Artikolu 18
Użu tad-deżinjazzjoni “titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata”
L-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jistgħu jużaw id-deżinjazzjoni “STS” jew “sempliċi, trasparenti u standardizzati”, jew deżinjazzjoni li tirreferi direttament jew indirettament għal dawk it-termini għat-titolizzazzjoni tagħhom, fil-każ biss li:
▼M1
(a)
it-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fit-Taqsima 1, 2 jew 2a ta' dan il-Kapitolu, u l-ESMA tkun ġiet innotifikata skont l-Artikolu 27(1); u
▼B
(b)
it-titolizzazzjoni tkun inkluża fil-lista msemmija fl-Artikolu 27(5).
L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE involuti f’titolizzazzjoni kkunsidrata bħala STS għandhom ikunu stabbiliti fl-Unjoni.