+REGOLAMENT (UE) 2017/852 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta' Mejju 2017 dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
------+Artikolu 1 Suġġett u għan
------+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+KAPITOLU II IR-RESTRIZZJONIJIET FUQ IL-KUMMERĊ U L-MANIFATTURA LI JIKKONĊERNAW IL-MERKURJU, IL-KOMPOSTI TAL-MERKURJU, IT-TAĦLITIET TAL-MERKURJU U L-PRODOTTI MIŻJUDIN BIL-MERKURJU
------+Artikolu 3 Restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni
---------+Artikolu 3 1.
---------+Artikolu 3 2.
---------+Artikolu 3 3.
---------+Artikolu 3 4.
------+Artikolu 4 Restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni
---------+Artikolu 4 1.
---------+Artikolu 4 2.
---------+Artikolu 4 3.
---------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 5 L-esportazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura ta' prodotti miżjudin bil-merkurju
---------+Artikolu 5 1.
---------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 6 Formoli għall-importazzjoni u għall-esportazzjoni
---+KAPITOLU III IR-RESTRIZZJONIJIET FUQ L-UŻU U L-ĦŻIN TAL-MERKURJU, TAL-KOMPOSTI TAL-MERKURJU U TAT-TAĦLITIET TAL-MERKURJU
------+Artikolu 7 Attivitajiet industrijali
---------+Artikolu 7 1.
---------+Artikolu 7 2.
---------+Artikolu 7 3.
------+Artikolu 8 Prodotti ġodda miżjudin bil-merkurju u proċessi tal-manifattura ġodda
---------+Artikolu 8 1.
---------+Artikolu 8 2.
---------+Artikolu 8 3.
---------+Artikolu 8 4.
---------+Artikolu 8 5.
---------+Artikolu 8 6.
---------+Artikolu 8 7.
------+Artikolu 9 Estrazzjoni u pproċessar artiġjanali u fuq skala żgħira tad-deheb
---------+Artikolu 9 1.
---------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 10 Amalgama dentali
---------+Artikolu 10 1.
---------+Artikolu 10 2.
---------+Artikolu 10 2a.
---------+Artikolu 10 3.
---------+Artikolu 10 4.
---------+Artikolu 10 5.
---------+Artikolu 10 6.
---------+Artikolu 10 7.
---+KAPITOLU IV RIMI TAL-ISKART TAL-MERKURJU
------+Artikolu 11 Skart
------+Artikolu 12 Rapportar dwar sorsi kbar
---------+Artikolu 12 1.
---------+Artikolu 12 2.
---------+Artikolu 12 3.
------+Artikolu 13 Ħżin tal-iskart tal-merkurju
---------+Artikolu 13 1.
---------+Artikolu 13 2.
---------+Artikolu 13 3.
------+Artikolu 14 Traċċabbiltà
---------+Artikolu 14 1.
---------+Artikolu 14 2.
---------+Artikolu 14 3.
---------+Artikolu 14 4.
------+Artikolu 15 Siti kontaminati
---------+Artikolu 15 1.
---------+Artikolu 15 2.
---+KAPITOLU V PENALI, AWTORITAJIET KOMPETENTI U RAPPORTAR
------+Artikolu 16 Penali
------+Artikolu 17 Awtoritajiet kompetenti
------+Artikolu 18 Rapport
---------+Artikolu 18 1.
---------+Artikolu 18 1a.
---------+Artikolu 18 2.
---------+Artikolu 18 3.
------+Artikolu 19 Rieżami
---------+Artikolu 19 1.
---------+Artikolu 19 2.
---------+Artikolu 19 2a.
---------+Artikolu 19 3.
---+KAPITOLU VI SETGĦAT DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI
------+Artikolu 20 Emendar tal-Annessi
------+Artikolu 21 Eżerċitar tad-delega
---------+Artikolu 21 1.
---------+Artikolu 21 2.
---------+Artikolu 21 3.
---------+Artikolu 21 4.
---------+Artikolu 21 5.
---------+Artikolu 21 6.
------+Artikolu 22 Proċedura ta' kumitat
---------+Artikolu 22 1.
---------+Artikolu 22 2.
---+KAPITOLU VII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
------+Artikolu 23 Tħassir
------+Artikolu 24 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS I
---+ANNESS II
---+ANNESS III
---+ANNESS IV
---+ANNESS V
English - European Union - Environment -

REGOLAMENT (UE) 2017/852 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta' Mejju 2017 dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (UE) 2017/852 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Mejju 2017

dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II IR-RESTRIZZJONIJIET FUQ IL-KUMMERĊ U L-MANIFATTURA LI JIKKONĊERNAW IL-MERKURJU, IL-KOMPOSTI TAL-MERKURJU, IT-TAĦLITIET TAL-MERKURJU U L-PRODOTTI MIŻJUDIN BIL-MERKURJU KAPITOLU II IR-RESTRIZZJONIJIET FUQ IL-KUMMERĊ U L-MANIFATTURA LI JIKKONĊERNAW IL-MERKURJU, IL-KOMPOSTI TAL-MERKURJU, IT-TAĦLITIET TAL-MERKURJU U L-PRODOTTI MIŻJUDIN BIL-MERKURJU
KAPITOLU III IR-RESTRIZZJONIJIET FUQ L-UŻU U L-ĦŻIN TAL-MERKURJU, TAL-KOMPOSTI TAL-MERKURJU U TAT-TAĦLITIET TAL-MERKURJU KAPITOLU III IR-RESTRIZZJONIJIET FUQ L-UŻU U L-ĦŻIN TAL-MERKURJU, TAL-KOMPOSTI TAL-MERKURJU U TAT-TAĦLITIET TAL-MERKURJU
KAPITOLU IV RIMI TAL-ISKART TAL-MERKURJU KAPITOLU IV RIMI TAL-ISKART TAL-MERKURJU
KAPITOLU V PENALI, AWTORITAJIET KOMPETENTI U RAPPORTAR KAPITOLU V PENALI, AWTORITAJIET KOMPETENTI U RAPPORTAR
KAPITOLU VI SETGĦAT DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI KAPITOLU VI SETGĦAT DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI
KAPITOLU VII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI KAPITOLU VII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
ANNESS I




ANNESS I

Komposti tal-merkurju soġġetti għall-Artikolu 3(2) u (3) u għall-Artikolu 7(3) u taħlitiet tal-merkurju soġġetti għall-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(1) u għall-Artikolu 7(3)

Komposti tal-merkurju pprojbiti għall-esportazzjoni mill-1 ta' Jannar 2018:

— 
Klorur tal-merkurju (I) (Hg2Cl2, CAS RN 10112-91-1)
— 
Ossidu tal-merkurju (II) (HgO, CAS RN 21908-53-2)
— 
Mineral taċ-ċinabru
— 
Sulfur tal-merkurju (HgS, CAS RN 1344-48-5)

Komposti tal-merkurju pprojbiti għall-esportazzjoni mill-1 ta' Jannar 2020:

— 
Sulfat tal-merkurju (II) (HgSO4, CAS RN 7783-35-9)
— 
Nitrat tal-merkurju (II) (Hg(NO3)2, CAS RN 10045-94-0)

Taħlitiet tal-merkurju ipprojbiti għall-esportazzjoni u l-importazzjoni mill-1 ta' Jannar 2018:

— 
Taħlitiet tal-merkurju ma' sustanzi oħra, inklużi ligi tal-merkurju, b'konċentrazzjoni ta' merkurju li tkun tal-anqas 95 % fil-piż.
ANNESS II




ANNESS II

Prodotti miżjuda bil-merkurju msemmija fl-Artikolu 5

Parti A — Prodotti miżjuda bil-merkurju



Prodotti miżjuda bil-merkurju

Data li minnha l-esportazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura tal-prodotti miżjuda bil-merkurju huma pprojbiti

1.  Batteriji jew akkumulaturi li jkun fihom aktar minn 0,0005 % ta' merkurju fil-piż.

31.12.2020

2.  Swiċċijiet u rilejs, ħlief il-pontijiet għall-kejl b'akkuratezza għolja ħafna tal-kapaċitanza u t-telf u swiċċijiet u rilejs tal-frekwenza tar-radju bi frekwenza għolja għal strumenti ta' monitoraġġ u kontroll b'kontenut massimu ta' merkurju ta 20 mg għal kull pont, swiċċ jew rilej.

31.12.2020

▼M4

2a.  Il-pontijiet għall-kejl b’akkuratezza għolja ħafna tal-kapaċitanza u t-telf u swiċċijiet u rilejs tal-frekwenza tar-radju bi frekwenza għolja għal strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll b’kontenut massimu ta’ merkurju ta’ 20 mg għal kull pont, swiċċ jew rilej, ħlief dawk użati għal skopijiet ta’ riċerka u żvilupp.

31.12.2025

▼B

3.  Bozoz fluworexxenti kompatti (CFLs) għal skopijiet ta' tidwil ġenerali:

(a)  CFL.i ≤ 30 watts b'kontenut ta' merkurju li jaqbeż it-2,5 mg għal kull berner tal-bozza.

(b)  CFL.ni ≤ 30 watts b'kontenut ta' merkurju li jaqbeż it-3,5 mg għal kull berner tal-bozza.

31.12.2018

▼M2

3a.  Lampi fluworexxenti kompatti bil-ballast integrat (CFL.i) għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali li huma ≤ 30 watts b’kontenut ta’ merkurju li ma jaqbiżx it-2,5 mg għal kull berner tal-lampa.

31.12.2025

▼M3

3b.  Il-lampi fluworexxenti kompatti (CLFs) l-oħra kollha għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali li mhumiex inklużi fl-entrati 3 u 3a.

31.12.2025

▼B

4.  Il-bozoz fluworexxenti lineari li ġejjin (LFLs) għal skopijiet ta' tidwil ġenerali:

(a)  Fosforu bi tliet strixxi < 60 watts b'kontenut ta' merkurju li jaqbeż il-5 mg għal kull bozza;

(b)  Fosforu tal-alofosfat < 40 watts b'kontenut ta' merkurju li jaqbeż l-10 mg għal kull bozza.

31.12.2018

▼M3

4a.  Lampi trifosforiċi għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali li mhumiex inklużi fl-entrata 4, il-punt (a).

31.12.2026

4b.  Lampi tal-fosfori alofosfati għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali li mhumiex inklużi fl-entrata 4, il-punt (b).

31.12.2025

4c.  Lampi mhux lineari trifosforiċi.

31.12.2026

4d.  Lampi mhux lineari tal-fosfori alofosfati.

31.12.2025

▼B

5.  Bozoz tal-merkurju (gass) taħt pressjoni għolja (HPMVs) għal skopijiet ta' tidwil ġenerali.

31.12.2018

▼M3

5a.  Lampi tas-sodju (gass) taħt pressjoni għolja (HPS) għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali li għandhom:

(a)  P ≤ 105 W b’aktar minn 16 mg Hg;

(b)  105 W < P ≤ 155 W b’aktar minn 20 mg Hg;

(c)  P > 155 W b’aktar minn 25 mg Hg.

31.12.2025

▼B

6.  Dawn il-bozoz fluworexxenti b'katodu kiesaħ u l-bozoz fluworexxenti b'elettrodi esterni (CCFLs u EEFLs) li fihom il-merkurju miżjud, għal skrins elettroniċi:

(a)  ta' tul qasir (≤ 500 mm) b'kontenut ta' merkurju ogħla minn 3,5 mg għal kull bozza;

(b)  ta' tul medju (> 500 mm u ≤ 1 500  mm) b'kontenut ta' merkurju ogħla minn 5 mg għal kull bozza;

(c)  ta' tul twil (> 1 500  mm) b'kontenut ta' merkurju ogħla minn 13 mg għal kull bozza.

31.12.2018

▼M2

6a.  Lampi fluworexxenti b’katodu kiesaħ (CCFL) u lampi fluworexxenti bl-elettrodi esterni (EEFL) ta’ kwalunkwe tul għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi, li mhumiex inklużi fl-entrata 6.

31.12.2025

▼B

7.  Kożmetiċi bil-merkurju u bil-komposti tal-merkurju, ħlief dawk il-każijiet speċjali inklużi fl-annotazzjonijiet 16 u 17 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

31.12.2020

8.  Pestiċidi, bijoċidi u antisettiċi topiċi.

31.12.2020

9.  L-istrumenti tal-kejl mhux elettroniċi li ġejjin:

(a)  barometri;

(b)  igrometri;

(c)  manometri;

(d)  termometri u applikazzjonijiet termometriċi mhux tal-elettriku oħrajn;

(e)  sfigmomanometri;

(f)  strain gauges biex jintużaw mal-pletismografi;

(g)  piknometri tal-merkurju;

(h)  strumenti tal-kejl tal-merkurju għad-determinazzjoni tal-punt tat-trattib.

Din l-annotazzjoni ma tkoprix l-istrumenti tal-kejl li ġejjin:

— strumenti tal-kejl mhux elettroniċi installati f'tagħmir fuq skala kbira jew dawk użati għal kejl ta' preċiżjoni għolja, meta ma tkun disponibbli l-ebda alternattiva xierqa mingħajr merkurju;

— strumenti tal-kejl li fit-3 ta' Ottubru 2007 kellhom aktar minn 50 sena;

— strumenti tal-kejl li jridu jidhru f'wirjiet pubbliċi għal finijiet kulturali u storiċi.

31.12.2020

▼M2

10.  L-apparati elettriċi u elettroniċi tal-kejl li ġejjin ħlief dawk installati f’tagħmir fuq skala kbira jew dawk użati għall-kejl bi preċiżjoni kbira, fejn ma jkun hemm disponibbli l-ebda alternattiva xierqa bla merkurju:

(a)  trasdutturi tal-pressjoni tat-tidwib;

(b)  trażmettituri tal-pressjoni tat-tidwib;

(c)  sensuri tal-pressjoni tat-tidwib.

31.12.2025

11.  Prodotti oħra miżjudin bil-merkurju:

(a)  Pompi tal-vakwu bil-merkurju;

(b)  Piżijiet tal-ibbilanċjar tat-tajers u tar-roti;

(c)  Films u karti fotografiċi;

(d)  Propellant għas-satelliti u l-inġenji spazjali.

31.12.2025

▼B

(1)   

Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).

Parti B — Prodotti addizzjonali esklużi mil-lista fil-Parti A ta' dan l-Anness

Swiċċijiet u rilejs, bozoz fluworexxenti b'katodu kiesaħ u bozoz fluworexxenti b'elettrodi esterni (CCFLs u EEFLs) għal skrins elettroniċi u strumenti tal-kejl, meta jintużaw biex jieħdu post komponent ta' tagħmir akbar u dment li ma teżisti l-ebda alternattiva fattibbli mingħajr merkurju għal dak il-komponent, f'konformità mad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) u d-Direttiva 2011/65/UE.

ANNESS III




ANNESS III

Rekwiżiti relatati mal-merkurju applikabbli għall-proċessi ta' manifattura msemmija fl-Artikolu 7(1) u (2)

Parti I:   L-użu pprojbit ta' merkurju jew komposti tal-merkurju, sew f'forma pura u sew f'taħlitiet, fil-proċessi tal-manifattura

(a) 

mill-1 ta' Jannar 2018: proċessi tal-manifattura li fihom il-komposti tal-merkurju jintużaw bħala katalist;

(b) 

b'deroga mill-punt (a), il-produzzjoni tal-monomer tal-klorur tal-vinil għandha tiġipprojbita mill-1 ta' Jannar 2022;

(c) 

mill-1 ta' Jannar 2022: proċessi tal-manifattura li fihom l-merkurju jintuża bħala elettrodu;

(d) 

b'deroga mill-punt (c), mill-11 ta' Diċembru 2017: produzzjoni tal-kloroalkali li fiha l-merkurju jintuża bħala elettrodu;

(e) 

b'deroga mill-punt (c), il-produzzjoni tal-metilat jew tal-etilat tas-sodju jew tal-potassju għandha tiġi pprojbita mill-1 ta' Jannar 2028;

(f) 

mill-1 ta' Jannar 2018: il-produzzjoni tal-poliuretan, sal-punt li ma tkunx diġà ristretta jew ipprojbita skont l-entrata 62 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Parti II:   Il-proċessi ta' manifattura soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-użu u r-rilaxx ta' merkurju u komposti tal-merkurju

Il-produzzjoni tal-metilat jew tal-etilat tas-sodju jew tal-potassju

Il-produzzjoni tal-metilat jew tal-etilat tas-sodju jew tal-potassju għandha ssir skont il-punt (e) tal-Parti I u soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-ebda użu ta' merkurju minn estrazzjoni primarja;

(b) 

it-tnaqqis b'50 %, sal-2020, tar-rilaxx dirett u indirett tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju fl-arja, fl-ilma u fl-art, f'termini ta' produzzjoni għal kull unità, meta mqabbla mal-2010;

(c) 

is-sostenn tar-riċerka u l-iżvilupp fir-rigward tal-proċessi ħielsa mill-merkurju; u

(d) 

mit-13 ta' Ġunju 2017, il-kapaċità ta' installazzjonijiet li jużaw il-merkurju u l-komposti tal-merkurju għall-produzzjoni tal-metilat jew tal-etilat tas-sodju jew tal-potassju li kienu joperaw qabel dik id-data, ma għandhiex tiżdied u ma għandha tkun permessal-ebda installazzjoni ġdida.

ANNESS IV




ANNESS IV

Kontenut tal-pjan nazzjonali dwar l-estrazzjoni u l-ipproċessar tad-deheb artiġjanali u fuq skala żgħira msemmija fl-Artikolu 9

Il-pjan nazzjonali għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-objettivi nazzjonali u l-miri ta' tnaqqis biex jiġi eliminat l-użu tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju;

(b) 

azzjonijiet maħsuba biex jeliminaw:

(i) 

amalgamazzjoni sħiħa tal-minerali;

(ii) 

ħruq fil-miftuħ ta' amalgama jew amalgama pproċessata;

(iii) 

ħruq ta' amalgama f'żoni residenzjali; u

(iv) 

lissija ta' ċjanur f'sediment, minerali jew irmied tat-tlissija li magħhom ikun żdied il-merkurju mingħajr ma l-ewwel jitneħħa l-merkurju;

(c) 

passi għall-iffaċilitar tal-formalizzazzjoni jew tar-regolamentazzjoni tas-settur tal-estrazzjoni u l-ipproċessar tad-deheb fuq skala żgħira u artiġjanali;

(d) 

stimi bażiċi tal-kwantitajiet ta' merkurju użat u l-prattiki użati fl-estrazzjoni u fl-ipproċessar tad-deheb fuq skala żgħira u artiġjanali fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat;

(e) 

strateġiji għall-promozzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u tar-rilaxxi tal-merkurju, u tal-esponiment għalih, fl-estrazzjoni u fl-ipproċessar tad-deheb fuq skala żgħira u artiġjanali, inklużi metodi mingħajr merkurju;

(f) 

strateġiji għall-ġestjoni tal-kummerċ u l-prevenzjoni tad-devjazzjoni tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju kemm minn sorsi domestiċi kif ukoll minn sorsi barranin għall-użu fl-estrazzjoni u fl-ipproċessar tad-deheb fuq skala żgħira u artiġjanali;

(g) 

strateġiji għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati fl-implimentazzjoni u fl-iżvilupp kontinwu tal-pjan nazzjonali;

(h) 

strateġija tas-saħħa pubblika dwar l-esponiment għall-merkurju ta' minaturi li jaħdmu fil-minjieri tad-deheb artiġjanali u fuq skala żgħira u l-komunitajiet tagħhom, li għandha tinkludi, inter alia, il-ġbir ta' data dwar is-saħħa, it-taħriġ għal ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa u s-sensibilizzazzjoni permezz ta' faċilitajiet tas-saħħa;

(i) 

strateġiji għall-prevenzjoni tal-esponiment ta' popolazzjonijiet vulnerabbli, b'mod partikolari t-tfal u n-nisa ta' età li jista' jkollhom it-tfal, speċjalment nisa tqal, għall-merkurju użat fl-estrazzjoni u l-ipproċessar tad-deheb fuq skala żgħira u artiġjanali;

(j) 

strateġiji għall-għoti ta' informazzjoni lill-minaturi li jaħdmu fil-minjieri tad-deheb fuq skala żgħira u artiġjanali u lill-komunitajiet milquta; u

(k) 

skeda għall-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali.

ANNESS V




ANNESS V

Tabella ta' korrelazzjoni



Ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 3(1) u (2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 2

Artikolu 11

Artikolu 3(1)(a)

Artikolu 13(3)(a)

Artikolu 3(1)(b)

Artikolu 13(1)

Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu u Artikolu 13(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 3(2)

—

Artikolu 4(1)

Artikolu 13(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 13(1)

Artikolu 4(3)

—

Artikolu 5(1)

—

Artikolu 5(2)

—

Artikolu 5(3)

—

Artikolu 6(1)(a)

—

Artikolu 6(1)(b)

Artikolu 12(1)(a)

Artikolu 6(1)(c)

Artikolu 12(1)(b) u (c)

Artikolu 6(2)(a)

Artikolu 12(1)(a)

Artikolu 6(2)(b)

Artikolu 12(1)(b) u (c)

Artikolu 6(3)

Artikolu 12(1)

Artikolu 6(4)

—

Artikolu 7

Artikolu 16

Artikolu 8(1)

—

Artikolu 8(2)

—

Artikolu 8(3)

—

Artikolu 8(4)

—

Artikolu 8(5)

—

Artikolu 9

—

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0852
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.