+15.2 Il-perjodu ta’ differiment u l-proporzjon tar-remunerazzjoni differita
---+253. Il-perjodu ta’ differiment wara li ssir l- għotja (eż. fil - mument li fih titħallas il -parti …
---+254. Meta jistabbilixxu l -perjodu ta’ differiment attwali u l-proporzjon li se jkun differit skont …
---+255. Id-ditti ta’ investi ment għandhom jistabbilixxu għal liema kategoriji ta’ persunal …
---+256. Id- ditti ta’ investiment għandhom jistabbilixxu porzjon xieraq tar - remunerazzjoni li għandu …
---+257. Id- ditti ta’ investiment għandhom jiddefinixxu liema livell ta’ remunerazzjoni varjabbli …
---+258. Meta d- ditti ta’ investiment jistabbilixxu l - proporzjon li huwa differit minn kaskata ta’ …
---+259. Meta l- prinċipji ġenerali tal -kuntratt nazzjonali u tal- liġi tax - xogħol jipprevjen u t- …

15.2 Il-perjodu ta’ differiment u l-proporzjon tar-remunerazzjoni differita

15.2 Il-perjodu ta’ differiment u l-proporzjon tar-remunerazzjoni differita

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
253. Il-perjodu ta’ differiment wara li ssir l- għotja (eż. fil - mument li fih titħallas il -parti …

Il-perjodu ta’ differiment wara li ssir l- għotja (eż. fil - mument li fih titħallas il -parti bil- quddiem tar-remunerazzjoni varjabbli). Id- differiment jista’ jiġi applikat għaż - żewġ tipi ta’ remunerazzjoni varjabbli, flus u strumenti.

254. Meta jistabbilixxu l -perjodu ta’ differiment attwali u l-proporzjon li se jkun differit skont …

Meta jistabbilixxu l -perjodu ta’ differiment attwali u l-proporzjon li se jkun differit skont ir-rekwiżiti minimi skont l -Artikolu 32(1)(l) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, id-ditti ta’ investiment għandhom jikkunsidraw:

  • a. ir-responsabbilitajiet u l-awtoritajiet mill-persunal identifikat u l- kompiti li wettqu;
  • b. iċ - ċiklu tan -negozju u n-natura tal-attivitajiet tad-ditta ta’ investiment;
  • c. fluttwazzjonijiet mistennijin fl-attività ekonomika u l-prestazzjoni u r-riskji tad-ditta ta’ investiment u l-unità tan-negozju u l-impatt tal- persunal identifikat fuq dawn il - fluttwazzjonijiet; EBA Public
  • d. il-proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar-remunerazzjoni totali u l-ammont assolut tar-remunerazzjoni varjabbli.
255. Id-ditti ta’ investi ment għandhom jistabbilixxu għal liema kategoriji ta’ persunal …

Id-ditti ta’ investi ment għandhom jistabbilixxu għal liema kategoriji ta’ persunal identifikat, billi jqisu wkoll ir -rwolijiet u r- responsabbiltajiet tagħhom, għandhom jiġu applikati perjodi ta’ differiment itwal mill- perjodu minimu meħtieġ ta’ mill - inqas tlieta sa ħames snin, sabiex jiżguraw li r - remunerazzjoni varjabbli hija allinjata mal -profil tar-riskju fit- tul. Meta jintużaw perjodi tad-dovuti pluriennali, u meta l-perjodu tad- dovuti itwal jipprovdi iktar ċertezza dwar ir-riskji li mmaterjalizzaw mill-bidu tal-perjodu tad-dovuti, id- ditti ta’ investiment għandhom jikkunsidraw dan il- fatt meta jistabbilixxu l - perjodi ta’ differiment u ta’ żamma u, fejn xieraq, jistgħu jintroduċu perjodi ta’ differiment li huma iqsar mill -perjodi ta’ differiment li jkunu xierqa meta jintuża perjodu tad-dovuti ta’ sena. Ir- rekwiżit minimu ta’ perjodu ta’ differiment ta’ tliet snin japplika fi kwalunkwe każ.

256. Id- ditti ta’ investiment għandhom jistabbilixxu porzjon xieraq tar - remunerazzjoni li għandu …

Id- ditti ta’ investiment għandhom jistabbilixxu porzjon xieraq tar - remunerazzjoni li għandu jiġi differit għal kategorija ta’ persunal id entifikat jew ta’ membru tal-persunal identifikat uniku fil-proporzjon minimu ta’ 40 % jew iktar. F’każ ta’ ammonti ta’ remunerazzjoni varjabbli partikolarment ogħla, il -proporzjon tal- perjodu ta’ differiment għal membri tal - persunal bħal dawn għandu jkun tal- inqas 60 %.

257. Id- ditti ta’ investiment għandhom jiddefinixxu liema livell ta’ remunerazzjoni varjabbli …

Id- ditti ta’ investiment għandhom jiddefinixxu liema livell ta’ remunerazzjoni varjabbli jikkostitwixxi ammont partikolarment għoli billi jqisu r - remunerazzjoni medja mħallsa fid -ditta ta’ investiment, fejn disponibbli, ir-rapport ta’ valutazzjoni komparattiva tar-remunerazzjoni tal-EBA dwar id-ditti ta’ investiment u, fejn disponibbli, ir- riżultati tal -valutazzjoni komparattiva tar- remunerazzjoni nazzjonali u oħrajn u l -livelli limitu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti. Meta jimplimentaw il-linji gwida, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu livell limitu assolut jew relattiv, b’kont meħud tal - kriterji ta’ hawn fuq. Remunerazzjoni f’dak il -livell limitu jew ogħla minnu dejjem għandha tiġi kkunsidrata bħala ammont partikolarment għoli.

258. Meta d- ditti ta’ investiment jistabbilixxu l - proporzjon li huwa differit minn kaskata ta’ …

Meta d- ditti ta’ investiment jistabbilixxu l - proporzjon li huwa differit minn kaskata ta’ ammonti assoluti (eż. parti bejn 0 u 100: 100 % bil- quddiem; parti bejn 100 u 200: 50 % bil- quddiem u l - bqija differit; parti iktar minn 200: 25 % bil- quddie m u l- bqija differit), id -ditti ta’ investiment għandhom ikunu kapaċi juru lill - awtorità kompetenti li fuq bażi medja peżata għal kull membru tal-persunal identifikat, id-ditta ta’ investiment tirrispetta l-livell limitu minimu ta’ differiment ta’ 40 % sa 60 % u li l- porzjon differit huwa xieraq u allinjat kif suppost man -natura tan-negozju, mar- riskji tiegħu u mal -attivitajiet tal-membru tal-persunal identifikat inkwistjoni.

259. Meta l- prinċipji ġenerali tal -kuntratt nazzjonali u tal- liġi tax - xogħol jipprevjen u t- …

Meta l- prinċipji ġenerali tal -kuntratt nazzjonali u tal- liġi tax - xogħol jipprevjen u t- tnaqqis sostanzjali tar- remunerazzjoni varjabbli fejn isseħħ prestazzjoni finanzjarja mhux ottimali jew negattiva tal-istituzzjoni, id- ditti ta’ investiment għandhom japplikaw skema ta’ differiment u jużaw l - istrumenti għall - għoti tar -remunerazzjoni va rjabbli li jiżguraw li l - aġġustamenti għar - riskju ex post huma applikati kemm jista’ jkun. Dan jista’ jinkludi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin: EBA Public

  • a. jiġu stabbiliti perjodi ta’ differiment itwal;
  • b. jiġi evitat l - użu ta’ vestiment pro rata fejn jista’ jiġi ap plikat il-malus, imma l-applikazzjoni tal- irkupru tkun soġġetta għall -impedimenti legali;
  • c. jingħata porzjon ogħla ta’ remunerazzjoni varjabbli fi strumenti li huma allinjati mal - prestazzjoni tad- ditta ta’ investiment u soġġetti għal perjodi ta’ żamma u ta’ differiment twal biżżejjed.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/