+6.1 Applikazzjonijiet għall - awtorizzazzjoni tal - istituzzjonijiet
---+41. Fil- valutazzjoni ta’ applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni skont l - Artikoli 10 sa 14 …
---+42. Is- superviżur prudenzjali għandu jikkondividu mas - superviżur fil - qasam tal -AML/CFT …
---+43. Barra minn hekk, f’sitwazzjonijiet fejn ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mal - azzjonisti, mal - …
---+44. Barra minn hekk, fejn ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mal - fondi użati biex jissodisfaw ir - …
---+45. Fejn superviżur prudenzjali jiddeċiedi li ma jagħtix l - awtorizzazzjoni lil istituzzjoni …
---+46. Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom, fuq talba tas - superviżuri prudenzjali …
---+47. L- informazzjoni mitluba fil - kuntest ta’ applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni ta’ …
|
6.1 Applikazzjonijiet għall - awtorizzazzjoni tal - istituzzjonijiet
Superviżuri prudenzjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
41. Fil- valutazzjoni ta’ applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni skont l - Artikoli 10 sa 14 …
|
Fil- valutazzjoni ta’ applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni skont l - Artikoli 10 sa 14 tad-Direttiva 2013/36/UE7 , is - superviżuri prudenzjali għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni mas - superviżur rilevanti fil - qasam tal - AML/CFT għall -fini tal- valutazzjoni tagħhom f’konformità mal -Linji Gwida tal- EBA dwar metodoloġija ta’ valutazzjoni komuni għall - għoti ta’ awtorizzazzjonijiet8 , b’mod partikolari fir - rigward tal - valutazzjoni tar - riskji ta’ ML/TF relatati mal - applikazzjoni proposta għall - awtorizzazzjoni.
7 F’konformità mal -Linji Gwida tal- EBA dwar metodoloġija ta’ valutazzjoni komuni għall - għoti ta’ awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu skont l - Artikolu (8)5 tad - Direttiva 2013/36/UE (EBA/GL/2021/12). Jekk jogħġbok irreferi wkoll għall - (abbozz finali) RTS u ITS dwar l - Awtorizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (EBA -RTS-2017-08 u EBA-ITS-2017- 15) dwar l - informazzjoni li trid tingħata għall -a wtorizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. 8 Il-Linji Gwida tal- EBA dwar metodoloġija ta’ valutazzjoni komuni għall - għoti ta’ awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu skont l - Artikolu (8)5 tad - Direttiva 2013/36/UE (EBA/GL/2021/12).
|
|
42. Is- superviżur prudenzjali għandu jikkondividu mas - superviżur fil - qasam tal -AML/CFT …
|
Is- superviżur prudenzjali għandu jikkondividu mas - superviżur fil - qasam tal -AML/CFT l-informazzjoni kollha pprovduta jew relatata mal - applikazzjoni li tkun rilevanti għas - superviżur fil- qasam tal - AML/CFT biex jipprovdi l - fehmiet tiegħu dwar l - applikazzjoni għall - awtorizzazzj oni. L- iskambju ta’ informazzjoni għandu jseħħ ukoll fejn kwalunkwe data jew informazzjoni oħra rilevanti għas - superviżur fil - qasam tal - AML/CFT tiġi żvelata matul ir - rieżami tal- applikazzjoni.
|
|
43. Barra minn hekk, f’sitwazzjonijiet fejn ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mal - azzjonisti, mal - …
|
Barra minn hekk, f’sitwazzjonijiet fejn ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mal - azzjonisti, mal - membri tal- korp maniġerjali jew mad - detenturi ta’ funzjoni ewlenija jkun akbar, is - superviżur prudenzjali għandu wkoll, fejn xieraq, ifittex informazzjoni mill - unità tal - intelligence finanzjarja sabiex jinforma l - valutazzjoni tagħhom kif spjegat fit - taqsimiet 6.2 u 6.3.
|
|
44. Barra minn hekk, fejn ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mal - fondi użati biex jissodisfaw ir - …
|
Barra minn hekk, fejn ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mal - fondi użati biex jissodisfaw ir - rekwiżit kapitali fl- awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ġdida jkun akbar, is - superviżuri prudenzjali għandhom ukoll, fejn xieraq, ifittxu informazzjoni mill - unità tal - intelligence finanzjarja, sabiex jinfurmaw il- valutazzjoni tagħhom. Dan huwa partikolarment rilevanti f’każijiet fejn l - informazzjoni disponibbli tqajjem suspett dwar il - leġittimità tal - oriġini tal - fondi użati biex jissodisfaw ir - rekwiżit kapitali fl - awtorizzazzjoni u l - punt safejn il - fondi huma potenzjalment konnessi ma’ jew derivati minn attività kriminali.
|
|
45. Fejn superviżur prudenzjali jiddeċiedi li ma jagħtix l - awtorizzazzjoni lil istituzzjoni …
|
Fejn superviżur prudenzjali jiddeċiedi li ma jagħtix l - awtorizzazzjoni lil istituzzjoni abbażi ta’ riskji ta’ ML/TF, is - superviżur prudenzjali għandu jikkondividi d - deċiżjoni rilevanti jew partijiet mid - deċiżjoni mas - superviżur fil - qasam tal -AML/CFT fl- Istat Membru fejn l - istituzzjoni kienet proposta li tkun stabbilita kif ukoll mal - unità tal - intelligence finanzjarja f’dak l - Istat Membru. Superviżuri fil - qasam tal -AML/CFT
|
|
46. Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom, fuq talba tas - superviżuri prudenzjali …
|
Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom, fuq talba tas - superviżuri prudenzjali, jikkondividu l - informazzjoni rilevanti kollha disponibbli għalihom u jipprovdu l - valutazzjoni tagħhom ta l- applikazzjoni minn perspettiva tal - AML/CFT. Fejn xieraq, is - superviżuri fil - qasam tal- AML/CFT għandhom ukoll ifittxu informazzjoni minn superviżuri fil - qasam tal -AML/CFT oħrajn u mill - unità tal - intelligence finanzjarja bħala parti mill - valutazzjoni tagħhom tal - applikazzjoni, sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà disponibbli għas - superviżur prudenzjali jew ma tkunx intalbe lill - unità tal - intelligence finanzjarja mis - superviżur prudenzjali.
|
|
47. L- informazzjoni mitluba fil - kuntest ta’ applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni ta’ …
|
L- informazzjoni mitluba fil - kuntest ta’ applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed fid -dawl tal- perjodu ta’ żmien legali qasir għall - valutazzjoni ta’ tali applikazzjoni mis - superviżur prudenzjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|