+7.2 Valutazzjoni tal - metodoloġija
---+74. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu rieżami kwalitattiv tal - istrateġija tan - negozju …
---+75. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu stampa ċara dwar: (a) it-tipi …
---+76. Fir - rigward speċifiku ta’ mudelli ta’ negozju innovattivi u/jew mekkaniżmi ta’ twassil, l - …
---+77. Fehim ċar tal - istrateġija tan - negozju ppjanata se jippermetti lill -awtoritajiet kompetenti …
---+78. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu stampa ċara dwar is - sorsi ppjanati biex …
---+79. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni aktar intensa, inklużi mistoqsijiet …
---+80. L- ispejjeż tal -fin anzjament għandhom jiġu vvalutati fil - kuntest tal - valutazzjoni tat - …
---+81. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l - informazzjoni sottomessa, b’mod …
---+82. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l - informazzjoni sottomessa b’mod …
---+83. B’mod konsistenti mal - approċċ tal - proporzjonalità stabbilit fil -paragrafu 70 …
---+84. Fejn rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d - deskrizzjoni ppreżentata …
---+85. Fil - valutazzjoni tar - riskji għal -likwidità u l- finanzjament, l - awtoritajiet kompetenti …
---+86. Biex jiffurmaw opinjoni dwar il - plawżibbiltà tas - suppożizzjonijiet strateġiċi ta’ …
---+87. B’mod konsistenti mal - approċċ tal - proporzjonalità stabbilit fil -paragrafu 70 …
---+88. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżam inaw l- analiżi tax - …
---+89. Fejn xieraq u fuq analiżi każ b’każ, referenza għal atturi eżistenti u kompetituri potenzjali …
---+90. B’mod konsistenti mal - approċċ proporzjonat stabbilit fil -paragrafu 71 u fuq bażi ta’ każ …
---+91. F’dan ir -rigward, l- oqsma għall - analiżi mill - awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l …
---+92. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll jekk il- previżjonijiet finanzjarji …
---+93. L-awtorit ajiet kompetenti għandhom iwettqu rieżami kwantitattiv tal - pjan ta’ direzzjoni tan …
---+94. L- għan tar - rieżami kwantitattiv tal - previżjonijiet finanzjarji tal - pjan ta’ direzzjoni …
---+95. Il- valutazzjoni tat - tbassir finanzjarju għandha tirrifletti l - istrateġija tan - negozju …
---+96. Meta jivvalutaw il -profittabbiltà tal- pjan ta’ direzzjoni tan - negozju, l -awtoritajiet …
---+97. Għal dawn il -finijiet, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l - ispjegazzjoni tal …
---+98. L- awtoritajiet kompetenti jista’ jkollhom bżonn jivvalutaw pjan ta’ direzzjoni tan - negozju …
---+99. Sa fejn ikun possibbli u fejn xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw …
---+100. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li jivvalutaw ix - xejriet u l - …
---+101. L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jiksbu fehim ċar tas - sorsi tal - …
---+102. B’mod konsistenti mal - prinċipju tal - proporzjonalità stabbilit fil -paragrafu 70 …
---+103. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu fehim ċar tad - diversi mudelli ta’ dħul (eż. …
---+104. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir - rati għolja ta’ …
---+105. L- istruttura tal - kost fil -mi ra (eż. il - kostijiet lavorattivi, amministrattivi jew tal - …
---+106. Fir - rigward speċifiku ta’ mudelli ta’ spejjeż, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu applikanti …
---+107. Abbażi tal - pjan ta’ direzzjoni tan - negozju u l - projezzjonijiet finanzjarji pprovduti, l …
---+108. Abbażi tal - informazzjoni rieżaminata, l - awtorità kompetenti għandha tikkontesta s - …
---+109. L- iżvilupp tal - opinjoni superviżorja u l - analiżi tas - sensittività għandhom ikunu …
|
7.2 Valutazzjoni tal - metodoloġija
7.2.1 Strateġija kummerċjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
74. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu rieżami kwalitattiv tal - istrateġija tan - negozju …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu rieżami kwalitattiv tal - istrateġija tan - negozju tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti sabiex jiksbu ħarsa ġenerali tat - tipi ta’ attivitajiet li biħsiebha twettaq, id - distribuzzjoni ġeografika tagħhom, il - kredibbiltà tas - suppożizzjonijiet sottostanti u l-profil tar- riskju assoċjat tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti.
|
|
75. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu stampa ċara dwar: (a) it-tipi …
|
Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu stampa ċara dwar: - (a) it-tipi ta’ attivitajiet li l- istituzzjoni ta’ kreditu applikanti biħsiebha tieħu, inkluża l - identifikazzjoni tal - linji ta’ negozju prinċipali u mhux prinċipali u tat -tipi ta’ klijenti fil-mira. Din l- analiżi għandha tkun funzjonali biex tiddetermina l -attivitajiet koperti mill-awtorizzazzjoni, jew, b’mod konsistenti mal -paragrafu 58, il-kamp ta’ applikazzjoni tal - awtorizzazzjoni, kif ukoll, skont il - każ, id - disponibbiltà ta’ reġimi ta’ awtorizzazzjoni xierqa oħra. Ir - rieżami għandu jipprovdi wkoll lill - awtorità kompetenti b’fehim tal -profil tar- riskju assoċjat, inkluż ir - riskju ta’ ML/TF, u l -imp att fuq ir - rekwiżiti kapitali, il -likwidità u l- ħtiġijiet ta’ finanzjament kif ukoll fuq l - arranġamenti ta’ governanza interna.
- (b) id- distribuzzjoni ġeografika tal - attivitajiet, inkluż l - eżerċizzju previst tagħhom permezz ta’ sussidjarji u fergħat jew permezz tal- libertà li jiġu pprovduti servizzi fl - UE jew f’pajjiż terz, u l- espansjoni futura ppjanata. B’mod partikolari fejn il -mudell tan- negozju jipprevedi l - użu ta’ soluzzjonijiet diġitali, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jivvalutaw jekk l -attivitajiet transfruntiera ppjanati jaqgħux taħt il - “libertà li jiġu pprovduti servizzi” jew id -“dritt tal-istabbiliment”. L - analiżi għandha tappoġġa, fost affarijiet oħra, il - fehim tal -awtoritajiet kompetenti tal- ħtieġa għal kwalunkwe rekwiżit regolatorju ulterjuri biex jinkiseb aċċess għas - swieq fil - mira (eż. notifika ta’ passaport), kwalunkwe riskju regolatorju relatat, u r - raġunament kummerċjali jew finanzjarju għall - istruttura korporattiva u d - distribuzzjoni ġeografika previsti. Dan għandu jkun appoġġat ukoll mil l- analiżi tar - riskju ta’ ML/TF assoċjat ma’ ġurisdizzjoni, imwettqa fil - kuntest tal - valutazzjoni tal - istruttura operazzjonali. Meta istituzzjoni ta’ kreditu applikanti jkollha l - intenzjoni li twettaq parti kbira mill -attivitajiet tagħha barra mill - ġurisdizzjoni fejn tkun issottomettiet l - applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni, l - awtorità kompetenti, skont il - premessa (16) tas - CRD, għandha tivvaluta jekk l- għażla tal - ġurisdizzjoni tal - applikazzjoni għandhiex l - għan li tevita standards regolatorji aktar stretti (eż. fir -rigward tar- reġim tal - AML/CFT) fis - seħħ fi Stat Membru ieħor.
- (c) l- istrateġija ġenerali, li tesplora r - raġunament tan - negozju tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti, kif ukoll l- istrateġija ġenerali tal -grupp meta l- applikant jappartjeni għal grupp. Dan jinkludi fehim xieraq tal - għanijiet strateġiċi, il -motivaturi ewlenin tan- negozju, kwalunkwe vantaġġ kompetittiv identifikat, l -objettivi kwantitattivi u kwalitattivi tal-pjan ta’ direzzjoni tan - negozju, inkluż il - prodott jew is - servizz tal -kumpanija, il- propożizzjoni tal - valur, u l- pożizzjonament tas - suq.
|
|
76. Fir - rigward speċifiku ta’ mudelli ta’ negozju innovattivi u/jew mekkaniżmi ta’ twassil, l - …
|
Fir - rigward speċifiku ta’ mudelli ta’ negozju innovattivi u/jew mekkaniżmi ta’ twassil, l - awtoritajiet kompetenti għandhom joqogħdu attenti wkoll għad - deskrizzjoni tal - karatteristiċi innovattivi tas - servizzi u l - prodotti previsti, inkluż kwalunkwe esponiment miżjud potenzjali għar - riskju ta’ ML/TF. F’konformità mal - approċċ ibbażat fuq il - proporzjonalità u r - riskju, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw li jirrieżaminaw l - ispjegazzjoni sottost anti tal-attraenza tal -prodott il- ġdid, l - ipprezzar tal -prodotti, l- istruttura u l - vantaġġ komparattiv. Tali rieżami għandu jiġi kkoordinat u kkomplementat bl - analiżi tas - suq fil - mira kif deskritt fit - taqsima 7.2.3, u l- impatt potenzjali tal - indikaturi ewlenin esterni fuq l - istrateġija tan - negozju.
|
|
77. Fehim ċar tal - istrateġija tan - negozju ppjanata se jippermetti lill -awtoritajiet kompetenti …
|
Fehim ċar tal - istrateġija tan - negozju ppjanata se jippermetti lill -awtoritajiet kompetenti jivvalutaw l- istrateġija ta’ finanzjament relatata, il - fatturi esterni u interni rilevanti biex jinkisbu l- għanijiet strateġiċi u l - plawżibbiltà tas - suppożizzjonijiet kwantitattivi. B’mod ġenerali, il - valutazzjoni għandha tipprovdi lill - awtorità kompetenti b’ħarsa lejn il - punti b’saħħithom, id - dgħufijiet, l -opportunitajiet u r- riskji tal - istrateġija tan - negozju. 7.2.2 Struttura ta’ finanzjament, valutazzjoni u ġestjoni tal - likwidità
|
|
78. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu stampa ċara dwar is - sorsi ppjanati biex …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu stampa ċara dwar is - sorsi ppjanati biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tan- negozju ppjanati, inkluż is - sors(i) tal - ammont inizjali tal -kapital. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l - informazzjoni sottomessa mill - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti (b’mod partikolari skont l -Artikolu 4 tal- RTS dwar l - informazzjoni għall - awtorizzazzjoni) biex jivvalutaw il -profil tal-likwidità u l- istruttura tal - obbligazzjonijiet, b’enfasi speċjali fuq il -kredibbi ltà tas - suppożizzjonijiet sottostanti. Fir -rigward tal- istruttura tal - obbligazzjonijiet, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw is - sorsi differenti ta’ finanzjament (tipi ta’ obbligazzjonijiet, strumenti u kontropartijiet), il - kostijiet relatati, l - opzjonijiet inkorporati u l - maturitajiet kuntrattwali u komportamentali tagħhom. Stampa ċara dwar il-profil tal-likwidità u l- istruttura tal - obbligazzjonijiet se tippermetti lill -awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il- projezzjonijiet għal -likwidità regolatorja u l- proporzjonijiet ta’ finanzjament bħal - LCR10 u l- NSFR11 , filwaqt li jqisu wkoll l - iżvilupp tagħhom matul il -perjodu ta’ ppjanar minħabba ż - żieda gradwali fl -attivitajiet tan- negozju u l - implimentazzjoni tal - istrateġija ta’ finanzjament (eż. l - attrazzjoni gradwali tad - depożituri) fil - fażi tat - twaqqif. L - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu wkoll li, filwaqt li fl - ewwel sena tal -attivitajiet, il-maġġoranza tas - sorsi disponibbli ta’ finanzjament normalment ikunu stabbli (eż. kapital tas - sehem) u l -pro porzjon ta’ assi likwidi jkun għoli, l - iżvilupp tal - proporzjonijiet regolatorji jista’ jvarja skont l -attivitajiet tan- negozju ppjanati u l - istrateġija ta’ finanzjament relatata tal - applikant.
10 Ara r-Regolament ta’ Delega tal- Kummissjoni (UE) 2015/61 li jissupplimenta r -Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill rigward ir - rekwiżit ta’ kopertura tal - likwidità għall - Istituzzjonijiet ta’ Kreditu 11 Ara t- Titolu IV – Parti Sitta tas - CRR (introdotta fis - CRR II).
|
|
79. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni aktar intensa, inklużi mistoqsijiet …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni aktar intensa, inklużi mistoqsijiet dettaljati relatati ma’ xenarji alternattivi potenzjali, jekk l - istruttura ta’ finanzjament turi livelli għoljin ta’ konċentrazzjoni jew profil ta’ finanzjament żbilanċjat (eż. spariġġ eċċessiv fil - maturità).
|
|
80. L- ispejjeż tal -fin anzjament għandhom jiġu vvalutati fil - kuntest tal - valutazzjoni tat - …
|
L- ispejjeż tal -fin anzjament għandhom jiġu vvalutati fil - kuntest tal - valutazzjoni tat - tbassir finanzjarju (ara 7.2.5 ) bħala parti mill -profitt u t-telf tal- istituzzjoni ta’ kreditu applikanti u, fejn fattibbli u xieraq, għandhom jitqabblu mal - pari. Barra minn hekk, is - suppożizzjonijiet sottostanti – b’mod partikolari r-rati tal- imgħax ippjanati – għandhom jiġu vvalutati fl - isfond tal-ambjent tan- negozju u makroekonomiku.
|
|
81. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l - informazzjoni sottomessa, b’mod …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l - informazzjoni sottomessa, b’mod partikolari kif stabbilit fl -Artikolu 4, ittra (g), n. (ii) sa (v)12 tal- RTS dwar l- informazzjoni għall - awtorizzazzjoni , sabiex tiġi vvalutata l - kapaċità tal- istituzzjoni ta’ kreditu applikanti li tiffinanzja, timmonitorja, taġġorna u tirrapporta l - pożizzjoni tal - likwidità tagħha u l - bafers relattivi, f’konformità mal- ħtiġijiet tagħha13 .
12 L-Artikolu 4, ittra (g) tal- RTS dwar l- informazzjoni għall -awtorizzazzjoni jipprovdi li l- applikazzjoni għandha tistabbilixxi “deskrizzjoni tal - oqfsa u l - politiki li ġejjin tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti: [...] (b) politika ta’ ġestjoni tar - riskju tal - likwidità; (c) il - konċentrazzjoni tal - finanzjament u l - politika ta’ diversifikazzjoni; (d) politika ta’ ġestjoni tal - kollateral; (e) politika ta’ depożitu”. 13 Ara t- taqsima 9.4 , Qafas ta’ kontroll intern.
|
|
82. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l - informazzjoni sottomessa b’mod …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l - informazzjoni sottomessa b’mod partikolari kif stabbilit fl -Artikolu 4, ittra a) n. (v)14 tal- RTS dwar l- informazzjoni għall - awtorizzazzjoni , bil- għan li jiġi vvalutat l - istat ta’ tħejjija ġenerali tal - proċess ta’ valutazzjoni interna tal- adegwatezza tal -likwidità, b’kont me ħud, pereżempju, tal - aspetti li ġejjin: - (a) governanza tal -likwidità. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu fehim ċar tal - kapaċità effettiva tal- istituzzjoni biex timmaniġġja l - likwidità tagħha, inkluż jekk il - funzjonijiet rispettivi għandhomx biżżejjed riżorsi biex jiżguraw ġestjoni tajba tal - likwidità u humiex kapaċi jikkalkulaw l - NSFR u l - LCR. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu wkoll fehim ċar tal - linji ta’ rapportar stabbiliti biex jiddiskutu r - riskji tal -likwidità u r- riskji relatati tal - istituzzjoni, inkluż il - kontenut maħsub u l - frekwenza tar -rapporti lill- korp ta’ ġestjoni, lill - maniġment superjuri u lill - kumitati rilevanti (jekk applikabbli) sabiex jiġi stabbilit li jistgħu jiddiskutu u jikkontestaw il - kwistjonijiet rilevanti;
- (b) l- istrateġija ta’ finanzjament u l -ippjanar tal-likwidità. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu fehim ċar tal - kapaċità tal - istituzzjoni ta’ kreditu li tfassal xenarji, inkluż l - ittestjar tal - istress u l - pjanijiet ta’ finanzjament ta’ kontinġenza;
- (c) il- qafas ta’ kontro lli interni tal-likwidità. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu fehim ċar tal - proċessi previsti ta’ rieżami, validazzjoni u sostanzjar b’evidenza (eż. rapporti, evidenza ta’ kontroll).
14 L-Artikolu 4, ittra (h) tal - RTS dwar informazzjoni għall -awtorizzazzjoni jipprovdi li “L- applikazzjoni għandha tistabbilixxi dan kollu li ġej dwar is - sitwazzjoni finanzjarja tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti: [...] sommarju tal - valutazzjoni interna dwar l- adegwatezza tal - likwidità, f’livelli kkonsolidati, subkonsolidati u individwali kif applikabbli, li juri li r - riżorsi tal - likwidità tal- istituzzjoni ta’ kreditu ser ikunu adegwati biex jissodisfaw ir - rekwiżiti tal - likwidità individwali tagħha; […]”.
|
|
83. B’mod konsistenti mal - approċċ tal - proporzjonalità stabbilit fil -paragrafu 70 …
|
B’mod konsistenti mal - approċċ tal - proporzjonalità stabbilit fil -paragrafu 70, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - kapaċità u l - istat tat - tħejjija tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti biex tiflaħ għal l- istress tal - finanzjament. Għal dan il - għan, l -awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw l -impatt tal- finanzjament ippreżentat u x - xenarju ta’ stress tal -likwidità, bħal żieda fil - kostijiet tal - finanzjament, fuq il - proporzjonijiet tal -likwidità u tal-fi nanzjament.
|
|
84. Fejn rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d - deskrizzjoni ppreżentata …
|
Fejn rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d - deskrizzjoni ppreżentata tal - proċess rilevanti għat - tħejjija tal -pjan ta’ rkupru tkopri l-indikaturi tal-likwidità u tal-finanzjament.
|
|
85. Fil - valutazzjoni tar - riskji għal -likwidità u l- finanzjament, l - awtoritajiet kompetenti …
|
Fil - valutazzjoni tar - riskji għal -likwidità u l- finanzjament, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il-konformità futura tal- istituzzjoni ta’ kreditu applikanti mar - rekwiżiti minimi pprovduti mil- leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni tal - UE u nazzjonali rilevanti. Madankollu, il - kamp ta’ appli kazzjoni tal - valutazzjoni jista’ jiġi estiż lil hinn minn dawk ir - rekwiżiti minimi, bil - għan li l - awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jitolbu riżorsi ta’ likwidità ogħla mill - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti sabiex jikkumpensaw għal riskji u inċertezzi mhux identifikati. 7.2.3 Fatturi esterni ewlenin inkluż l - ambjent tan -negozju
|
|
86. Biex jiffurmaw opinjoni dwar il - plawżibbiltà tas - suppożizzjonijiet strateġiċi ta’ …
|
Biex jiffurmaw opinjoni dwar il - plawżibbiltà tas - suppożizzjonijiet strateġiċi ta’ istituzzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom ikopru l - fatturi esterni ewlenin tal - pjan ta’ direzzjoni tan - negozju, inkluż l -ambjent tan- negozju, bħala parti mill - valutazzjoni ġenerali tagħhom, skont il - kriterji indikati hawn taħt.
|
|
87. B’mod konsistenti mal - approċċ tal - proporzjonalità stabbilit fil -paragrafu 70 …
|
B’mod konsistenti mal - approċċ tal - proporzjonalità stabbilit fil -paragrafu 70, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw il - ħarsa ġenerali tal - analiżi tas - swieq fil - mira sottomessa mill- istituzzjoni ta’ kreditu applikanti bil - għan li jinkiseb fehim xieraq tal -ambjent tan- negozju eżistenti, filwaqt li jitqiesu l -attivitajiet tal- atturi ewlenin eżistenti u l - kompetituri prospettivi fis - suq (swieq) fil -mira, u tal- iżvilupp probabbli tal -ambjent tan- negozju.
|
|
88. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżam inaw l- analiżi tax - …
|
Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżam inaw l- analiżi tax - xejriet fis - suq fil- mira li jista’ jkollhom impatt fuq il - prestazzjoni u l -profittabbiltà tal- istituzzjoni. Dawn jistgħu jinkludu, fuq bażi ta’ każ b’każ, xejriet regolatorji u makroprudenzjali (eż. bidliet fil - leġiżlazzjoni dwar id- distribuzzjoni tal - prodotti bankarji għall - konsumatur jew bidliet fil - proporzjonijiet massimi tas - self mal - valur permessi għall - ipoteki), xejriet teknoloġiċi (eż. ċaqliq lejn pjattaformi elettroniċi għal ċerti tipi ta’ negozjar) u xejriet soċjetali/demografiċi (eż. il - kompożizzjoni tal -klijenti, il-bdil tal- prodotti bħala riżultat ta’ xejriet tas - suq li qed jinbidlu, domanda akbar għal faċilitajiet bankarji Iżlamiċi).
|
|
89. Fejn xieraq u fuq analiżi każ b’każ, referenza għal atturi eżistenti u kompetituri potenzjali …
|
Fejn xieraq u fuq analiżi każ b’każ, referenza għal atturi eżistenti u kompetituri potenzjali tista’ tinkludi, flimkien ma’ istituzzjonijiet finanzjarji eżistenti, kumpaniji tat - teknoloġija globali li jespandu fis - servizzi finanzjarji. Tali analiżi għandha titwettaq ukoll f’koordinazzjoni mar - rieżami tas - suq fil - mira, inkluż l -impatt ta’ tali kompe tituri fuq l - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti, pereżempju fuq il - kummerċjalizzazzjoni diretta tal - konsumatur. 7.2.4 Fatturi interni ewlenin
|
|
90. B’mod konsistenti mal - approċċ proporzjonat stabbilit fil -paragrafu 71 u fuq bażi ta’ każ …
|
B’mod konsistenti mal - approċċ proporzjonat stabbilit fil -paragrafu 71 u fuq bażi ta’ każ b’każ, l- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu analiżi tal - karatteristiċi kwalitattivi tal -mudell kummerċjali previst tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti biex jifhmu l - ixprunaturi tas - suċċess u d- dipendenzi ewlenin tagħha fil - formazzjoni tal -opinjoni tal- istituzzjoni ta’ kreditu applikanti.
|
|
91. F’dan ir -rigward, l- oqsma għall - analiżi mill - awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l …
|
F’dan ir -rigward, l- oqsma għall - analiżi mill - awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l -fatturi endoġeni ewlenin li jinfluwenzaw is - suċċess tal -mudell tan- negozju, bħall - qawwiet previsti tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti fir - relazzjonijiet mal -klijenti, il-fornituri u s - sħab, il -kwalità tal-pjattaformi tal- IT u l - kapaċità operazzjonali u tar - riżorsi, kif ukoll fatturi bħal fornituri terzi, intermedjarji, esponiment potenzjali għar - riskju ta’ ML/TF u motivaturi regolatorji speċifiċi.
|
|
92. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll jekk il- previżjonijiet finanzjarji …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll jekk il- previżjonijiet finanzjarji jaqblux mal- istrateġija tan - negozju stabbilita fil - pjan, jekk hemmx pjan ċar lejn l - implimentazzjoni u l - kapaċità li jitwettaq u jiġi implimentat il - pjan ta’ direzzjoni tan - negozju. F’dan l - aħħar rigward, ir- rieżami tal - awtoritajiet kompetenti għandu jqis ukoll il - valutazzjoni tal - kapaċità professjonali tal - maniġment fuq bażi kontinwa, inkluż fir -rigward tal- pjan ta’ direzzjoni tan - negozju u l - bidliet tiegħu maż - żmien, u d - disponibbiltà ta’ riżorsi umani suffiċjenti biex tiġi żgurata l - implimentazzjoni tal - istrateġija tan - negozju. Biex jappoġġjaw din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - esperjenza professjonali preċedenti tal -membri tal-korp ta’ ġestjoni. 7.2.5 Tbassir finanzjarju
|
|
93. L-awtorit ajiet kompetenti għandhom iwettqu rieżami kwantitattiv tal - pjan ta’ direzzjoni tan …
|
L-awtorit ajiet kompetenti għandhom iwettqu rieżami kwantitattiv tal - pjan ta’ direzzjoni tan - negozju tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti li jiffoka fuq it - tbassir finanzjarju sottomess, kemm għall - każ ta’ bażi kif ukoll għax - xenarju ta’ stress – b’kunsiderazzjon i tad- distribuzzjoni ġeografika, it -tipi ta’ attivitajiet u l- pożizzjoni fis - suq fil -livell individwali u, fejn applikabbli, tal-grupp konsolidat jew subkonsolidat (l -Artikolu 4, l-ittra (a ) tal- RTS dwar l- informazzjoni għall - awtorizzazzjoni15 ). L-awtorit ajiet kompetenti għandhom jirrevedu wkoll il - pożizzjonijiet finanzjarji (eż. ibbażati fuq il -karta tal- bilanċ), ir - riskju (eż. ibbażat fuq l -ammont totali tal-esponiment għar - riskju, “TREA”, jew miżuri oħra ta’ riskju) u/jew restrizzjonijiet organizzattivi u/jew statutorji.
15 L-Artikolu 4, ittra (a) tal- RTS dwar l - informazzjoni għall - awtorizzazzjoni jipprevedi li l - applikazzjoni għandha tistabbilixxi “informazzjoni ta’ tbassir dwar l - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti f’livell individwali u, fejn applikabbli, fi grupp konsolidat u livelli subkonsolidati (li tindika s - sehem rappreżentat mill - istituzzjoni ta’ kreditu), tal - inqas abbażi ta’ każ ta’ bażi u ta’ xenarju ta’ stress, inklużi: [..]”.
|
|
94. L- għan tar - rieżami kwantitattiv tal - previżjonijiet finanzjarji tal - pjan ta’ direzzjoni …
|
L- għan tar - rieżami kwantitattiv tal - previżjonijiet finanzjarji tal - pjan ta’ direzzjoni tan - negozju għandu jkun li jivvaluta l - kredibbiltà tas - suppożizzjonijiet sottostanti (fir -rigward tat-tkabbir tan- negozju, il - ġenerazzjoni tad - dħul, l - istima tal - ispejjeż u r - riskji sottostanti), tal -vijabbiltà u s - sostenibbiltà tal - mudell kummerċjali tal -applikant u tal- kapaċità ġenerali tiegħu li jikseb ir - riżultati pproġettati f’konformità mar - rekwiżiti prudenzjali kemm fil - każ ta’ bażi kif ukoll fix - xenarju ta’ stress.
|
|
95. Il- valutazzjoni tat - tbassir finanzjarju għandha tirrifletti l - istrateġija tan - negozju …
|
Il- valutazzjoni tat - tbassir finanzjarju għandha tirrifletti l - istrateġija tan - negozju mmirata tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti fir -rigward tal- aktar ġeografiji materjali tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti, inklużi sussidjarji, fergħat, attivitajiet ipprovduti permezz tal - libertà li jiġu pprovduti servizzi, tipi ta’ attivitajiet, linji tan - negozju u linji ta’ prodotti bbażati fuq il - kontribuzzjoni tal - profitt (eż. abbażi ta’ P&L) u teżamina l - kredibbiltà tas - suppożizzjonijiet kwantitattivi sottostanti (eż. negozju għal kull reġjun, introjtu minn tariffi, għadd ta’ klijenti, kostijiet tal - persunal, suppożizzjonijiet makroekonomiċi, eċċ.).
|
|
96. Meta jivvalutaw il -profittabbiltà tal- pjan ta’ direzzjoni tan - negozju, l -awtoritajiet …
|
Meta jivvalutaw il -profittabbiltà tal- pjan ta’ direzzjoni tan - negozju, l -awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lil dawk l - oqsma tal - istrateġija tan - negozju mmirata li huma l - aktar rilevanti għas - sostenibbiltà futura tal -mudell tan- negozju u s - sopravivenza f’sitwazzjonijiet ta’ stress. Sa fejn ikun possibbli, u fejn xieraq, għandhom iqisu wkoll l - esponiment tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti għal riskji u vulnerabbiltajiet eżistenti jew ġodda.
|
|
97. Għal dawn il -finijiet, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l - ispjegazzjoni tal …
|
Għal dawn il -finijiet, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l - ispjegazzjoni tal - vijabbiltà inizjali tal - istituzzjoni ta’ kreditu u tas - sostenibbiltà tal - mudell kummerċjali fuq perjodu ta’ żmien meħtieġ mill - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti biex tilħaq l - istat stabbli, fi kwalunkwe każ fuq perjodu ta’ mill - inqas tliet snin. Fir - rigward tax - xenarju ta’ stress, għandu j kun biżżejjed li l - istituzzjoni ta’ kreditu tkun tista’ tikkonforma mar - rekwiżiti prudenzjali fi tmiem il- perjodu ta’ żmien għall -ippjanar.
|
|
98. L- awtoritajiet kompetenti jista’ jkollhom bżonn jivvalutaw pjan ta’ direzzjoni tan - negozju …
|
L- awtoritajiet kompetenti jista’ jkollhom bżonn jivvalutaw pjan ta’ direzzjoni tan - negozju b’perjodu ta’ żmien itwal, pereżempju sa ħames snin. Dan jista’ jkun il - każ, pereżempju, fir - rigward ta’ dawk l- applikanti li ċ - ċiklu tan - negozju tagħhom jiżviluppa fuq ħames snin jew li l - pjanijiet ta’ direzzjoni tan - negozju ta’ tliet snin tagħhom juru dgħufijiet fis - sostenibbilt à. F’każijiet bħal dawn, il - livell ta’ intensità tal - valutazzjoni għandu jiġi kkalibrat skont il -profil tar-riskju tal - pjan ta’ direzzjoni tan - negozju, id - dgħufijiet potenzjali u l - inċertezza marbuta mal - perjodu taż - żmien itwal.
|
|
99. Sa fejn ikun possibbli u fejn xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw …
|
Sa fejn ikun possibbli u fejn xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw paragun bejn il- pari rilevanti għall - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti. L -awtorità kompetenti għandha tiddetermina l -pari jew il- grupp ta’ pari abbażi tal -prodott rivali/linji tan- negozju li jim miraw għall - istess sors ta’ profitti/klijenti u tibbaża l - analiżi fuq data superviżorja, tas - suq u makroekonomika fil- pussess tal - awtorità kompetenti. F’każijiet bħal dawn, ir - riżultat tal - valutazzjoni li jirriżulta mit - tqabbil bejn il - pari għandu jikkompl ementa l- ġudizzju espert tal - awtorità kompetenti. Jekk it - tqabbil bejn il - pari ma jkunx fattibbli, l -awtoritajiet kompetenti għandhom joqogħdu fuq ġudizzju espert.
|
|
100. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li jivvalutaw ix - xejriet u l - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li jivvalutaw ix - xejriet u l - proporzjonijiet tal-profittabbiltà, filwaqt li jqisu r - riskji li l - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti tipprevedi li tassumi u l- prestazzjoni relattiva meta mqabbla mal - pari. Biex jappoġġaw din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu għall -aktar indikaturi komuni tal-profittabbiltà u tar-riskju bħar - redditu fuq l -ekwità, ir- redditu fuq l - assi, il - proporzjon tal - kost għall -introjtu, il- kost tar- riskju u l - proporzjon ta’ ingranaġġ. L - użu ta’ indikaturi speċifiċi mill -awtorità kompetenti għandu jirriflet ti t-tip u l- livell ta’ riskju previst mill - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti biex tiġġenera profitti (pereżempju istituzzjoni li tiġġenera redditi aktar baxxi u aktar stabbli b’aptit għar - riskju konservattiv tista’ tkun aktar sostenibbli minn waħda b’redditi għoljin iżda b’aptit għar - riskju aggressiv ħafna). L - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw bir - reqqa r - riskju sottostanti għall - prestazzjoni ekonomika (eż. il - livell ta’ riskju tal - assi), filwaqt li jqisu wkoll l - indikaturi aġġustati għar - riskju sa fejn ikun possibbli.
|
|
101. L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jiksbu fehim ċar tas - sorsi tal - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jiksbu fehim ċar tas - sorsi tal - ġenerazzjoni tal- qligħ u t -telf tal- istituzzjoni (b’mod partikolari tal - motivaturi sottostanti bħall -volumi – l-istokk u l - fluss – u l- prezzijiet/marġnijiet) sabiex jidentifikaw il -motivaturi ewlenin u d-dipendenzi tal - prestazzjoni tan - negozju u l - vulnerabbiltajiet potenzjali. Fejn xieraq fid -dawl tal-approċċ tal - proporzjonalità stabbilit fil -paragrafu 70, l- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu diżaggregazzjoni tad - dħul/is - sors tal - introjtu sabiex jifhmu jekk is - sorsi ta’ dħul mistennija humiex konsistenti mal - istrateġija ġenerali tan- negozju mmirata (it -tip ta’ mudell ta’ negozju, id - daqs tan - negozju). F’dan ir -rigward, l- awtoritajiet kompetenti għandhom joqogħdu attenti għal aspettattivi ta’ profitt ottimisti żżejjed, relatati pereżempju mar -rata tal-imgħax forward u ma’ suppożizzjonijiet oħra rilevanti li jiġġeneraw id - dħul, u l -impatt potenzjali tagħhom fuq l -affidabbiltà u, fl- aħħar mill - aħħar, is - sostenibbiltà tal - projezzjonijiet.
|
|
102. B’mod konsistenti mal - prinċipju tal - proporzjonalità stabbilit fil -paragrafu 70 …
|
B’mod konsistenti mal - prinċipju tal - proporzjonalità stabbilit fil -paragrafu 70, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l - ipprezzar u l - istruttura tal -prodotti tal- istituzzjoni ta’ kreditu applikanti. Għal dan il - għan, tista’ tingħata kunsiderazzjoni, pereżempju, lil: - (a) dipendenza fuq sorsi ta’ dħul riskjużi jew konċentrati (eż. ipoteki subprime, self finanzjarju ingranat, kreditu tal- konsumatur, gruppi speċifiċi ta’ klijenti) u l - effetti tagħha fuq il -mudell tan- negozju, bħal żieda fil -vulnerab biltà għall -bidliet fl-ambjent tan- negozju (eż. tnaqqis fil - prezz tal - proprjetà immobbli, tnaqqis fid - domanda għall - prodotti ffinanzjati permezz tas - self lill - konsumaturi);
- (b) dipendenza fuq sorsi aktar volatili ta’ introjtu (eż. introjtu operatorju, introjtu mill- iħħeġġjar jew sorsi oħra mhux rikorrenti) u l - implikazzjonijiet għas - sostenibbiltà fit -tul tad- dħul.
|
|
103. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu fehim ċar tad - diversi mudelli ta’ dħul (eż. …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu fehim ċar tad - diversi mudelli ta’ dħul (eż. ibbażati fuq l - imgħax (eż. negozju ta’ kreditu tal - konsumatur) jew ibbażati fuq id - dħul ta’ tariffi (eż. finanzjament tal - kummerċ, ibbankjar korrispondenti, kustodja jew servizzi ta’ konsulenza), il - motivaturi speċifiċi tad - dħul, l -indikaturi ewlenin tal- prestazzjoni u l - livell ta’ riskju tal -linji tan-negozju relatati. Fil - każijiet kollha, huma għandhom jiksbu fehim ċar tal -mudell tad- dħul tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti, kif hija tistenna li tiġġenera introjtu kemm f’sitwazzjonijiet ta’ żamma tal - istatus quo kif ukoll f’sitwazzjonijiet ta’ stress u l -kredibb iltà tas - suppożizzjonijiet sottostanti.
|
|
104. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir - rati għolja ta’ …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir - rati għolja ta’ tkabbir u s - suppożizzjonijiet tar - riskju assoċjati, inkluż fir -rigward tal- adegwatezza tal - kapaċità ta’ eżekuzzjoni u tal - ġestjoni tar- riskju tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti, biex jappoġġaw il - kisba tal - projezzjonijiet immirati, f’konformità mal - analiżi mwettqa skont il -paragrafu 92. Il-valutazzjoni tal - kredibbiltà tas - suppożizzjonijiet sottostanti għandha titwettaq b’kont meħud ta’ diversi elementi, inklużi l - istrateġija ġenerali tan - negozju, l - ipprezzar tal -prodotti, l-ambjent tan- negozju, l - istrateġija ta’ finanzjament, it- tolleranza u l - aptit għar - riskju, l - eżistenza ta’ politiki mmirati lejn l- iżgurar ta’ ġestjoni soda u prudenti, eċċ. B’referenza għas - sostenibbiltà tal-mudell tan- negozju, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu fehim profond tal - istruttura tal - ispejjeż u l - indikaturi rilevanti, pereżempju l - iżvilupp tal - proporzjon tal - kost mal - introjtu fil- mira (assoluti jew relattivi għall -pari) fi tmiem il- perjodu ta’ żmien previst għall - ippjanar tal- pjan u f’sitwazzjonijiet ta’ stress.
|
|
105. L- istruttura tal - kost fil -mi ra (eż. il - kostijiet lavorattivi, amministrattivi jew tal - …
|
L- istruttura tal - kost fil -mi ra (eż. il - kostijiet lavorattivi, amministrattivi jew tal - IT) għandha tiġi rieżaminata f’termini assoluti u, fejn possibbli u xieraq, meta mqabbla mal - pari, filwaqt li jitqies l- impatt negattiv sinifikanti li s - sottovalutazzjoni ta’ ċerti kostijiet, b’mod partikolari matul il-fażi tal - bidu jew f’sitwazzjonijiet ta’ stress, jista’ jkollha fuq is - sostenibbiltà tal -mudell kummerċjali u/jew l - istrateġija. L - awtoritajiet kompetenti għandhom joqogħdu attenti għall - konċentrazzjonijiet rikorrenti tal - ispejjeż li jistgħu jirriflettu r - riġidità fl - istruttura tal - ispejjeż.
|
|
106. Fir - rigward speċifiku ta’ mudelli ta’ spejjeż, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu applikanti …
|
Fir - rigward speċifiku ta’ mudelli ta’ spejjeż, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu applikanti li jiddependu b’mod sinifikanti fuq mudelli ta’ negozju teknoloġikament abilitati x’aktarx li jġarrbu spejjeż marġinali aktar baxxi minn istituzzjonijiet ta’ kreditu bi tranżazzjonijiet marbuta ma’ spejjeż varjabbli għoljin. B’konsegwenza ta’ dan, il -profittabbiltà ta’ dawn il- mudelli ta’ negozju fil - prinċipju x’aktarx li tiżdied wara li tinkiseb ċerta massa kritika li tassorbi l - kostijiet fissi tal - investiment. L - awtoritajiet kompetenti għandhom għalhekk jikkunsidraw l - infiq ewlieni għal applikanti bħal dawn, bħall - inġinerija jew it -talent tal- kummerċjalizzazzjoni tal -prodotti u l-investiment fl - infrastruttura. 7.2.6 Viżjoni superviżorja ġenerali
|
|
107. Abbażi tal - pjan ta’ direzzjoni tan - negozju u l - projezzjonijiet finanzjarji pprovduti, l …
|
Abbażi tal - pjan ta’ direzzjoni tan - negozju u l - projezzjonijiet finanzjarji pprovduti, l -awtoritajiet kompetenti għandhom jiżviluppaw il - viżjoni superviżorja ġenerali tagħhom biex jivvalutaw (a) jekk il-mudell tan- negozju tal -i stituzzjoni ta’ kreditu applikanti huwiex se jkun vijabbli u sostenibbli u (b) jekk l - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti hijiex se tkun tista’ tikkonforma mar - rekwiżiti prudenzjali matul il - perjodu ta’ żmien għall -ippjanar. Abbażi tal - ġudizzju espert tal - awtorità kompetenti, l- għan tal - viżjoni superviżorja ġenerali huwa li tifforma valutazzjoni integrata u komprensiva tal - pjan ta’ direzzjoni tan - negozju u tal - previżjonijiet finanzjarji u b’mod partikolari tal- kredibbiltà tas - suppożizzjonijiet sottostanti. Il- viżjoni superviżorja għandha tkun ibbażata fuq il - valutazzjoni tal - informazzjoni riċevuta dwar l - istrateġija tan - negozju, l -ambjent tan- negozju (il - pari potenzjali, ix - xejriet tas - suq u fatturi esterni oħra li jistgħu jaffettwaw il -profittabbiltà futura ) u fatturi interni ewlenin, u mqabbla mal - viżjonijiet proprji tal- istituzzjoni ta’ kreditu applikanti (previżjonijiet finanzjarji, kif spjegat fil -paragrafi 93 sa 106 ), sabiex tiġi vvalutata l - kredibbiltà ġenerali tagħhom.
|
|
108. Abbażi tal - informazzjoni rieżaminata, l - awtorità kompetenti għandha tikkontesta s - …
|
Abbażi tal - informazzjoni rieżaminata, l - awtorità kompetenti għandha tikkontesta s - suppożizzjonijiet tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti u tiżviluppa l - viżjoni superviżorja tagħha stess. Jekk is - suppożizzjonijiet ma jkunux kredibbli, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jiżviluppaw suppożizzjonijiet alternattivi u jwettqu analiżi tas - sensittività biex jiddeterminaw l - impatt kwantitattiv fu q l - oqsma relatati tal - pjan ta’ direzzjoni tan - negozju. L - isfida linja b’linja u l- applikazzjoni rispettiva ta’ suppożizzjonijiet alternattivi, jekk meħtieġa, se jippermettu lill - awtorità kompetenti tikkwantifika u tivvaluta l-impatt globali tal- analiżi tas - sensittività fuq il - previżjonijiet finanzjarji u fl - aħħar mill - aħħar fuq ir - rekwiżiti prudenzjali l -aktar rilevanti. L-awtorità kompetenti tista’ tikkontesta l - każ ta’ bażi kif ukoll ix - xenarju ta’ każ ta’ stress.
|
|
109. L- iżvilupp tal - opinjoni superviżorja u l - analiżi tas - sensittività għandhom ikunu …
|
L- iżvilupp tal - opinjoni superviżorja u l - analiżi tas - sensittività għandhom ikunu soġġetti għall - proporzjonalità kif stabbilit fil -paragrafu 70 , meta jitqiesu r - riskju u l - kumplessità relatt ivi tal-mudell ta’ negozju previst. Meta l - opinjoni superviżorja ġenerali tkun differenti mill - fehma tal - applikant, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw li jikkondividu osservazzjonijiet speċifiċi mal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti, bil - għan li jagħlqu l -lakuna fl- informazzjoni u japprofondixxu l - fehim tas - suppożizzjonijiet magħmula mill - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti. Id- djalogu superviżorju jista’ jwassal għall - preżentazzjoni ta’ pjan ta’ direzzjoni tan - negozju rivedut u previżjoni finanzjarja mill - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti, li jirriflettu kwalunkwe miżura ta’ rimedju meħtieġa biex jiġu żgurati l - vijabbiltà u s - sostenibbiltà tiegħu u, fl - aħħar mill- aħħar, il -konformità mar- rekwiżiti prudenzjali għall - perjodu ta’ żmien tal -ippjanar. F’sitwazzjoni bħal din, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw ukoll miżuri ta’ mitigazzjoni, fil - forma ta’ kundizzjonijiet preċedenti, obbligi sussegwenti jew restrizzjonijiet kif stabbilit fit - taqsima 4.2, il-paragrafi 25–32.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|