaw il-valutazzjonijiet tal-SREP rispettivi tagħhom, billi jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa bbażati fuq l-eżiti tad-diskussjonijiet tal-kulleġġ.
|
|
469. Fejn valutazzjoni tal-awtorità kompetenti tkun żvelat nuqqasijiet speċifiċi relatati …
|
Fejn valutazzjoni tal-awtorità kompetenti tkun żvelat nuqqasijiet speċifiċi relatati mal-pożizzjonijiet intragrupp li jaffettwaw negattivament il-vijabbiltà globali tal-entità fuq bażi individwali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fil-kulleġġi tas-superviżuri, jiddiskutu jekk il-valutazzjoni finali ta’ entità għandhiex tinbidel fid-dawl tad-dimensjoni globali tal-grupp, inkluż il-mudell tan-negozju tal-grupp konsolidat, l-istrateġija u l-eżistenza u l-karatteristiċi speċifiċi ta’ arranġamenti ta’ appoġġ finanzjarju intragrupp.
|
|
470. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddiskutu u jikkoordinaw dawn li ġejjin fil-kulleġġi …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddiskutu u jikkoordinaw dawn li ġejjin fil-kulleġġi tas-superviżuri: - a. l-ippjanar, inkluża l-frekwenza, u l-iskedi taż-żmien għall-eżekuzzjoni tal-valutazzjoni ta’ diversi elementi tal-SREP għall-grupp konsolidat u l-entitajiet tiegħu biex tiġi ffaċilitata l-preparazzjoni tar-rapporti dwar ir-riskju tal-grupp u r-riskju ta’ likwidità meħtieġa għad-deċiżjonijiet konġunti kif speċifikat fl-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE u fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 710/2014 filwaqt li jitqiesu l-proporzjonalità u l-involviment superviżorju stabbiliti fit-Titolu 2;
- b. dettalji tal-applikazzjoni tal-punti ta’ riferiment użati għall-valutazzjoni tal-elementi tal-SREP;
- c. approċċ għall-valutazzjoni u l-punteġġ tas-sottokategoriji tar-riskji b’mod individwali, fejn tali sottokategoriji ġew identifikati bħala materjali;
- d. inputs meħtieġa mill-istituzzjoni fil-livell konsolidat u tal-entità għat-twettiq tal-valutazzjoni tal-elementi tal-SREP, inklużi dawk mill-ICAAP u l-ILAAP;
- e. eżiti tal-valutazzjoni, inklużi punteġġi tal-SREP assenjati lil diversi elementi, u l-valutazzjoni globali tal-SREP u l-punteġġ globali tal-SREP fil-livell konsolidat u tal-entità. Meta jiddiskutu l-valutazzjoni tar-riskji individwali għall-kapital u l-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq ir-riskji li huma identifikati bħala materjali għall-entitajiet rispettivi;
- f. implikazzjonijiet prudenzjali transfruntieri tar-riskji tal-ML/TF, riskji ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u ta’ evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati u tħassib; u
- g. miżuri superviżorjiu ta’ intervent bikri ppjanati, jekk rilevanti.
|
|
471. Meta jippreparaw is-sommarju tal-valutazzjoni globali tal-SREP għall-grupp transfruntier u …
|
Meta jippreparaw is-sommarju tal-valutazzjoni globali tal-SREP għall-grupp transfruntier u l-entitajiet tiegħu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistrutturaw dan b’mod li jiffaċilita l-mili tal-mudelli għar-rapport tal-SREP, ir-rapport tar-riskju tal-grupp, il-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità u mudelli tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju ta’ likwidità tal-grupp meħtieġa għad-deċiżjoni konġunta f’konformità mal-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE kif speċifikat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 710/2014.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|