+4.6. Trasferimenti b’informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta f’konformità mal - Artikoli 8, 12, 17 u 21 tar - Regolament (UE) 2023/1113
---+52. Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li jistabbilixxu fil - politiki u l - proċeduri tagħhom il - mod …
---+53. Il- PSP, l - IPSP, is - CASP, u l - ICASP jenħtieġ li jikkunsidraw fil - valutazzjoni tagħhom …
---+54. Meta IPSP, PSP tal - prenditur, ICASP jew CASP tal - benefiċjarju jiddeċiedi li jirrifjuta …
---+55. Meta r - rifjut ma tkunx teknikament possibbli, it- trasferiment jenħtieġ li jiġi rritornat …
---+56. Meta l - PSP, l - IPSP, is - CASP jew l - ICASP jitlob l - informazzjoni meħtieġa li tkun …
---+57. Meta PSP, IPSP, CASP jew ICASP jiddeċiedi li jitlob l - informazzjoni meħtieġa mill - PSP, l - …
---+58. Kwalunkwe talba biex tingħata informazzjoni jew kjarifika jenħtieġ li tintbagħat permezz tal - …
---+59. Jekk l- informazzjoni mitluba ma tkunx disponibbli, il - PSP jew l - IPSP jenħtieġ li jibgħat …
---+60. Meta l- informazzjoni mitluba ma tiġix ipprovduta sal - iskadenza stabbilita, il - PSP jew l - …
---+61. Jekk l- informazzjoni mitluba ma tkunx disponibbli, bħala parti mill - azzjonijiet li jenħtieġ …
---+62. Meta l - informazzjoni mitluba ma tiġix ipprovduta sal - iskadenza stabbilita, is - CASP jew l …
---+63. It- talbiet biex tingħata l - informazzjoni nieqsa jew kjarifika fir - rigward ta’ …
---+64. Meta PSP, IPSP, CASP jew ICASP isir jaf li l - informazzjoni meħtieġa hija nieqsa, mhux …
---+65. Meta PSP jew IPSP jidentifika ex post li l- informazzjoni meħtieġa kienet nieqsa, mhux kompleta …
---+66. Meta CASP jew ICASP jeżegwixxi t - trasferiment u jidentifika ex post li l- informazzjoni …

4.6. Trasferimenti b’informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta f’konformità mal - Artikoli 8, 12, 17 u 21 tar - Regolament (UE) 2023/1113

4.6.1. Proċeduri bbażati fuq ir - riskju għad - determinar ta’ jekk jiġix eżegwit, irrifjutat jew sospiż trasferiment f’konformità mal - Artikoli 8(1), 12, 17(1) u 2 (1) tar - Regolament (UE) 2023/1113

Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
52. Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li jistabbilixxu fil - politiki u l - proċeduri tagħhom il - mod …

Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li jistabbilixxu fil - politiki u l - proċeduri tagħhom il - mod kif se jiddeterminaw jekk jirrifjutawx, jissospendux jew jeżegwux trasferiment f’konformità mal - Artikoli 8(1), 12, 17(1) u 21 tar - Regolament (UE) 2023/1113. Bħala parti min n dan, il- PSP u s - CASP jenħtieġ li jelenkaw il - fatturi ta’ riskju li se jikkunsidraw għal kull trasferiment.

53. Il- PSP, l - IPSP, is - CASP, u l - ICASP jenħtieġ li jikkunsidraw fil - valutazzjoni tagħhom …

Il- PSP, l - IPSP, is - CASP, u l - ICASP jenħtieġ li jikkunsidraw fil - valutazzjoni tagħhom qabel ma jiddeċiedu dwar l - azzjoni xierqa jekk:

  • a) l- informazzjoni tippermettix id - determinazzjoni tas - suġġetti tat - trasferiment; u
  • b) fattur wieħed jew aktar li jżidu r - riskju ġewx identifikati li jista’ jissuġġerixxi li t - trasferiment jippreżenta riskju għoli ta’ ML/TF jew jagħti lok għal suspett ta’ ML/TF.

4.6.2. Ir- rifjut jew ir - ritorn ta’ trasferiment f’konformità mal - Artikoli 8(1), il - punt (a), 12, il - punt (a), 17 (1), il - punt (a), u 21(1), il - punt (a), tar - Regolament (UE) 2023/1113

Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi

54. Meta IPSP, PSP tal - prenditur, ICASP jew CASP tal - benefiċjarju jiddeċiedi li jirrifjuta …

Meta IPSP, PSP tal - prenditur, ICASP jew CASP tal - benefiċjarju jiddeċiedi li jirrifjuta trasferiment jew ICASP jew CASP tal - benefiċjarju jiddeċiedi li jirritorna trasferiment minflok ma jitlob l - informazzjoni nieqsa, jenħtieġ li jinforma lill - PSP, l - IPSP, i s- CASP jew l - ICASP preċedenti fil - katina tat- trasferiment li t - trasferiment ġie rrifjutat jew irritornat minħabba informazzjoni nieqsa.

Trasferiment ta’ kriptoassi

55. Meta r - rifjut ma tkunx teknikament possibbli, it- trasferiment jenħtieġ li jiġi rritornat …

Meta r - rifjut ma tkunx teknikament possibbli, it- trasferiment jenħtieġ li jiġi rritornat lill - oriġinatur. Meta r - ritorn tat - trasferiment fl - indirizz oriġinali ma jkunx possibbli, is - CASP jenħtieġ li japplikaw metodi alternattivi. Il - metodi alternattivi jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil - politiki tagħhom, u jenħtieġ li jinkludu ż - żamma tal - assi ritornati f’kont sigur u segregat filwaqt li jkun hemm komunikazzjoni mal - oriġinatur biex jiġi organizzat metodu ta’ ritorn xieraq lill - oriġinatur. 4.6.3. Talba biex tingħata l - informazzjoni meħtieġa f’konformità mal - Artikoli 8(1), il - punt (b), 12(1), il - punt (b), 17(1), il - punt (b), u 21(1), il - punt (b), tar - Regolament (UE) 2023/1113

Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi

56. Meta l - PSP, l - IPSP, is - CASP jew l - ICASP jitlob l - informazzjoni meħtieġa li tkun …

Meta l - PSP, l - IPSP, is - CASP jew l - ICASP jitlob l - informazzjoni meħtieġa li tkun nieqsa, jenħtieġ li jistabbilixxi skadenza raġonevoli sa meta din jenħtieġ li tiġi pprovduta. Jenħtieġ li din l - iskadenza ma taqbiżx it - tlett ijiem tax - xogħol għat - trasferimenti li jseħħu fl - Unjoni, u ħamest ijiem tax - xogħol għat - trasferimenti riċevuti minn barra l - Unjoni, li jibdew mill - jum li l - PSP, il - CASP, l - IPSP jew l - ICASP jidentifikaw l - informazzjoni nieqsa. Jistgħu jiġu stabbiliti skadenzi itwal sa sebat ijiem fejn il -kt ajjen ta’ trasferiment ikunu jinvolvu:

  • a) aktar minn żewġ partijiet fil - fluss tat - trasferiment, inklużi l - intermedjarji u dawk li mhumiex banek;
  • b) mill - inqas PSP, IPSP, CASP jew ICASP wieħed li huwa bbażat barra mill - UE.
57. Meta PSP, IPSP, CASP jew ICASP jiddeċiedi li jitlob l - informazzjoni meħtieġa mill - PSP, l - …

Meta PSP, IPSP, CASP jew ICASP jiddeċiedi li jitlob l - informazzjoni meħtieġa mill - PSP, l - IPSP, is - CASP jew l - ICASP preċedenti fil -katina tat- trasferiment, jenħtieġ li jinnotifika lill - PSP, l - IPSP, is - CASP jew l - ICASP preċedenti fil -katina tat- trasferiment bl - azzjonijiet tekniċi meħuda fuq dak it - trasferiment minħabba informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta, kif applikabbli.

58. Kwalunkwe talba biex tingħata informazzjoni jew kjarifika jenħtieġ li tintbagħat permezz tal - …

Kwalunkwe talba biex tingħata informazzjoni jew kjarifika jenħtieġ li tintbagħat permezz tal - istess sistema ta’ messaġġi li ntużat għat - trażmissjoni tal - informazzjoni meħtieġa jew, fejn jeżistu limitazzjonijiet tekniċi kif imsemmi fil - paragrafu 24, metodi siguri ta’ kuntatt f’konformità mad - dispożizzjonijiet u l - obbligi tar - Regolament (UE) 2016/679.

Trasferiment ta’ fondi

59. Jekk l- informazzjoni mitluba ma tkunx disponibbli, il - PSP jew l - IPSP jenħtieġ li jibgħat …

Jekk l- informazzjoni mitluba ma tkunx disponibbli, il - PSP jew l - IPSP jenħtieġ li jibgħat tfakkira lill- PSP jew lill - IPSP preċedenti fil -katina tat- trasferiment u jagħti pariri lill - PSP jew lill - IPSP preċedenti fil -katina tat- trasferiment tal - azzjonijiet li tista’ tittieħed jekk il - PSP jew l - IPSP jonqsu milli jipprovdu l - informazzjoni mitluba sal - iskadenza stabbilita.

60. Meta l- informazzjoni mitluba ma tiġix ipprovduta sal - iskadenza stabbilita, il - PSP jew l - …

Meta l- informazzjoni mitluba ma tiġix ipprovduta sal - iskadenza stabbilita, il - PSP jew l - IPSP jenħtieġ li jieħu d - deċiżjoni dwar jekk jirrifjutax, jissospendix jew jesegwix it - trasferiment f’konformità mal - politiki u l - proċeduri tiegħu bbażati fuq ir - riskju kif speċifikat fil - paragrafi 41 u 42. Minbarra dik id - deċiżjoni, jenħtieġ li, irrispettivament minn jekk in - nuqqas ġiex ripetut jew le, jikkunsidra l- indirizzar futur tal - PSP jew tal - IPSP preċedenti fil -katina tat- trasferiment għall - finijiet ta’ konformità mal - AML/CFT, inkluż ir - rifjut ta’ kwalunkwe trasferiment futur minn jew lejn il - PSP jew l - IPSP preċedenti fil -katina tat- trasferiment, jew ir - restrizzjoni jew it - terminazzjoni tar - relazzjoni ta’ negozju tiegħu ma’ dak il - PSP jew l - IPSP.

Trasferiment ta’ kriptoassi

61. Jekk l- informazzjoni mitluba ma tkunx disponibbli, bħala parti mill - azzjonijiet li jenħtieġ …

Jekk l- informazzjoni mitluba ma tkunx disponibbli, bħala parti mill - azzjonijiet li jenħtieġ li jittieħdu f’konformità mal - Artikoli 17 u 21 tar - Regolament (UE) 2023/1113, is - CASP jew l - ICASP jenħtieġ li jikkunsidraw li jibgħat tfakkira lis - CASP jew l - ICASP preċedenti fil -katina tat-trasferiment u jagħti parir lis - CASP jew l - ICASP preċedenti fil -katina tat- trasferiment tal - azzjonijiet li jista’ jieħu jekk is - CASP jew l - ICASP jonqos milli jipprovdi l - informazzjoni meħtieġa qabel l - iskadenza stabbilita.

62. Meta l - informazzjoni mitluba ma tiġix ipprovduta sal - iskadenza stabbilita, is - CASP jew l …

Meta l - informazzjoni mitluba ma tiġix ipprovduta sal - iskadenza stabbilita, is - CASP jew l - ICASP jenħtieġ li jieħu d - deċiżjoni dwar jekk jirrifjutax, jirritornax, jissospendix jew jeżegwix it - trasferiment f’konformità mal - politiki u l - proċeduri tiegħu ibbażati fuq ir - riskju kif speċifikat fil - paragrafi 52 u 53. Minbarra dik id - deċiżjoni, jenħtieġ li, irrispettivament minn jekk in - nuqqas ġiex ripetut jew le, għandu jikkunsidra l - indirizzar futur tas - CASP jew tal - ICASP preċedenti fil - katina tat- trasferiment għa ll- finijiet ta’ konformità mal - AML/CFT, inkluż ir - rifjut ta’ kwalunkwe trasferiment futur minn jew lejn is - CASP jew l - indirizz awtoospitat fil -katina tat- trasferiment, jew ir- restrizzjoni jew it - terminazzjoni tar - relazzjoni ta’ negozju mas - CASP jew l - ICASP inkwistjoni.

63. It- talbiet biex tingħata l - informazzjoni nieqsa jew kjarifika fir - rigward ta’ …

It- talbiet biex tingħata l - informazzjoni nieqsa jew kjarifika fir - rigward ta’ trasferimenti minn jew lejn indirizzi awtoospitati jenħtieġ li jintbagħtu direttament lill - konsumatur tas - CASP.

4.6.4. L- eżekuzzjoni ta’ trasferiment f’konformità mal - Artikoli 8(1), 12(1), 17(1) u 21(1) tar- Regolament (UE) 2023/1113

Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi

64. Meta PSP, IPSP, CASP jew ICASP isir jaf li l - informazzjoni meħtieġa hija nieqsa, mhux …

Meta PSP, IPSP, CASP jew ICASP isir jaf li l - informazzjoni meħtieġa hija nieqsa, mhux kompleta jew ipprovduta bl - użu ta’ karattri inammissibbli matul it - trasferiment u jeżegwixxi t - trasferiment, huwa jenħtieġ li jiddokumenta r - raġuni għall - eżekuzzjoni ta’ dak it- trasferiment u, f’konformità mal - politiki u l - proċeduri tiegħu bbażati fuq ir -riskju, jikkunsidra l- indirizzar futur tal - PSP, l - IPSP, is - CASP, l - ICASP jew l - indirizz awtoospitat preċedenti fil -katina tat-trasferiment għall - finijiet ta’ konformità ma l- AML/CFT. Madankollu, meta l - pagatur, il - prenditur, l - oriġinatur jew il - benefiċjarju ma jkunux jistgħu jiġu identifikati mingħajr ambigwità minħabba informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta, jew informazzjoni pprovduta bl - użu ta’ karattri inammissibbli, il - PSP, l - IPSP, is - CASP jew l - ICASP jenħtieġ li ma jeżegwux it - trasferiment.

4.6.5. Identifikazzjoni ta’ informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta wara l - eżekuzzjoni ta’ trasferiment f’konformità mal - Artikoli 8(1), 12(1), 1 (1) u 21(1) tar - Regolament (UE) 2023/1113

Trasferiment ta’ fondi

65. Meta PSP jew IPSP jidentifika ex post li l- informazzjoni meħtieġa kienet nieqsa, mhux kompleta …

Meta PSP jew IPSP jidentifika ex post li l- informazzjoni meħtieġa kienet nieqsa, mhux kompleta jew ipprovduta bl - użu ta’ karattri inammissibbli, jenħtieġ li jitlob lill - PSP jew lill - IPSP preċedenti fil -katina tat- trasferiment biex jipprovdi l - informazzjoni nieqsa, jew biex jipprovdi dik l - informazzjoni bl - użu ta’ karattri jew elementi ammissibbli, bl - applikazzjoni tat - Taqsima 4.6.3.

Trasferiment ta’ kriptoassi

66. Meta CASP jew ICASP jeżegwixxi t - trasferiment u jidentifika ex post li l- informazzjoni …

Meta CASP jew ICASP jeżegwixxi t - trasferiment u jidentifika ex post li l- informazzjoni meħtieġa hija nieqsa jew mhux kompleta, jenħtieġ li jitlob lis - CASP jew l - ICASP preċedenti fil -katina tat-trasferiment biex jipprovdi l - informazzjoni nieqsa, f’konformità mat - Taqsima 4.6.3.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/