+REGOLAMENT TAL-KUNSILL (Euratom) 2025/1304 tat-23 ta’ Ġunju 2025 li jistabbilixxi l-Programm tar-Riċerka u t-Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2026-2027 li jikkomplementa lil Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jħassar ir-Regolament (Euratom) 2021/765
---+Preamble: 1
---+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
------+Artikolu 1 Suġġett
------+Artikolu 2 Definizzjonijiet
------+Artikolu 3 Objettivi tal-programm
---------+Artikolu 3 1
---------+Artikolu 3 2
---------+Artikolu 3 3
------+Artikolu 4 Baġit
---------+Artikolu 4 1
---------+Artikolu 4 2
---------+Artikolu 4 3
---------+Artikolu 4 4
---------+Artikolu 4 5
---------+Artikolu 4 6
---------+Artikolu 4 7
------+Artikolu 5 Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm Euratom 2026-2027
---------+Artikolu 5 1
---------+Artikolu 5 2
---------+Artikolu 5 3
---------+Artikolu 5 4
---------+Artikolu 5 5
------+Artikolu 6 Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament
---------+Artikolu 6 1
---------+Artikolu 6 2
---------+Artikolu 6 3
---------+Artikolu 6 4
------+Artikolu 7 Sħubiji Ewropej
---------+Artikolu 7 1
---------+Artikolu 7 2
---------+Artikolu 7 3
---------+Artikolu 7 4
------+Artikolu 8 Xjenza miftuħa
------+Artikolu 9 Azzjonijiet eliġibbli u regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka
---------+Artikolu 9 1
---------+Artikolu 9 2
---------+Artikolu 9 3
---------+Artikolu 9 4
---------+Artikolu 9 5
------+Artikolu 10 Finanzjament kumulattiv, alternattiv u kkombinat
---------+Artikolu 10 1
---------+Artikolu 10 2
---------+Artikolu 10 3
---------+Artikolu 10 4
---+KAPITOLU II PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL
------+Artikolu 11 Programmi ta’ ħidma
---------+Artikolu 11 1
---------+Artikolu 11 2
---------+Artikolu 11 3
------+Artikolu 12 Monitoraġġ u rappurtar
---------+Artikolu 12 1
---------+Artikolu 12 2
---------+Artikolu 12 3
------+Artikolu 13 Informazzjoni, komunikazzjoni, pubbliċità u disseminazzjoni u sfruttament
---------+Artikolu 13 1
---------+Artikolu 13 2
---------+Artikolu 13 3
---------+Artikolu 13 4
------+Artikolu 14 Evalwazzjoni
---------+Artikolu 14 1
---------+Artikolu 14 2
---------+Artikolu 14 3
------+Artikolu 15 Awditjar
---------+Artikolu 15 1
---------+Artikolu 15 2
---------+Artikolu 15 3
---------+Artikolu 15 4
---------+Artikolu 15 5
---------+Artikolu 15 6
------+Artikolu 16 Proċedura ta’ kumitat
---------+Artikolu 16 1
---------+Artikolu 16 2
---------+Artikolu 16 3
---------+Artikolu 16 4
---------+Artikolu 16 5
---------+Artikolu 16 6
------+Artikolu 17 Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
---+KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
------+Artikolu 18 Tħassir
------+Artikolu 19 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
---------+Artikolu 19 1
---------+Artikolu 19 2
---------+Artikolu 19 3
------+Artikolu 20 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS I ATTIVITAJIET
---+ANNESS II
English - European Union - Energy -

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (Euratom) 2025/1304 tat-23 ta’ Ġunju 2025 li jistabbilixxi l-Programm tar-Riċerka u t-Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2026-2027 li jikkomplementa lil Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jħassar ir-Regolament (Euratom) 2021/765

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (Euratom) 2025/1304

tat-23 ta’ Ġunju 2025

li jistabbilixxi l-Programm tar-Riċerka u t-Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2026-2027 li jikkomplementa lil Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jħassar ir-Regolament (Euratom) 2021/765

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 7, l-ewwel paragrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku,

Billi:

(1)

Il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-“Komunità”) għandha l-għan li ttejjeb l-istandard tal-għajxien fl-Istati Membri billi tippromwovi u tiffaċilita r-riċerka nukleari fl-Istati Membri u tikkomplementaha billi twettaq Programm tar-riċerka u t-taħriġ tal-Komunità.

(2)

Ir-riċerka nukleari tista’ tikkontribwixxi għall-benesseri soċjali, il-prosperità ekonomika u s-sostenibbiltà ambjentali billi ttejjeb is-sikurezza nukleari, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni. Ir-riċerka dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni wasslet għal titjib fit-teknoloġiji mediċi li minnhom jibbenefikaw ħafna ċittadini, u dik ir-riċerka tista’ twassal għal titjib f’setturi oħra bħall-industrija, l-agrikoltura, l-ambjent u s-sigurtà.

(3)

B’rispett sħiħ għad-dritt tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar it-taħlita enerġetika tagħhom, ir-riżultati tar-riċerka tal-programm stabbilit b’dan ir-Regolament jistgħu potenzjalment jikkontribwixxu għal sistema tal-enerġija newtrali għall-klima b’mod sikur, effiċjenti u sigur.

(4)

Biex tkun żgurata l-kontinwità tar-riċerka nukleari fil-livell Komunitarju, jeħtieġ li jiġi stabbilit il-Programm tar-Riċerka u t-Taħriġ tal-Komunità għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2027 (il-“Programm Euratom 2026-2027”) biex il-perjodu tiegħu jkun allinjat ma’ dak tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (1). Il-Programm Euratom 2026-2027 jenħtieġ li jkompli għaddej bl-attivitajiet ewlenin tar-riċerka tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ preċedent tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għas-snin 2021-2025 stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/765 (2) (il-“Programm Euratom 2021-2025”), bl-istess objettivi u bl-istess mod ta’ implimentazzjoni.

(5)

Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm tal-Euratom 2021-2025 enfasizza r-rilevanza tal-karatteristiċi differenti ta’ dak il-Programm. Skont ir-rapport, dawk il-karatteristiċi jinkludu: (a) il-portafoll wiesa’ tar-riċerka li jappoġġa s-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-applikazzjonijiet mhux tal-ġenerazzjoni tal-enerġija; (b) il-valur miżjud tal-UE għar-riċerka fil-fissjoni; (c) l-appoġġ għall-partijiet ikkonċernati b’sikurezza aħjar u l-bażi tal-għarfien marbut ma’ kwistjonijiet ta’ sikurezza tat-tħaddim fit-tul tal-impjanti tal-enerġija nukleari attwali; (d) tħejjijiet għas-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji għal sistemi nukleari avvanzati; (e) l-iżvilupp ulterjuri tar-riċerka fil-fużjoni b’titjib fil-governanza; u (f) id-definizzjoni tal-prijoritajiet tal-programm u l-identifikazzjoni ta’ perkorsi aktar kredibbli u realistiċi. Ir-rapport ikkonkluda li dawk il-karatteristiċi jenħtieġ li jinżammu fl-estensjoni tal-Programm Euratom 2026-2027.

(6)

Il-Programm Euratom 2026-2027 huwa maħsub u mfassal minħabba l-ħtieġa li tiġi stabbilita massa kritika ta’ attivitajiet appoġġati. Dan irid jinkiseb billi jiġi stabbilit għadd limitat ta’ objettivi speċifiċi ffukati fuq l-użu sikur tal-fissjoni nukleari għall-applikazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u mhux tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, iż-żamma u l-iżvilupp tal-għarfien espert meħtieġ, it-trawwim tal-enerġija mill-fużjoni u l-appoġġ għall-politiki tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari.

(7)

Il-Programm Euratom 2026-2027 hu parti kruċjali mill-isforzi tal-Unjoni biex tkompli tiżviluppa t-tmexxija teknoloġika u tippromwovi l-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni nukleari biex tiżgura l-aqwa standards tas-sikurezza, tas-sigurtà, tas-salvagwardji, ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni, fjuwil użat sikur, ġestjoni tal-iskart radjuattiv u dekummissjonar fil-qasam nukleari, f’konformità mal-objettivi tal-programm stipulati f’dan ir-Regolament.

(8)

Billi l-Istati Membri kollha jużaw xi materjali radjuattivi, hu importanti li tkun żgurata l-ġestjoni responsabbli u sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, kif teħtieġ id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom (3), ħalli jkun evitat li jiġu imposti piżijiet żejda fuq il-ġenerazzjonijiet futuri. Jenħtieġ li l-Programm Euratom 2026-2027 ikompli jtejjeb u jappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp relatati mat-teknoloġiji u l-kompetenzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv.

(9)

Fi ħdan il-Programm Euratom 2026-2027, ir-riċerka fl-enerġija mill-fużjoni jenħtieġ li tiġi implimentata f’konformità mal-Pjan Direzzjonali Ewropew dwar il-Fużjoni, li jiddeskrivi r-riċerka u l-iżviluppi meħtieġa biex jipprovdu l-bażi għal impjant tal-enerġija mill-fużjoni li jiġġenera l-elettriku, u mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom (4). Fuq perjodu qasir sa medju, il-pass ewlieni jenħtieġ li jkun li titlesta l-kostruzzjoni u jibda jitħaddem l-ITER, filwaqt li l-attivitajiet Ewropej dwar l-ITER jenħtieġ li jiġu kkomplementati bi programm vigoruż tar-riċerka fil-fużjoni sabiex dan jappoġġa l-operazzjonijiet futuri tal-ITER u t-tħejjija għall-ewwel impjant tal-enerġija mill-fużjoni.

(10)

Billi jappoġġa r-riċerka nukleari, il-Programm Euratom 2026-2027 jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi ta’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (“Orizzont Ewropa”) stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u jenħtieġ li dan jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2030 u t-tisħiħ taż-żona Ewropea tar-riċerka.

(11)

Jenħtieġ li l-Programm Euratom 2026-2027 jfittex sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa u programmi oħra tal-Unjoni, mit-tfassil u l-ippjanar strateġiku tagħhom, tul il-proċess tal-għażla, il-ġestjoni, il-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-proġetti, sal-monitoraġġ, l-awditjar u l-governanza.

(12)

L-azzjonijiet tal-Programm Euratom 2026-2027 jenħtieġ li jkunu proporzjonati, mingħajr duplikazzjoni jew esklużjoni tal-finanzjament privat, u jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar. Dan ser jiżgura l-konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-Programm Euratom 2026-2027 u r-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, filwaqt li jevita distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

(13)

Filwaqt li hija l-għażla individwali ta’ kull Stat Membru jekk għandux juża l-enerġija nukleari, huwa rikonoxxut ukoll li l-enerġija nukleari taqdi rwoli differenti fi Stati Membri differenti. Permezz tal-attivitajiet ta’ riċerka tiegħu, il-Programm Euratom 2026-2027 ser jikkontribwixxi wkoll biex titrawwem diskussjoni wiesgħa fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha dwar l-opportunitajiet u r-riskji tal-enerġija nukleari.

(14)

Biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ, jenħtieġ li l-Programm Euratom 2026-2027 joffri appoġġ b’kontribuzzjonijiet finanzjarji ħalli r-riċerkaturi fil-qasam nukleari jsiru eliġibbli biex jibbenefikaw mill-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie fl-istess livell tar-riċerkaturi f’oqsma oħra.

(15)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perjodu kollu tal-Programm Euratom 2026-2027 li jrid jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja soda, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (6), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(16)

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għall-Programm Euratom 2026-2027. Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż regoli dwar l-għotjiet, il-premjijiet, l-akkwist, il-ġestjoni indiretta, l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji, l-assistenza finanzjarja u r-rimborż għal esperti esterni. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jinkludu wkoll reġim ġenerali tal-kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

(17)

It-tipi tal-finanzjament u l-metodi tal-implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu skont l-adegwatezza tagħhom biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u jinkisbu r-riżultati, filwaqt li, b’mod partikolari, jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Għall-għotjiet, jenħtieġ li dan ikun jikkunsidra l-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji.

(18)

Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex tkun żgurata parteċipazzjoni adegwata tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u tas-settur privat b’mod ġenerali. Jenħtieġ li jsiru valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u l-monitoraġġ.

(19)

L-attivitajiet żviluppati fl-ambitu tal-Programm Euratom 2026-2027 jenħtieġ li jkollhom l-għan li jxejnu l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fir-riċerka u l-innovazzjoni, f’konformità mal-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 8 TFUE. Jenħtieġ li d-dimensjoni tal-ġeneru tiġi integrata fir-riċerka u l-innovazzjoni u tingħata segwitu fl-istadji kollha taċ-ċiklu tar-riċerka.

(20)

Bl-għan li japprofondixxi r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u li jżid il-fiduċja tal-pubbliku fix-xjenza, jenħtieġ li l-Programm Euratom 2026-2027 jiffavorixxi l-involviment infurmat taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili f’materji ta’ riċerka u innovazzjoni billi jippromwovi l-edukazzjoni xjentifika, jagħmel l-għarfien xjentifiku aktar aċċessibbli, jiżviluppa aġendi responsabbli ta’ riċerka u innovazzjoni li jindirizzaw it-tħassib u jissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili, u jiffaċilita l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili fl-attivitajiet tal-Programm Euratom 2026-2027.

(21)

Jenħtieġ li l-azzjonijiet li jidħlu fl-ambitu tal-Programm Euratom 2026-2027 jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(22)

Huwa importanti li dan jibqa’ jiffaċilita l-isfruttament tal-proprjetà intellettwali żviluppata mill-parteċipanti, filwaqt li jipproteġi l-interessi leġittimi ta’ parteċipanti oħra u tal-Komunità f’konformità mat-Titolu II, il-Kapitolu 2, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (it-“Trattat Euratom”).

(23)

Biex tiżgura l-akbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Euratom, meta jkun xieraq, il-Komunità tista’ tikkunsidra Sħubiji Ewropej ma’ sħab mis-settur pubbliku jew privat, dment li l-impatt mixtieq ikun jista’ jinkiseb b’mod aktar effettiv fi sħubija milli mill-Komunità waħedha, u meta mqabbel ma’ forom oħra ta’ appoġġ tal-Programm Euratom 2026-2027. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura li sħubiji bħal dawn ikunu jħaddmu approċċ ta’ ċiklu tal-ħajja ċar u jimxu bi proċess trasparenti tal-għażla u tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’konformità mal-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/695.

(24)

Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-objettivi tal-Programm Euratom 2026-2027 jiġu indirizzati bi strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji fl-ambitu ta’ programmi bbażati fuq it-TFUE, dment li l-azzjonijiet ikunu konformi mal-objettivi u r-regoli ta’ dawk il-programmi.

(25)

Biex tkun żgurata l-aktar implimentazzjoni effiċjenti possibbli u jinkiseb qafas koerenti, komprensiv u trasparenti għall-benefiċjarji, il-parteċipazzjoni fil-Programm Euratom 2026-2027 u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-regoli rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/695, b’ċerti adattamenti jew eċċezzjonijiet. Jenħtieġ li għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet rilevanti u t-tipi ewlenin ta’ azzjoni stipulati f’dak ir-Regolament.

(26)

Il-fond ta’ garanzija għall-parteċipanti mwaqqaf fl-ambitu ta’ Orizzont 2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u ġestit mill-Kummissjoni ta prova li huwa mekkaniżmu ta’ salvagwardja importanti li jtaffi r-riskji assoċjati mal-ammonti dovuti u mhux rimborżati mill-parteċipanti inadempjenti. Dak il-mekkaniżmu ta’ salvagwardja jenħtieġ għalhekk li jitkompla. Barra minn hekk, azzjonijiet taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu koperti mill-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2021/695.

(27)

Jenħtieġ li ċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta (il-“JRC”) jkompli jipprovdi lill-Unjoni u l-Istati Membri, kif xieraq, b’evidenza xjentifika u appoġġ tekniku indipendenti mmexxija mill-klijenti tul iċ-ċiklu tal-politika kollu. Jenħtieġ li l-azzjonijiet diretti tal-JRC jiġu implimentati b’mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, filwaqt li jkunu jitqiesu l-ħtiġijiet rilevanti tal-utenti tal-JRC u l-ħtiġijiet tal-politiki tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari, u li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ April 1994 dwar ir-rwol tal-JRC, jenħtieġ li l-JRC ikompli jiġġenera riżorsi addizzjonali permezz ta’ attivitajiet kompetittivi ta’ appoġġ għall-politiki tal-Unjoni jew f’isem partijiet terzi. Jenħtieġ li l-JRC jkun jista’ jipparteċipa f’azzjonijiet indiretti, meta l-programm ta’ ħidma rilevanti jipprevedi dan.

(28)

F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (10), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (11) u (UE) 2017/1939 (12), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti b’miżuri proporzjonati, fosthom miżuri relatati mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru tal-fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati ħażin u, meta xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, biex jistabbilixxi jekk hemmx frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-“UPPE”) għandu s-setgħa, f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jipproċessa reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mingħand l-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(29)

Il-pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw fil-Programm Euratom 2026-2027 abbażi tal-istrumenti legali rispettivi tagħhom. F’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiddaħħal dispożizzjoni speċifika li teħtieġ li l-pajjiżi terzi jagħtu d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa biex l-uffiċjali awtorizzanti responsabbli, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv.

(30)

Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fl-ambitu tal-Programm Euratom 2026-2027 u fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

(31)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (15), jenħtieġ li l-Programm Euratom 2026-2027 jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ, filwaqt li jkunu evitati l-piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri, u regolamentazzjoni żejda. Meta xieraq, dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm Euratom 2026-2027 fil-prattika.

(32)

Il-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC, imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom (16), ġie kkonsultat dwar il-kontenut xjentifiku u teknoloġiku tal-azzjonijiet diretti tal-JRC.

(33)

Il-Parlament Ewropew ġie kkonsultat b’mod volontarju u ta opinjoni (17). Anke l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ġie kkonsultat b’mod volontarju u ta opinjoni (18).

(34)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li r-Regolament (Euratom) 2021/765 jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL KAPITOLU II PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL
KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
ANNESS I ATTIVITAJIET

ANNESS I

ATTIVITAJIET

L-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2) għandhom jitwettqu fil-Programm Euratom 2026-2027 kollu, skont il-linji ġenerali tal-attività deskritti f’dan l-Anness. Bit-twettiq ta’ dawk l-objettivi speċifiċi, il-Programm Euratom 2026-2027 jappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Euratom (1) u jsaħħaħ l-isforzi ta’ riċerka tagħhom u tas-settur privat. Jenħtieġ li dawk l-objettivi speċifiċi jikkontribwixxu biex tinżamm u tkompli tiżviluppa t-tmexxija teknoloġika fil-qasam nukleari.

Biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2), il-Programm Euratom 2026-2027 ser jappoġġa attivitajiet trażversali li jiżguraw is-sinerġija ta’ sforzi ta’ riċerka biex jingħelbu l-isfidi komuni. Ser ikunu żgurati rabtiet u interfaċċi xierqa, bħal sejħiet konġunti ma’ Orizzont Ewropa. L-attivitajiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni relatati jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-appoġġ finanzjarju tal-fondi skont ir-Regolament (UE) 2021/1060, dment li dan ikun konformi mal-objettivi u r-regolamenti ta’ dawk il-fondi.

Fost l-attivitajiet elenkati f’dan l-Anness hemm il-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka nukleari u l-innovazzjoni għal użi paċifiċi, abbażi tal-għanijiet komuni u l-fiduċja reċiproka biex jinkisbu benefiċċji ċari u sinifikanti għall-Unjoni, u għaċ-ċittadini u l-ambjent tagħha. Dan jinkludi l-kooperazzjoni internazzjonali permezz ta’ oqfsa multilaterali. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), bħala l-Aġent Implimentattiv tal-Euratom rikonoxxut formalment għall-Forum Internazzjonali tal-Ġenerazzjoni IV (GIF) (2) ser ikompli jiffaċilita u jikkoordina l-kontribut u l-parteċipazzjoni tal-Komunità tal-Euratom fl-attivitajiet tar-riċerka u t-taħriġ tal-GIF. Il-kontribut għall-attivitajiet tal-GIF fl-ambitu tal-Programm Euratom 2026-2027 huwa ffukat fuq ir-riċerka u l-attivitajiet ta’ taħriġ dwar is-sikurezza nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, is-salvagwardji u n-nonproliferazzjoni li huma speċifiċi għas-sistemi tal-Ġenerazzjoni IV.

Kwalunkwe attività ġdida assenjata lill-JRC għandha tiġi analizzata mill-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC biex tkun ivverifikata l-konsistenza tagħha mal-attivitajiet eżistenti fl-Istati Membri u biex tkun evitata d-duplikazzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp nukleari fl-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz tal-programm ta’ ħidma rilevanti tal-Programm Euratom 2026-2027, li tkompli tiffinanzja l-għotjiet mogħtija permezz tar-Regolament (Euratom) 2021/765.

Il-prijoritajiet tal-programmi ta’ ħidma għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi ta’ kontributi mingħand awtoritajiet pubbliċi, partijiet ikkonċernati fil-qasam tar-riċerka nukleari u kwalunkwe organizzazzjoni jew forum rilevanti ta’ partijiet ikkonċernati fil-qasam nukleari.

Ir-riċerka u t-taħriġ fl-oqsma li ġejjin huma eliġibbli għall-finanzjament mill-Programm Euratom 2026-2027:

(a)

it-titjib u l-appoġġ għas-sikurezza, is-sigurtà, u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv u d-dekummissjonar, inkluż l-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u ta’ applikazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u mhux tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mir-radjazzjoni jonizzanti (3):

(i)

sikurezza nukleari: is-sikurezza tas-sistemi tar-reatturi u taċ-ċikli tal-fjuwil, li jintużaw fil-Komunità jew, sa kemm ikun meħtieġ, biex jinżamm għarfien espert wiesgħa dwar is-sikurezza nukleari fil-Komunità, dawk it-tipi ta’ reatturi u ċ-ċikli kollha tal-fjuwil tagħhom, bħal segregazzjoni u trażmutazzjoni, li jistgħu jintużaw fil-futur;

(ii)

ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv: il-ġestjoni u b’mod partikolari l-attivitajiet ta’ qabel ir-rimi u tar-rimi tal-iskart radjuattiv intermedju, ta’ livell għoli u b’ħajja twila u l-fjuwil nukleari użat, u ta’ flussi u tipi oħra ta’ skart radjuattiv li għalihom proċessi maturi industrijalment bħalissa għadhom ma jeżistux jew jistgħu jittejbu; it-tnaqqis għall-minimu tal-iskart radjuattiv u t-tnaqqis tar-radjutossiċità ta’ dan l-iskart; il-ġestjoni u t-trasferiment tal-għarfien u l-kompetenzi bejn il-ġenerazzjonijiet u bejn il-programmi tal-Istati Membri fil-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u tal-fjuwil użat;

(iii)

dekummissjonar: ir-riċerka għall-iżvilupp u l-evalwazzjoni ta’ teknoloġiji għad-dekummissjonar u r-rimedju ambjentali tal-faċilitajiet nukleari; l-appoġġ għall-kondiviżjoni tal-aqwa prattiki u għarfien dwar id-dekummissjonar;

(iv)

applikazzjonijiet tax-xjenza nukleari u tar-radjazzjoni jonizzanti, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, it-tħejjija f’każ ta’ emerġenza:

—

applikazzjonijiet tax-xjenza nukleari u teknoloġiji tar-radjazzjoni jonizzanti f’oqsma mediċi, industrijali u ta’ riċerka oħra;

—

l-effetti u r-riskji ta’ dożi baxxi minn esponiment industrijali, mediku jew ambjentali;

—

it-tħejjija f’każ ta’ emerġenza għal inċidenti li jinvolvu r-radjazzjoni, u riċerka dwar ir-radjuekoloġija;

—

il-provvista u l-użu siguri u sikuri ta’ isotopi radjuattivi;

—

il-mudelli għat-tixrid tar-radjazzjoni fl-ambjent, u l-appoġġ għall-iskambju tad-data, is-sistemi tat-twissija u kooperazzjoni dwar tekniki tal-kejl (4) (jiġu implimentati b’azzjonijiet diretti);

(v)

is-sigurtà, is-salvagwardji u n-nonproliferazzjoni nukleari (jiġu implimentati b’azzjonijiet diretti):

—

metodi u teknoloġija għall-appoġġ u t-tisħiħ tas-salvagwardji tal-Komunità u internazzjonali;

—

appoġġ u taħriġ operazzjonali għas-sistema tas-salvagwardji tal-Euratom;

—

appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni fil-qasam tas-salvagwardji nukleari inkluż appoġġ għat-tisħiħ tar-reġim tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-Unjoni;

—

riċerka u appoġġ għat-tisħiħ tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari u radjoloġika fil-kuntest tal-qafas globali CBRN (Kimiku, Bijoloġiku, Radjoloġiku, Nukleari) u strateġiji relatati tal-Unjoni;

—

metodi u teknoloġija għad-detezzjoni ta’ materjali nukleari u radjuattivi barra mill-kontroll regolatorju u l-prevenzjoni tal-inċidenti li jinvolvu materjali bħal dawn, inkluż il-forensika nukleari, u r-risponsi għalihom;

—

appoġġ għall-bini tal-kapaċità dwar is-sigurtà nukleari bl-użu taċ-Ċentru Ewropew tat-Taħriġ dwar is-Sigurtà Nukleari;

(b)

jinżamm u jitkompla l-iżvilupp ta’ għarfien espert u kompetenza fil-qasam nukleari fil-Komunità:

(i)

edukazzjoni, taħriġ u mobbiltà, inkluż l-iskemi ta’ edukazzjoni u taħriġ bħall-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie;

(ii)

il-promozzjoni tal-innovazzjoni, il-ġestjoni tal-għarfien, id-disseminazzjoni u l-isfruttament tax-xjenza u t-teknoloġija nukleari, b’mod partikolari għas-sikurezza, is-sigurtà, u s-salvagwardji nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni;

(iii)

appoġġ għat-trasferiment tat-teknoloġija mir-riċerka għall-industrija;

(iv)

appoġġ għat-tħejjija u l-iżvilupp ta’ kapaċità industrijali tal-fużjoni Ewropea kompetittiva;

(v)

appoġġ għall-forniment, id-disponibbiltà u l-aċċess xieraq għal infrastrutturi tar-riċerka Ewropej u internazzjonali, inkluż infrastrutturi tal-JRC (5);

(vi)

għat-trawwim tax-xjenza nukleari bħala bażi biex tiġi appoġġata l-istandardizzazzjoni, l-azzjonijiet diretti ser jipprovdu data ta’ referenza, materjali u kejl tal-aqwa żvilupp tekniku relatati mas-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari, kif ukoll applikazzjonijiet oħra bħall-mediċina nukleari;

(c)

trawwim tal-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni u kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali Ewropew:

dwar il-fużjoni Sħubija Ewropea kofinanzjata fir-riċerka fil-fużjoni ser timplimenta l-pjan direzzjonali għall-mira tal-produzzjoni tal-elettriku mill-fużjoni sat-tieni nofs ta’ dan is-seklu. Dan jista’ jinkludi, fost l-oħrajn:

(i)

sfruttament tal-faċilitajiet tal-fużjoni eżistenti u futuri, inkluż l-allokazzjoni ta’ għotjiet operattivi għal infrastrutturi tar-riċerka dwar il-fużjoni meta jkun xieraq;

(ii)

it-tħejjija għal impjanti tal-enerġija mill-fużjoni futuri permezz tar-riċerka u l-iżvilupp tal-aspetti kollha rilevanti inkluż il-materjali, it-teknoloġiji u d-disinji;

(iii)

l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ edukazzjoni u taħriġ iffokat flimkien mal-attivitajiet taħt il-punt (b)(i);

(iv)

koordinazzjoni tal-attivitajiet komuni mal-Impriża Konġunta Fużjoni għall-Enerġija;

(v)

kollaborazzjoni mal-Organizzazzjoni ITER;

(vi)

kollaborazzjoni xjentifika fil-qafas tal-ftehimiet internazzjonali tal-Euratom.

Is-Sħubija Ewropea Kofinanzjata fil-fużjoni ser tiġi implimentata b’għotja li ser tingħata lill-entitajiet legali stabbiliti jew magħżula mill-Istati Membri u kwalunkwe pajjiż terz assoċjat mal-Programm Euratom 2026-2027. L-għotja tista’ tinkludi riżorsi in natura mill-Komunità, jew l-issekondar ta’ persunal tal-Kummissjoni.

Finanzjament addizzjonali għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-fużjoni jista’ jingħata permezz ta’ sejħiet għall-proposti;

(d)

appoġġ għall-politika tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari;

l-azzjonijiet diretti ser jappoġġaw il-politika dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti billi jipprovdu evidenza u għarfien espert xjentifiċi u tekniċi indipendenti.


(1)  B’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom tal-20 ta’ Novembru 2006 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjeġġi ta’ skart radjuattiv u ta’ kombustibbli nukleari eżawrit (ĠU L 337, 5.12.2006, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/117/oj); id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/71/oj); id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom; id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/51/oj); id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/59/oj) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 tal-15 ta’ Jannar 2016 li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjuattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika, u li jħassar ir-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 u (Euratom) Nru 770/90 (ĠU L 13, 20.1.2016, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/52/oj).

(2)  F’konformità mal-Artikolu III.2 tal-Ftehim Qafas għall-Kollaborazzjoni Internazzjonali fir-Riċerka u l-Iżvilupp ta’ Sistemi tal-Enerġija Nukleari tal-Ġenerazzjoni IV.

(3)  Minbarra s-sigurtà, is-salvagwardji u n-nonproliferazzjoni nukleari, dawn l-attivitajiet jistgħu jiġu implimentati b’azzjonijiet diretti u indiretti.

(4)  L-Artikoli 35, 36, 38 tat-Trattat Euratom; id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom tal-14 ta’ Diċembru 1987 dwar arranġamenti tal-Komunità għal skambju kmieni ta’ informazzjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika (ĠU L 371, 30.12.1987, p. 76, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1987/600/oj).

(5)  Abbażi tal-pjan ta’ investiment kontinwu għall-infrastrutturi tal-JRC.

ANNESS II

ANNESS II

Id-direzzjonijiet tal-impatt, u l-indikaturi ewlenin relatati tad-direzzjoni tal-impatt, għandhom jistrutturaw il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Programm Euratom 2026-2027 favur l-objettivi speċifiċi tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 3(2). Id-direzzjonijiet tal-impatt għandhom ikunu sensittivi għaż-żmien: dawn għandhom jiddistingwu bejn perjodu qasir, medju u twil. L-indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt għandhom iservu ta’ indikaturi li jirrappurtaw dwar il-progress li jkun sar favur l-ilħuq tal-objettivi speċifiċi. Il-mikrodata li tinforma l-indikaturi ewlenin tad-direzzjoni tal-impatt, li tiġi kondiviża ma’ Orizzont Ewropa, għandha tinġabar b’mod li hu ġestit u armonizzat ċentralment, b’piż minimu ta’ rappurtar fuq il-benefiċjarji.

Indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt xjentifiku

Il-Programm Euratom 2026-2027 mistenni jagħmel progress fejn jidħol l-għarfien biex jissaħħu s-sikurezza u s-sigurtà nukleari, l-applikazzjonijiet sikuri tar-radjazzjoni jonizzanti, il-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni. Il-progress f’dawk l-oqsma għandhom jitkejlu bl-indikaturi li jikkonċernaw il-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali dwar il-fużjoni, l-iżvilupp ta’ għarfien espert u ħiliet, u l-aċċess għall-infrastrutturi tar-riċerka.

Lejn impatti xjentifiċi

Fuq perjodu qasir

Fuq perjodu medju

Aktar fit-tul

It-titjib tal-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet li ma jużawx enerġija tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, u d-dekummissjonar

Pubblikazzjonijiet –

Għadd ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi ta’ Euratom riveduti bejn il-pari

Kwotazzjonijiet –

Field-Weighted Citation Index tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi ta’ Euratom riveduti bejn il-pari

Xjenza ta’ livell dinji – Għadd u sehem ta’ pubblikazzjonijiet rieżaminati bejn il-pari mill-Programm Euratom 2026-2027 li huma kontribut ewlieni għall-oqsma xjentifiċi

Għarfien kondiviż –

Sehem tal-outputs tar-riċerka (data/pubblikazzjoni/software, eċċ miftuħa) kondiviżi permezz ta’ infrastruttura tal-għarfien miftuħa

Tixrid tal-għarfien – Sehem tal-outputs tar-riċerka tal-aċċess miftuħ użati jew ikkwotati b’mod attiv

Kollaborazzjonijiet ġodda – Sehem tal-benefiċjarji tal-Euratom li jkunu żviluppaw kollaborazzjonijiet transdixxiplinari/transsettorjali ġodda mal-utenti tal-outputs tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) miftuħa tal-Euratom tagħhom

It-trawwim tal-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni

Progress fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali dwar il-fużjoni –

Perċentwal tal-istadji importanti tal-pjan direzzjonali dwar il-fużjoni stabbiliti għall-perjodu 2021-2027 milħuqa mill-Programm Euratom 2026-2027

Iż-żamma u l-iżvilupp ulterjuri tal-għarfien espert u l-eċċellenza fl-Unjoni

Ħiliet –

Għadd ta’ riċerkaturi li bbenefikaw minn attivitajiet ta’ titjib tal-ħiliet tal-Programm Euratom 2026-2027 (permezz ta’ taħriġ, mobbiltà u aċċess għall-infrastruttura)

Karrieri –

Għadd u sehem ta’ riċerkaturi li tejbu ħiliethom li għandhom influwenza akbar fil-qasam tar-R&I tagħhom

Kundizzjonijiet tax-xogħol –

Għadd u sehem ta’ riċerkaturi li tejbu ħiliethom li għandhom kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba

L-għadd ta’ riċerkaturi b’aċċess għal infrastruttura tar-riċerka bis-saħħa tal-appoġġ tal-Programm Euratom 2026-2027

Il-materjali ta’ referenza mwassla u l-miżuri ta’ referenza inkorporati f’librerija

Għadd ta’ standards internazzjonali modifikati

Indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt fuq is-soċjetà

Il-Programm Euratom 2026-2027 huwa mistenni li jgħin biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet tal-politika tal-Komunità dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-applikazzjonijiet tar-radjazzjoni jonizzanti permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni, kif juru l-portafolli tal-proġetti li jiġġeneraw outputs li jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi f’dawn l-oqsma. L-impatt fuq is-soċjetà għandu jitkejjel ukoll f’termini ta’ żvilupp speċifiku fil-qasam tas-sigurtà u s-salvagwardji nukleari.

Lejn impatti fuq is-soċjetà

Fuq perjodu qasir

Fuq perjodu medju

Aktar fit-tul

It-titjib tal-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet li ma jużawx enerġija tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, u d-dekummissjonar

Outputs –

Għadd u sehem tal-outputs bl-għan li jindirizzaw prijoritajiet speċifiċi ta’ politika

Soluzzjonijiet –

Għadd u sehem ta’ innovazzjonijiet u riżultati xjentifiċi li jindirizzaw prijoritajiet speċifiċi ta’ politika

Benefiċċji –

Effetti stmati aggregati mill-użu ta’ riżultati ffinanzjati minn Euratom, dwar l-indirizzar ta’ prijoritajiet speċifiċi ta’ politika, inkluż kontribuzzjoni għaċ-ċiklu tal-politika u tat-tfassil tal-liġijiet

Għadd ta’ servizzi mogħtija b’appoġġ għas-salvagwardji

Għadd ta’ sistemi tekniċi fornuti u użati bħalissa

 

Għadd ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ mogħtija lill-uffiċjali tal-ewwel linja

Ħolqien konġunt –

Għadd u sehem ta’ proġetti tal-Euratom fejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u l-utenti aħħarin jikkontribwixxu għall-ħolqien flimkien tal-kontenut tar-R&I

Involviment –

Għadd u sehem ta’ entitajiet benefiċjarji ta’ Euratom li għandhom mekkaniżmi ta’ involviment taċ-ċittadini u l-utenti aħħarin wara proġett tal-Euratom

Użu tar-R&I mis-soċjetà

Użu u tixrid ta’ riżultati xjentifiċi u soluzzjonijiet innovattivi ta’ Euratom li nħolqu flimkien

Indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt fuq l-innovazzjoni

Il-Programm Euratom 2026-2027 mistenni jikseb impatti fuq l-innovazzjoni li jappoġġaw il-progress favur l-objettivi speċifiċi tiegħu. Il-progress f’dan il-qasam għandu jitkejjel b’indikaturi li jikkonċernaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI), il-prodotti, il-metodi u l-proċessi innovattivi u l-użu tagħhom, flimkien mal-ħolqien tal-impjiegi.

Lejn impatt ekonomiku/fuq l-innovazzjoni

Fuq perjodu qasir

Fuq perjodu medju

Aktar fit-tul

It-titjib tal-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet li ma jużawx enerġija tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, u d-dekummissjonar

It-trawwim tal-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni

Iż-żamma u l-iżvilupp ulterjuri tal-għarfien espert u l-eċċellenza fl-Unjoni

Outputs innovattivi –

Għadd ta’ prodotti, proċessi jew metodi innovattivi mill-Programm Euratom 2026-2027 (skont it-tip ta’ innovazzjoni) u applikazzjonijiet tal-IPR

Innovazzjonijiet –

Għadd ta’ innovazzjonijiet mill-proġetti tal-Euratom (skont it-tip ta’ innovazzjoni) inkluż mill-IPR mogħtija

Tkabbir ekonomiku –

Ħolqien, tkabbir u ishma mis-suq ta’ kumpaniji li żviluppaw innovazzjonijiet iffinanzjati minn Euratom

Impjieg appoġġat –

Għadd ta’ impjiegi ekwivalenti għall-full time (FTE) maħluqa u impjiegi miżmuma fl-entitajiet tal-benefiċjarji għall-proġett tal-Euratom (skont it-tip ta’ impjieg)

Impjieg sostnut –

Żieda fl-impjiegi FTE fl-entitajiet tal-benefiċjarji wara proġett tal-Euratom (skont it-tip ta’ impjieg)

Impjiegi totali – Għadd ta’ impjiegi diretti u indiretti maħluqa jew miżmuma bis-saħħa tat-tixrid tar-riżultati tal-Euratom (skont it-tip ta’ impjieg)

Ammont ta’ investiment pubbliku u privat mobilizzat bl-investiment inizjali tal-Euratom

Ammont ta’ investiment pubbliku u privat mobilizzat biex jiġu sfruttati jew estiżi r-riżultati tal-Euratom

Progress tal-Unjoni lejn 3 % tal-PDG bis-saħħa tal-Programm Euratom 2026-2027

Indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt fuq il-politika

Il-Programm Euratom 2026-2027 huwa mistenni li jipprovdi evidenza xjentifika għat-tfassil tal-politika. B’mod partikolari, dan jikkonċerna l-appoġġ xjentifiku għal servizzi oħra tal-Kummissjoni, bħall-appoġġ għas-salvagwardji tal-Euratom, jew għall-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ atti legali relatati mar-radjazzjoni nukleari u jonizzanti (1).

Lejn impatt fuq il-politika

Fuq perjodu qasir

Fuq perjodu medju

Aktar fit-tul

Appoġġ lill-politika dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari

Għadd u sehem ta’ proġetti tal-Euratom li jipproduċu sejbiet rilevanti għall-politika

Għadd ta’ outputs b’impatt dimostrabbli fuq il-politika

Għadd u sehem ta’ sejbiet tal-proġetti tal-Euratom ikkwotati f’dokumenti ta’ politika/programmatiċi

Ser jiġu stabbiliti miri kemm għall-azzjonijiet indiretti kif ukoll diretti biex jiġu riflessi r-riżultati mistennija għal kull parti mill-Programm Euratom 2026-2027.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 302/2005 tat-8 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni ta’ salvagwardji tal-Euratom (ĠU L 54, 28.2.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/302/oj); id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom u d-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta’ Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/87/oj).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 03.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1304
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.