+DIRETTIVA (UE) 2024/1203 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali u li tissostitwixxi d-Direttivi 2008/99/KE u 2009/123/KE
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 3 Reati kriminali
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
------+Artikolu 3 4.
------+Artikolu 3 5.
------+Artikolu 3 6.
------+Artikolu 3 7.
------+Artikolu 3 8.
---+Artikolu 4 Inċitament, għajnuna u kompliċità, u tentattiv
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 5 Penali għal persuni fiżiċi
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 6 Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 7 Penali għall-persuni ġuridiċi
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
------+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 8 Ċirkostanzi aggravanti
---+Artikolu 9 Ċirkostanzi mitiganti
---+Artikolu 10 Iffriżar u konfiska
---+Artikolu 11 Perjodi ta’ preskrizzjoni
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
------+Artikolu 11 3.
------+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 12 Ġuriżdizzjoni
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 13 Għodod investigattivi
---+Artikolu 14 Protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw reati kriminali ambjentali jew jassistu fl-investigazzjoni tagħhom
---+Artikolu 15 Pubblikazzjoni tal-informazzjoni fl-interess pubbliku u aċċess għall-ġustizzja għall-pubbliku kkonċernat
---+Artikolu 16 Prevenzjoni
---+Artikolu 17 Riżorsi
---+Artikolu 18 Taħriġ
---+Artikolu 19 Koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru
---+Artikolu 20 Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u l-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni
---+Artikolu 21 Strateġija nazzjonali
------+Artikolu 21 1.
------+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 22 Data statistika
------+Artikolu 22 1.
------+Artikolu 22 2.
------+Artikolu 22 3.
------+Artikolu 22 4.
------+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 23 Setgħat ta’ implimentazzjoni
------+Artikolu 23 1.
------+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 24 Proċedura ta’ kumitat
------+Artikolu 24 1.
------+Artikolu 24 2.
------+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 25 Evalwazzjoni, rapportar u rieżami
------+Artikolu 25 1.
------+Artikolu 25 2.
------+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 26 Sostituzzjoni tad-Direttiva 2008/99/KE
---+Artikolu 27 Sostituzzjoni tad-Direttiva 2009/123/KE
---+Artikolu 28 Traspożizzjoni
------+Artikolu 28 1.
------+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 29 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 30 Destinatarji
|
English -
European Union -
Environment -
DIRETTIVA (UE) 2024/1203 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali u li tissostitwixxi d-Direttivi 2008/99/KE u 2009/123/KE
DIRETTIVA (UE) 2024/1203 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ April 2024
dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali u li tissostitwixxi d-Direttivi 2008/99/KE u 2009/123/KE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett
|
Artikolu 1
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi fir-rigward tad-definizzjoni ta’ reati u pieni kriminali sabiex l-ambjent jiġi protett b’mod aktar effettiv, kif ukoll fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu u jiġġieldu r-reati ambjentali u li jinfurzaw b’mod effettiv il-liġi ambjentali tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
|
|
Artikolu 3 Reati kriminali
|
|
|
Artikolu 4 Inċitament, għajnuna u kompliċità, u tentattiv
|
|
|
Artikolu 5 Penali għal persuni fiżiċi
|
|
|
Artikolu 6 Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi
|
|
|
Artikolu 7 Penali għall-persuni ġuridiċi
|
|
|
Artikolu 8 Ċirkostanzi aggravanti
|
Artikolu 8
Sal-punt li ċ-ċirkostanzi li ġejjin ma jkunux jagħmlu parti mill-elementi li jikkostitwixxu r-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fir-rigward tar-reati kriminali rilevanti msemmija fl-Artikoli 3 u 4, waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin ikunu jistgħu, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jitqiesu bħala ċirkostanzi aggravanti:
(a)
ir-reat ikun ikkawża l-qerda ta’ ekosistema jew ħsara sostanzjali irriversibbli jew fit-tul lil ekosistema;
(b)
ir-reat ikun twettaq fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali skont it-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI (
23
);
(c)
ir-reat kien jinvolvi l-użu min-naħa tat-trasgressur ta’ dokumenti foloz jew falsifikati;
(d)
ir-reat ikun twettaq minn uffiċjal pubbliku waqt it-twettiq ta’ dmirijietu;
(e)
it-trasgressur ikun preċedentement ġie kkundannat permezz ta’ sentenza finali għal reati tal-istess natura bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 3 jew 4;
(f)
ir-reat ikun iġġenera, jew kien mistenni li jiġġenera, benefiċċji finanzjarji sostanzjali, jew ikun evita spejjeż sostanzjali, direttament jew indirettament, sal-punt li tali benefiċċji jew spejjeż ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(g)
it-trasgressur ikun qered l-evidenza, jew intimida xhieda jew ilmentaturi;
(h)
ir-reat ikun twettaq f’żona kklassifikata bħala żona ta’ protezzjoni speċjali skont l-Artikolu 4(1) jew (2) tad-Direttiva 2009/147/KE, jew sit iddeżinjat bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 92/43/KEE jew sit elenkat bħala sit ta’ importanza għall-Komunità skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/43/KEE.
Iċ-ċirkostanza aggravanti msemmija fil-punt (a) ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għar-reati kriminali koperti mill-Artikolu 3(3).
|
|
Artikolu 9 Ċirkostanzi mitiganti
|
Artikolu 9
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fir-rigward tar-reati kriminali rilevanti msemmija fl-Artikoli 3 u 4, waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin ikunu jistgħu, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jitqiesu bħala ċirkostanza mitiganti:
(a)
it-trasgressur jirrestawra l-ambjent għall-kundizzjoni preċedenti tiegħu, meta tali restawr ma jkunx obbligu skont id-Direttiva 2004/35/KE, jew, qabel il-bidu ta’ investigazzjoni kriminali, jieħu passi biex jimminimizza l-impatt u l-firxa tal-ħsara jew jirrimedja l-ħsara;
(b)
it-trasgressur jipprovdi lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji informazzjoni li ma kienx jirnexxilhom jiksbu mod ieħor, u jgħinhom:
(i)
jidentifikaw trasgressuri oħra jew iressquhom quddiem il-ġustizzja;
|
|
Artikolu 10 Iffriżar u konfiska
|
Artikolu 10
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu t-traċċar, l-identifikazzjoni, l-iffriżar u l-konfiska tal-mezzi strumentali u tar-rikavat mir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4.
L-Istati Membri marbuta bid-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
24
) għandhom jieħdu l-miżuri msemmija fl-ewwel paragrafu f’konformità ma’ dik id-Direttiva.
|
|
Artikolu 11 Perjodi ta’ preskrizzjoni
|
|
|
Artikolu 12 Ġuriżdizzjoni
|
|
|
Artikolu 13 Għodod investigattivi
|
Artikolu 13
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li għodod investigattivi effettivi u proporjonati jkunu disponibbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4. Meta jkun xieraq, dawk l-għodod għandhom jinkludu għodod investigattivi speċjali, bħal dawk użati fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew f’każijiet oħra ta’ reati kriminali serji.
|
|
Artikolu 14 Protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw reati kriminali ambjentali jew jassistu fl-investigazzjoni tagħhom
|
Artikolu 14
Protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw reati kriminali ambjentali jew jassistu fl-investigazzjoni tagħhom
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2019/1937, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe persuna li tirrapporta r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-Direttiva, li tipprovdi evidenza jew li b’xi mod ieħor tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti, ikollha aċċess għal miżuri ta’ appoġġ u assistenza fil-kuntest ta’ proċedimenti kriminali, f’konformità mal-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 15 Pubblikazzjoni tal-informazzjoni fl-interess pubbliku u aċċess għall-ġustizzja għall-pubbliku kkonċernat
|
Artikolu 15
Pubblikazzjoni tal-informazzjoni fl-interess pubbliku u aċċess għall-ġustizzja għall-pubbliku kkonċernat
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-Direttiva u l-persuni li għandhom interess suffiċjenti jew li jsostnu t-tfixkil ta’ dritt, kif ukoll l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali u jissodisfaw ir-rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali, ikollhom drittijiet proċedurali xierqa fi proċedimenti li jikkonċernaw dawk ir-reati, meta tali drittijiet proċedurali għall-pubbliku kkonċernat jeżistu fl-Istat Membru fi proċedimenti li jikkonċernaw reati kriminali oħra, pereżempju bħala parti ċivili. F’tali każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li l-informazzjoni dwar il-progress tal-proċedimenti tkun kondiviża mal-pubbliku kkonċernat, meta dak isir fi proċedimenti li jikkonċernaw reati kriminali oħra.
|
|
Artikolu 16 Prevenzjoni
|
Artikolu 16
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa, bħal kampanji ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni mmirati lejn partijiet ikkonċernati rilevanti mis-settur pubbliku u privat, kif ukoll programmi ta’ riċerka u edukazzjoni, li jkollhom l-għan li jnaqqsu r-reati kriminali ambjentali u r-riskju ta’ reati ambjentali. Meta jkun xieraq, l-Istati Membri għandhom jaġixxu f’kooperazzjoni ma’ tali partijiet ikkonċernati.
|
|
Artikolu 17 Riżorsi
|
Artikolu 17
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali li jindividwaw reati kriminali ambjentali, jinvestigawhom, jibdew proċedimenti fil-konfront tagħhom jew jiddeċiedu dwarhom ikollhom ammont biżżejjed ta’ persunal kwalifikat u biżżejjed riżorsi finanzjarji, tekniċi u teknoloġiċi għat-twettiq effettiv tal-funzjonijiet tagħhom relatati mal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom, filwaqt li jqisu t-tradizzjonijiet kostituzzjonali u l-istruttura tas-sistema legali tagħhom, kif ukoll ċirkostanzi nazzjonali oħra, jivvalutaw il-ħtieġa li jżidu l-livell ta’ speċjalizzazzjoni ta’ dawk l-awtoritajiet fil-qasam tal-liġi kriminali ambjentali, f’konformità mal-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 18 Taħriġ
|
Artikolu 18
Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura madwar l-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jingħata taħriġ regolari speċjalizzat lill-imħallfin, lill-prosekuturi, lill-pulizija u lill-persunal ġudizzjarju u lill-persunal tal-awtoritajiet kompetenti involut fi proċedimenti u investigazzjonijiet kriminali rigward l-objettivi ta’ din id-Direttiva u xieraq għall-funzjonijiet ta’ tali mħallfin, prosekuturi, pulizija u persunal ġudizzjarju u persunal tal-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 19 Koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru
|
Artikolu 19
Koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa għall-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livelli strateġiċi u operazzjonali fost l-awtoritajiet kompetenti kollha tagħhom involuti fil-prevenzjoni ta’ reati kriminali ambjentali u fil-ġlieda kontrihom. Tali mekkaniżmi għandhom mill-inqas ikunu mmirati lejn:
(a)
l-iżgurar ta’ prijoritajiet komuni u ta’ fehim komuni tar-relazzjoni bejn l-infurzar kriminali u l-infurzar amministrattiv;
(b)
l-iskambju ta’ informazzjoni għal finijiet strateġiċi u operazzjonali, fil-limiti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u fil-liġi nazzjonali applikabbli;
(c)
konsultazzjoni f’investigazzjonijiet individwali, fil-limiti stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali applikabbli;
(d)
l-iskambju tal-aħjar prattika;
(e)
l-għoti ta’ assistenza lin-networks Ewropej ta’ operaturi li jaħdmu fuq kwistjonijiet rilevanti għall-ġlieda kontra r-reati kriminali ambjentali u l-ksur relatat.
Il-mekkaniżmi msemmija fl-ewwel paragrafu jistgħu jieħdu l-forma ta’ korpi ta’ koordinazzjoni speċjalizzati, memoranda ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, networks nazzjonali ta’ infurzar u attivitajiet konġunti ta’ taħriġ.
|
|
Artikolu 20 Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u l-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni
|
Artikolu 20
Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u l-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni
Meta jkun hemm suspett li r-reati kriminali ambjentali jkunu ta’ natura transfruntiera, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkunsidraw li jirreferu l-informazzjoni relatata ma’ dawk ir-reati lill-korpi kompetenti xierqa.
Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-kooperazzjoni transfruntiera u l-assistenza legali reċiproka fi kwistjonijiet kriminali, l-Istati Membri, l-Eurojust, l-Europol, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi u l-Kummissjoni għandhom, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom, jikkooperaw flimkien fil-ġlieda kontra r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4. Għal dak il-għan, l-Eurojust għandha, meta jkun xieraq, tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali meħtieġa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni tista’, meta jkun xieraq, tipprovdi assistenza.
|
|
Artikolu 21 Strateġija nazzjonali
|
|
|
Artikolu 22 Data statistika
|
|
|
Artikolu 23 Setgħat ta’ implimentazzjoni
|
|
|
Artikolu 24 Proċedura ta’ kumitat
|
|
|
Artikolu 25 Evalwazzjoni, rapportar u rieżami
|
|
|
Artikolu 26 Sostituzzjoni tad-Direttiva 2008/99/KE
|
Artikolu 26
Sostituzzjoni tad-Direttiva 2008/99/KE
Id-Direttiva 2008/99/KE hija b’dan sostitwita fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ dawk l-Istati Membri fir-rigward tad-data għat-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva fil-liġi nazzjonali. Fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva, referenzi għad-Direttiva 2008/99/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. Fir-rigward tal-Istati Membri mhux marbuta b’din id-Direttiva, dawn għandhom jibqgħu marbuta bid-Direttiva 2008/99/KE.
|
|
Artikolu 27 Sostituzzjoni tad-Direttiva 2009/123/KE
|
Artikolu 27
Sostituzzjoni tad-Direttiva 2009/123/KE
Id-Direttiva 2009/123/KE hija b’dan sostitwita fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ dawk l-Istati Membri fir-rigward tad-data għat-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva.
Fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva, referenzi għal dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/35/KE miżjuda jew sostitwiti bid-Direttiva 2009/123/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.
L-Istati Membri mhux marbuta b’din id-Direttiva għandhom jibqgħu marbuta bid-Direttiva 2005/35/KE kif emendata bid-Direttiva 2009/123/KE.
|
|
Artikolu 28 Traspożizzjoni
|
|
|
Artikolu 29 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 29
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
|
Artikolu 30 Destinatarji
|
Artikolu 30
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1203
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|