+12.1. Applikazzjoni tal-SREP għal fergħat ta’ pajjiżi terzi
---+501. Il-valutazzjoni tal-SREP għandha tiffoka fuq ir-riskji materjali tat-TCB u kif dawn huma …
---+502. Biex jinformaw il-valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni …
---+503. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-ambitu tal-valutazzjoni jinkludi miżuri biex …
---+504. Meta r-reviżjoni tal-governanza, tal-mudell tan-negozju, jew tal-attivitajiet tat-TCB, tagħti …
---+505. L-awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw il-mudell tan-negozju u l-istrateġija tat-TCB …
---+506. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni speċifika għas-sensibilizzazzjoni …
---+507. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kif il-prijoritajiet strateġiċi tal-impriża …
---+508. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-arranġamenti ta’ governanza …
---+509. Fit-twettiq tal-valutazzjoni tal-governanza interna, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+510. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-persuni li qegħdin jidderieġu t-TCB: a. …
---+511. Meta t-TCB tkun stabbilixxiet kumitat ta’ tmexxija, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+512. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-relazzjoni bejn it-TCB u l-impriża …
---+513. Meta t-TCB jinvolvi ruħu f’operazzjonijiet back-to-back jew intragrupp, l-awtoritajiet …
---+514. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk it-TCB għandhiex funzjonijiet ta’ kontroll …
---+515. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk it-TCB twettaqx diliġenza dovuta xierqa u …
---+516. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw: a. jekk it-TCB tissodisfax ir-rekwiżit minimu …
---+517. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex assi likwidi u …
---+518. Fit-twettiq tal-valutazzjoni tad-dotazzjoni kapitali u tal-likwidità, l-awtoritajiet …
---+519. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw: a. il-kwalità tal-involviment bejn it-TCB u …
---+520. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk it-TCB għandhiex qafas adegwat …
---+521. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-attivitajiet imwettqa mit-TCB, l-assi u …
---+522. Meta t-TCB tinvolvi ruħha f’arranġamenti ta’ reġistrazzjoni back-to-back, l-awtoritajiet …
---+523. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk it-TCB timmaniġġjax l-assi u …
---+524. Meta t-TCB toriġina assi u obbligazzjonijiet għal fergħat jew sussidjarji oħra tal-istess …

12.1. Applikazzjoni tal-SREP għal fergħat ta’ pajjiżi terzi

12.1.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
501. Il-valutazzjoni tal-SREP għandha tiffoka fuq ir-riskji materjali tat-TCB u kif dawn huma …

Il-valutazzjoni tal-SREP għandha tiffoka fuq ir-riskji materjali tat-TCB u kif dawn huma dipendenti fuq in-negozju, u l-profil tar-riskju tal-bqija tal-grupp u kif dawn jiġu ġestiti. Filwaqt li jiġi rrikonoxxut l-istatus tal-fergħa u d-dipendenza tagħha fuq il-kumpanija omm, il-valutazzjoni għandha wkoll tiffoka fuq jekk il-fergħa għandhiex biżżejjed indipendenza fil-governanza u fil-ġestjoni tar-riskju tagħha biex taġixxi fl-aħjar interessi tal-fergħa, tissalvagwardja s-sikurezza, is-solidità u l-vijabbiltà tagħha, u l-kapaċità tagħha li twettaq l-impenn tagħha lejn il-klijenti u l-kontrapartijiet fl-Istat Membru fejn tkun ġiet awtorizzata biex twettaq in-negozju.

502. Biex jinformaw il-valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni …

Biex jinformaw il-valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-valutazzjoni indipendenti minn parti terza tal-fergħa u l-opinjoni indipendenti dwar il-konformità mar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni mandati mill-Artikoli 48g(8) u 48h(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, rispettivament. Għandhom ukoll jikkooperaw mal-awtorità responsabbli għas-superviżjoni tal-impriża prinċipali (“l-awtorità domestika”) f’konformità mal-arranġamenti amministrattivi jew oħrajn f’konformità mal-Artikolu 48c(2) tad-Direttiva 2013/36/UE u jieħdu inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-valutazzjonijiet superviżorji tal-awtorità domestika tal-fergħa, fejn disponibbli.

503. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-ambitu tal-valutazzjoni jinkludi miżuri biex …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-ambitu tal-valutazzjoni jinkludi miżuri biex jiġu identifikati t-TCBs ta’ importanza sistemika jew li joħolqu riskji għall-istabbiltà finanzjarja. Barra minn hekk, il-valutazzjoni għandha tippermetti l-identifikazzjoni ta’ TCBs li għalihom tista’ tkun xierqa awtorizzazzjoni f’konformità mat-Titolu III, il-Kapitolu 1 tad-Direttiva 2013/36/UE (bħala sussidjarja). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreferu għall-Artikolu 48i għall-kriterji li għandhom jikkunsidraw f’dan ir-rigward.

504. Meta r-reviżjoni tal-governanza, tal-mudell tan-negozju, jew tal-attivitajiet tat-TCB, tagħti …

Meta r-reviżjoni tal-governanza, tal-mudell tan-negozju, jew tal-attivitajiet tat-TCB, tagħti lill-awtoritajiet kompetenti bażi raġonevoli biex jissuspettaw li, f’konnessjoni mat-TCB, qed iseħħ jew seħħ jew ġie attentat il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, jew li hemm riskju akbar ta’ dan, l-awtorità kompetenti għandha tinforma immedjatament lill-EBA u lis-superviżur fil-qasam tal-AML/CFT tat-TCB f’konformità mal-Artikolu 48n(4) tad-Direttiva 2013/36/UE.

12.1.2. Analiżi tal-mudell tan-negozju

505. L-awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw il-mudell tan-negozju u l-istrateġija tat-TCB …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw il-mudell tan-negozju u l-istrateġija tat-TCB biex jifhmu l-motivaturi ewlenin tar-riskji tagħha. Huma għandhom jużaw il-gwida pprovduta fit-Titolu 4 bħala l-bażi għall-valutazzjoni u jfittxu li japplikaw il-prinċipji li jinsabu b’mod proporzjonat għat-TCB. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-istrateġija għall-fergħa ta’ pajjiż terz u valutazzjoni separata tar-riskji assoċjati huma dokumentati b’mod adegwat flimkien ma’ evidenza tar-reviżjoni u l-iskrutinju tagħhom mill-maniġment tal-fergħa.

506. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni speċifika għas-sensibilizzazzjoni …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni speċifika għas-sensibilizzazzjoni tal-attivitajiet tat-TCB, biex jivvalutaw jekk tikkonformax mal-ambitu territorjali tal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti fejn tkun stabbilita t-TCB. Għandha tingħata attenzjoni wkoll lil kwalunkwe attività ta’ negozju transfruntiera mwettqa b’solleċitazzjoni bil-kontra.

507. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kif il-prijoritajiet strateġiċi tal-impriża …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kif il-prijoritajiet strateġiċi tal-impriża prinċipali għat-TCB jħallu impatt fuq il-profil tar-riskju tagħha. Għandhom jagħtu attenzjoni lil kwalunkwe qligħ jew mira strateġika stabbilita għall-fergħa tat-TCB u jekk dawn humiex appoġġati mill-kapaċitajiet tar-riżorsi u tal-ġestjoni tar-riskju tat-TCB. Huma għandhom jivvalutaw ukoll in-natura tas-servizzi u l-attivitajiet offruti mit-TCB u kif, jekk xejn, dawn ivarjaw mill-offerta tal-grupp usa’ u jekk dan jirriżultax fi kwalunkwe riskju miżjud jew imorrux lil hinn mill-ambitu tas-servizzi u l-attivitajiet awtorizzati biex jitwettqu mit-TCB, li ma jistax ikun aktar estensiv minn dak tal-impriża prinċipali diretta fil-pajjiż terz.

12.1.3. Valutazzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza interna u kontrolli

508. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-arranġamenti ta’ governanza …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-arranġamenti ta’ governanza tat-TCB billi jużaw it-Titolu 5 u t-taqsima 7 tal-Linji Gwida tal-EBA dwar il-Governanza Interna, f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE52 bħala gwida kif ukoll il-kunsiderazzjonijiet speċifiċi għat-TCB hawn taħt. Il-valutazzjoni għandha tinkludi l-qafas globali, il-kultura tar-riskju u l-imġiba tar-riskju, il-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni, u l-qafas tal-kontroll intern u tal-ġestjoni tar-riskju inkluża l-ġestjoni tar-riskji tal-ICT u tar-riskji minn partijiet terzi.


52 EBA/GL/2021/05

509. Fit-twettiq tal-valutazzjoni tal-governanza interna, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …

Fit-twettiq tal-valutazzjoni tal-governanza interna, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk it-TCB iżżommx sustanza suffiċjenti fl-Istat Membru f’konformità mar-rekwiżiti fil-paragrafu 90(g) tal-Linji Gwida tal-EBA dwar il-governanza interna. Qafas organizzazzjonali

510. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-persuni li qegħdin jidderieġu t-TCB: a. …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-persuni li qegħdin jidderieġu t-TCB:

  • a. għandhomx fehim suffiċjenti tal-attivitajiet u r-riskji tal-fergħa u għarfien tas-suq lokali, kif ukoll tar-regolamenti tal-UE u dawk nazzjonali tal-Istat Membru;
  • b. għandhomx awtorità, statura u indipendenza suffiċjenti, filwaqt li jitqies l-estent sa fejn huma għandhom is-setgħa jikkontribwixxu għad-deċiżjonijiet mill-impriża prinċipali li jaffettwaw il-fergħa;
  • c. iqattgħux biżżejjed ħin fl-Istat Membru tagħha u fil-bini tal-fergħa biex jissodisfaw b’mod effettiv ir-rwol tagħhom.
511. Meta t-TCB tkun stabbilixxiet kumitat ta’ tmexxija, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …

Meta t-TCB tkun stabbilixxiet kumitat ta’ tmexxija, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu ir-rwol tiegħu fl-iżgurar ta’ governanza adegwata. Fl-assenza ta’ korp bħal dan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu jekk ġiex implimentat qafas alternattiv xieraq u proporzjonat għas-sorveljanza mill-maniġment superjuri tal-attivitajiet u r-riskji tat-TCB.

Relazzjoni mal-impriża prinċipali

512. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-relazzjoni bejn it-TCB u l-impriża …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-relazzjoni bejn it-TCB u l-impriża prinċipali, inkluż jekk il-fergħa hijiex integrata b’mod effettiv fil-qafas ta’ governanza u ġestjoni tar-riskju tal-grupp. Dawn għandhom iqisu jekk:

  • a. ir-rapportar tal-fergħa lill-impriża prinċipali jipprovdix viżibilità suffiċjenti tar-riskji materjali tal-fergħa;
  • d. il-qafas tar-riskju applikat għat-TCB jindirizzax b’mod adegwat ir-regolamenti tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji.
513. Meta t-TCB jinvolvi ruħu f’operazzjonijiet back-to-back jew intragrupp, l-awtoritajiet …

Meta t-TCB jinvolvi ruħu f’operazzjonijiet back-to-back jew intragrupp, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-fergħa għandha qafas xieraq għall-ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti tagħha.

Qafas ta’ kontroll intern u ġestjoni tar-riskju minn partijiet terzi

514. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk it-TCB għandhiex funzjonijiet ta’ kontroll …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk it-TCB għandhiex funzjonijiet ta’ kontroll intern robusti. Għal TCBs tal-klassi 1 (u TCBs tal-klassi 2 fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 48g(3) tad-Direttiva 2013/36/UE), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk ġewx maħtura kapijiet xierqa ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern li huma indipendenti u li għandhom kapaċità suffiċjenti biex jissodisfaw il-funzjoni kif previst fl-Artikolu 76(6) tad-Direttiva 2013/36/UE.

515. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk it-TCB twettaqx diliġenza dovuta xierqa u …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk it-TCB twettaqx diliġenza dovuta xierqa u sorveljanza kontinwa tal-funzjonijiet ipprovduti mill-fornituri terzi ta’ servizzi. Għandhom jivverifikaw li l-arranġamenti ma’ partijiet terzi, inklużi l-arranġamenti intragrupp, huma regolati minn ftehimiet dokumentati u li t-TCB għandha aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq l-obbligi ta’ monitoraġġ tagħha, inkluż meta jintużaw sottokuntratturi. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-ġestjoni tat-TCB tar-riskji tal-ICT tagħha, inkluż jekk it-TCB iżżommx reġistru xieraq tal-fornituri terzi ta’ servizzi tagħha inkluż meta jintużaw sottokuntratturi li jwettqu funzjoni kritika jew importanti.

12.1.4. Valutazzjoni tad-dotazzjoni kapitali u r-riżorsi tal-likwidità

516. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw: a. jekk it-TCB tissodisfax ir-rekwiżit minimu …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw:

  • a. jekk it-TCB tissodisfax ir-rekwiżit minimu tad-dotazzjoni kapitali kif speċifikat fl-Artikolu 48e(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
  • b. jekk il-konċentrazzjoni tad-dotazzjoni kapitali fuq forma partikolari ta’ strument jew fuq strumenti minn post ġeografiku partikolari, jew l-inkonsistenza tal-munita tal-istrumenti tad-dotazzjoni kapitali mal-obbligazzjonijiet tat-TCB, speċjalment fir-rigward tad-depożiti, twassalx għal volatilità akbar tal-valur tal-istrumenti u għall-ksur potenzjali tar-rekwiżit minimu;
  • c. jekk id-dotazzjoni kapitali tinżammx f’kont miżmum minn terzi eliġibbli fl-Istat Membru fejn tkun ġiet awtorizzata l-fergħa tal-pajjiż terz u l-istrumenti ta’ dotazzjoni kapitali jissodisfaw il-kriterji speċifikati fl-Artikolu 48e(2) tad-Direttiva 2013/36/UE u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Linji Gwida tal-EBA dwar l-istrumenti disponibbli għal fergħat ta’ pajjiżi terzi għal użu mhux ristrett u immedjat biex ikopru r-riskji jew it-telf53 .

53 EBA/GL/2026/03

517. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex assi likwidi u …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex assi likwidi u mhux aggravati biżżejjed biex timmitiga r-riskji ta’ likwidità tagħha u b’mod partikolari li l-assi likwidi tal-fergħa huma biżżejjed biex jkopru l-ħruġ ta’ likwidità għal perjodu minimu ta’ 30 jum f’konformità mal-Artikolu 48f(1) tad-Direttiva 2013/36/UE. Għal TCBs tal-Klassi 1, il-valutazzjoni għandha tkopri l-konformità tal-fergħa mar-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità kif deskritt fl-istess Artikolu.

518. Fit-twettiq tal-valutazzjoni tad-dotazzjoni kapitali u tal-likwidità, l-awtoritajiet …

Fit-twettiq tal-valutazzjoni tad-dotazzjoni kapitali u tal-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk it-TCB iżżommx dokumentazzjoni li tkun adegwata għal reviżjoni fil-pront u preċiża tal-konformità tagħha mar-rekwiżit minimu tad-dotazzjoni kapitali u tal-likwidità.

519. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw: a. il-kwalità tal-involviment bejn it-TCB u …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw:

  • a. il-kwalità tal-involviment bejn it-TCB u l-impriża prinċipali fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tal-kapital u l-likwidità – inkluż kif il-fergħa hija koperta fil-proċessi tal-ippjanar tal-grupp dwar il-kapital u l-likwidità, fil-monitoraġġ u l-ittestjar tal-istress u l-eżistenza ta’ mekkaniżmi ta’ eskalazzjoni xierqa sabiex il-fergħa tinnotifika fil-pront lill-impriża prinċipali dwar problemi potenzjali jew attwali ta’ kapital jew likwidità;
  • b. jekk l-arranġamenti ta’ finanzjament intragrupp transfruntiera humiex fil-limiti tal-eċċezzjoni permessa f’konformità mal-Artikolu 48c(4)(d) tad-Direttiva 2013/36/UE u ma jaħbux attivitajiet kummerċjali transfruntiera bi ksur tal-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-awtorizzazzjoni – pereżempju fejn il-finanzjament intragrupp ipprovdut lil TCB stabbilita fi Stat Membru ieħor bi skambju għal sehem (totali jew parzjali) mir-riskjiu r-redditi ekonomiċi ta’ assi speċifiku.

12.1.5. Valutazzjoni tal-arranġamenti ta’ reġistrazzjoni

520. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk it-TCB għandhiex qafas adegwat …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk it-TCB għandhiex qafas adegwat għall-ġestjoni u r-reġistrazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet irreġistrati jew oriġinati fl-Istat Membru, inklużi entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-qafas tat-TCB jinkludi reġistru li jidokumenta b’mod adegwat l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha rreġistrati jew oriġinati mill-fergħa skont l-Istandards Tekniċi Regolatorji f’konformità mal-Artikolu 48h(4) tad-Direttiva 2013/36/UE u politika konformi mal-Artikolu 48h tad-Direttiva 2013/36/UE.

521. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-attivitajiet imwettqa mit-TCB, l-assi u …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-attivitajiet imwettqa mit-TCB, l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha rreġistrati jew oriġinati, jew arranġamenti oħra ta’ ħħeġġjar identifikati fir-reġistru humiex konformi mal-politika tal-TCB dwar l-arranġamenti ta’ reġistrazzjoni u mal-istrateġija tan-negozju tagħha.

522. Meta t-TCB tinvolvi ruħha f’arranġamenti ta’ reġistrazzjoni back-to-back, l-awtoritajiet …

Meta t-TCB tinvolvi ruħha f’arranġamenti ta’ reġistrazzjoni back-to-back, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk it-TCB timmaniġġjax b’mod xieraq ir-riskji tal-arranġamenti ta’ reġistrazzjoni back-to-back u ta’ reġistrazzjoni mill-bogħod rispettivament, inkluż ir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, ir-riskju ta’ CVA, u r-riskju ta’ saldu.

523. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk it-TCB timmaniġġjax l-assi u …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk it-TCB timmaniġġjax l-assi u l-obbligazzjonijiet b’mod awtonomu. Għandhom jikkunsidraw jekk it-TCB turix indipendenza fl-aċċettazzjoni ta’ attivitajiet ġodda, inkluż permezz tal-infurzar ta’ aptit għar-riskju maqbul mill-maniġment tal-fergħa. Għandhom jikkunsidraw jekk it-TCB għandiex biżżejjed kontrolli u rapportar biex b’mod indipendenti tifhem u taġixxi fuq ir-riskji ta’ attivitajiet attwali jew prospettivi. Għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni jekk il-qafas tat-TCB jindirizzax b’mod adegwat kemm ir-riskji prudenzjali tal-attivitajiet irreġistrati sa fejn dawn jimpattaw il-profil tar-riskju tal-kapital u tal-likwidità tal-fergħa, u r-riskji tal-AML/CFT.

524. Meta t-TCB toriġina assi u obbligazzjonijiet għal fergħat jew sussidjarji oħra tal-istess …

Meta t-TCB toriġina assi u obbligazzjonijiet għal fergħat jew sussidjarji oħra tal-istess grupp, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk jirriżultax xi riskju partikolari minn dawn l-arranġamenti inklużi l-vulnerabbiltajiet operazzjonali u r-restrizzjonijiet legali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.