+DIRETTIVA 2013/30/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar is-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
---+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
------+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---------+Article 1 1.
---------+Article 1 2.
---------+Article 1 3.
------+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+KAPITOLU II PREVENZJONI TA' AĊĊIDENTI KBAR RELATATI MA' OPERAZZJONIJIET TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS
------+Artikolu 3 Prinċipji ġenerali tal-ġestjoni tar-riskji f'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore
---------+Article 3 1.
---------+Article 3 2.
---------+Article 3 3.
---------+Article 3 4.
------+Artikolu 4 Kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tal-ambjent fir-rigward tal-liċenzji
---------+Article 4 1.
---------+Article 4 2.
---------+Article 4 3.
---------+Article 4 4.
---------+Article 4 5.
---------+Article 4 6.
------+Artikolu 5 Parteċipazzjoni tal-pubbliku relata mal-effetti ta' operazzjonijiet ippjanati tal-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore fuq l-ambjent
---------+Article 5 1.
---------+Article 5 2.
---------+Article 5 3.
------+Artikolu 6 Operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fiż-żoni liċenzjati
---------+Article 6 1.
---------+Article 6 2.
---------+Article 6 3.
---------+Article 6 4.
---------+Article 6 5.
---------+Article 6 6.
---------+Article 6 7.
---------+Article 6 8.
------+Artikolu 7 Responsabbiltà għal ħsara ambjentali
------+Artikolu 8 Ħatra tal-awtorità kompetenti
---------+Article 8 1.
---------+Article 8 2.
---------+Article 8 3.
---------+Article 8 4.
---------+Article 8 5.
---------+Article 8 6.
---------+Article 8 7.
---------+Article 8 8.
---------+Article 8 9.
------+Artikolu 9 Funzjonament tal-awtorità kompetenti
------+Artikolu 10 Kompiti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima
---------+Article 10 1.
---------+Article 10 2.
---------+Article 10 3.
---+KAPITOLU III TĦEJJIJA GĦAL OPERAZZJONIJIET TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS OFFSHORE U T-TWETTIQ TAGĦHOM
------+Artikolu 11 Dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati biex jitwettqu operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore
---------+Article 11 1.
---------+Article 11 2.
---------+Article 11 3.
---------+Article 11 4.
---------+Article 11 5.
---------+Article 11 6.
---------+Article 11 7.
------+Artikolu 12 Rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni tal-produzzjoni
---------+Article 12 1.
---------+Article 12 2.
---------+Article 12 3.
---------+Article 12 4.
---------+Article 12 5.
---------+Article 12 6.
---------+Article 12 7.
------+Artikolu 13 Rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni
---------+Article 13 1.
---------+Article 13 2.
---------+Article 13 3.
---------+Article 13 4.
---------+Article 13 5.
---------+Article 13 6.
---------+Article 13 7.
------+Artikolu 14 Pjanijiet interni ta' rispons għal emerġenza
---------+Article 14 1.
---------+Article 14 2.
---------+Article 14 3.
------+Artikolu 15 Notifika dwar u informazzjoni dwar operazzjonijiet ta' bjar
---------+Article 15 1.
---------+Article 15 2.
---------+Article 15 3.
---------+Article 15 4.
------+Artikolu 16 Notifika ta' operazzjonijiet kombinati
---------+Article 16 1.
---------+Article 16 2.
---------+Article 16 3.
------+Artikolu 17 Verifika indipendenti
---------+Article 17 1.
---------+Article 17 2.
---------+Article 17 3.
---------+Article 17 4.
---------+Article 17 5.
---------+Article 17 6.
---------+Article 17 7.
---------+Article 17 8.
------+Artikolu 18 Setgħa tal-awtorità kompetenti fir-rigward ta' operazzjonijiet fuq l-installazzjonijiet
---+KAPITOLU IV POLITIKA TA' PREVENZJONI
------+Artikolu 19 Prevenzjoni ta' aċċidenti kbar minn operaturi u sidien
---------+Article 19 1.
---------+Article 19 2.
---------+Article 19 3.
---------+Article 19 4.
---------+Article 19 5.
---------+Article 19 6.
---------+Article 19 7.
---------+Article 19 8.
---------+Article 19 9.
---------+Article 19 10.
------+Artikolu 20 Operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore li jitwettqu barra l-Unjoni
---------+Article 20 1.
---------+Article 20 2.
------+Artikolu 21 Żgurar tal-konformità mal-qafas regolatorju għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar
---------+Article 21 1.
---------+Article 21 2.
---------+Article 21 3.
------+Artikolu 22 Rapportar kunfidenzjali ta’ tħassib dwar is-sikurezza
---------+Article 22 1.
---------+Article 22 2.
---+KAPITOLU V TRASPARENZA U KONDIVIŻJONI TAL-INFORMAZZJONI
------+Artikolu 23 Kondiviżjoni ta' informazzjoni
---------+Article 23 1.
---------+Article 23 2.
------+Artikolu 24 Trasparenza
---------+Article 24 1.
---------+Article 24 2.
------+Artikolu 25 Rappurtar dwar is-sikurezza u l-impatt ambjentali
---------+Article 25 1.
---------+Article 25 2.
---------+Article 25 3.
------+Artikolu 26 Investigazzjoni wara aċċident kbir
---------+Article 26 1.
---------+Article 26 2.
---------+Article 26 3.
---+KAPITOLU VI KOOPERAZZJONI
------+Artikolu 27 Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
---------+Article 27 1.
---------+Article 27 2.
---------+Article 27 3.
---------+Article 27 4.
---------+Article 27 5.
---+KAPITOLU VII TĦEJJIJA U RISPONS GĦAL EMERĠENZA
------+Artikolu 28 Rekwiżiti għall-pjanijiet interni ta’ rispons għal emerġenza
---------+Article 28 1.
---------+Article 28 2.
---------+Article 28 3.
---------+Article 28 4.
------+Artikolu 29 Pjanijiet esterni ta’ rispons għal emerġenza u tħejjija għal emerġenza
---------+Article 29 1.
---------+Article 29 2.
---------+Article 29 3.
---------+Article 29 4.
---------+Article 29 5.
---------+Article 29 6.
---------+Article 29 7.
------+Artikolu 30 Rispons għal emerġenza
---------+Article 30 1.
---------+Article 30 2.
---------+Article 30 3.
---+KAPITOLU VIII EFFETTI TRANSKONFINALI
------+Artikolu 31 Tħejjija għal emerġenza transkonfinali u r-rispons tal-Istati Membri b'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom
---------+Article 31 1.
---------+Article 31 2.
---------+Article 31 3.
---------+Article 31 4.
---------+Article 31 5.
---------+Article 31 6.
------+Artikolu 32 Tħejjija għal emerġenza transkonfinali u r-rispons tal-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom
---------+Article 32 1.
---------+Article 32 2.
---------+Article 32 3.
---------+Article 32 4.
------+Artikolu 33 Approċċ koordinat għas-sikurezza ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore f'livell internazzjonali
---------+Article 33 1.
---------+Article 33 2.
---------+Article 33 3.
---+KAPITOLU IX DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
------+Artikolu 34 Penali
------+Artikolu 35 Setgħat iddelegati tal-Kummissjoni
------+Artikolu 36 Eżerċizzju tad-delega
---------+Article 36 1.
---------+Article 36 2.
---------+Article 36 3.
---------+Article 36 4.
---------+Article 36 5.
------+Artikolu 37 Proċedura ta' kumitat
---------+Article 37 1.
---------+Article 37 2.
------+Artikolu 38 Emenda għad-Direttiva 2004/35/KE
---------+Article 38 1.
---------+Article 38 2.
------+Artikolu 39 Rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
---------+Article 39 1.
---------+Article 39 2.
---------+Article 39 3.
------+Artikolu 40 Rapport u rieżami
---------+Article 40 1.
---------+Article 40 2.
------+Artikolu 41 Traspożizzjoni
---------+Article 41 1.
---------+Article 41 2.
---------+Article 41 3.
---------+Article 41 4.
---------+Article 41 5.
------+Artikolu 42 Dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni
---------+Article 42 1.
---------+Article 42 2.
------+Artikolu 43 Dħul fis-seħħ
------+Artikolu 44 Destinatarji
---+ANNESS I
---+ANNESS II
---+ANNESS III
---+ANNESS IV
---+ANNESS V
---+ANNESS VI
---+ANNESS VII
---+ANNESS VIII
---+ANNEX IX
|
English -
European Union -
Environment -
DIRETTIVA 2013/30/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar is-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
DIRETTIVA 2013/30/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar is-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
|
|
KAPITOLU II PREVENZJONI TA' AĊĊIDENTI KBAR RELATATI MA' OPERAZZJONIJIET TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS
|
KAPITOLU II PREVENZJONI TA' AĊĊIDENTI KBAR RELATATI MA' OPERAZZJONIJIET TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS
|
|
KAPITOLU III TĦEJJIJA GĦAL OPERAZZJONIJIET TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS OFFSHORE U T-TWETTIQ TAGĦHOM
|
KAPITOLU III TĦEJJIJA GĦAL OPERAZZJONIJIET TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS OFFSHORE U T-TWETTIQ TAGĦHOM
|
|
KAPITOLU IV POLITIKA TA' PREVENZJONI
|
KAPITOLU IV POLITIKA TA' PREVENZJONI
|
|
KAPITOLU V TRASPARENZA U KONDIVIŻJONI TAL-INFORMAZZJONI
|
KAPITOLU V TRASPARENZA U KONDIVIŻJONI TAL-INFORMAZZJONI
|
|
KAPITOLU VI KOOPERAZZJONI
|
KAPITOLU VI KOOPERAZZJONI
|
|
KAPITOLU VII TĦEJJIJA U RISPONS GĦAL EMERĠENZA
|
KAPITOLU VII TĦEJJIJA U RISPONS GĦAL EMERĠENZA
|
|
KAPITOLU VIII EFFETTI TRANSKONFINALI
|
KAPITOLU VIII EFFETTI TRANSKONFINALI
|
|
KAPITOLU IX DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
KAPITOLU IX DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
|
ANNESS I
|
ANNESS I
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-dokumenti ppreżentati lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 11
1. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA F'NOTIFIKA TA' DISINN JEW RILOKAZZJONI GĦAL INSTALLAZZJONI TAL-PRODUZZJONI
In-notifika ta' disinn u n-notifika ta' rilokazzjoni għal installazzjoni tal-produzzjoni li għandha tiġi ppreżentata skont il-punti (c) u (j) tal-Artikolu 11(1) rispettivament għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(1)
l-isem u l-indirizz tal-operatur tal-installazzjoni;
(2)
deskrizzjoni tal-proċess ta' disinn għall-operazzjonijiet u s-sistemi tal-produzzjoni, minn kunċett inizjali għad-disinn ippreżentat jew l-għażla ta’ installazzjoni eżistenti, l-istandards rilevanti użati, u l-kunċetti ta' disinn inklużi fil-proċess;
(3)
deskrizzjoni tal-kunċett tad-disinn magħżul b'rabta max-xenarji ta’ perikli kbar għall-installazzjoni partikolari u l-lokazzjoni tagħha, u l-karatteristiċi ta’ kontroll tar-riskju primarju;
(4)
dimostrazzjoni li l-kunċett jikkontribwixxi għat-tnaqqis tar-riskji ta’ perikli kbar sa livell aċċettabbli;
(5)
deskrizzjoni tal-installazzjoni u l-kundizzjonijiet fil-lokazzjoni intenzjonata tagħha;
(6)
deskrizzjoni ta' kwalunkwe limitazzjoni ambjentali, meteoroloġika u ta’ qiegħ il-baħar għal operazzjonijiet sikuri, u l-arranġamenti għall-identifikazzjoni ta' riskji minn perikli f’qiegħ il-baħar u fil-baħar bħal linji tal-pajpijiet u l-irmiġġ ta’ installazzjonijiet kontigwi;
(7)
deskrizzjoni tat-tipi ta’ operazzjonijiet ta’ perikli kbar li għandhom jitwettqu;
(8)
deskrizzjoni ġenerali tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza u dik ambjentali li biha ser tinżamm l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll maħsuba għar-riskju ta’ aċċident kbir;
(9)
deskrizzjoni tal-iskemi ta’ verifika indipendenti u lista inizjali ta’ elementi kritiċi ambjentali u ta' sikurezza u l-prestazzjoni meħtieġa tagħhom;
(10)
fejn installazzjoni tal-produzzjoni eżistenti għandha titmexxa għal lokazzjoni ġdida biex isservi operazzjoni tal-produzzjoni differenti, ġustifikazzjoni li turi li l-installazzjoni hija xierqa għall-operazzjoni ta’ produzzjoni proposta;
(11)
fejn installazzjoni mhux tal-produzzjoni għandha tinbidel biex tintuża bħala installazzjoni tal-produzzjoni, ġustifikazzjoni li turi li l-installazzjoni hija xierqa għall-tali konverżjoni.
2. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA F'RAPPORT DWAR PERIKLI KBAR GĦALL-OPERAZZJONI TA' INSTALLAZZJONI TAL-PRODUZZJONI
Rapporti dwar perikli kbar għal installazzjoni tal-produzzjoni li għandhom jitħejjew skont l-Artikolu 12 u jiġu ppreżentati skont il-punt (e) tal-Artikolu 11(1) għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(1)
deskrizzjoni tal-kunsiderazzjoni tar-rispons tal-awtorità kompetenti għan-notifika tad-disinn;
(2)
l-isem u l-indirizz tal-operatur tal-installazzjoni;
(3)
taqsira ta’ kwalunkwe involviment tal-ħaddiema fit-tħejjija tar-rapport dwar perikli kbar;
(4)
deskrizzjoni tal-installazzjoni u kwalunkwe assoċjazzjoni ma’ installazzjonijiet jew infrastruttura oħra konnessi, inklużi l-bjar;
(5)
dimostrazzjoni li l-perikli kbar kollha ġew identifikati, il-probabbiltà u l-konsegwenzi tagħhom ġew ivvalutati, inklużi kull limitazzjoni ambjentali, meteoroloġika u ta’ qiegħ il-baħar għal operazzjonijiet sikuri, u li l-miżuri ta' kontroll tagħhom fosthom elementi kritiċi assoċjati ambjentali u ta' sikurezza huma xierqa sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ aċċident kbir sa livell aċċettabbli; din id-dimostrazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effikaċja ta' rispons għal tixrid ta’ żejt;
(6)
deskrizzjoni tat-tipi ta' operazzjonijiet b'potenzjal ta’ periklu kbir li għandhom jitwettqu, u l-għadd massimu ta’ persuni li jistgħu jkunu fuq l-installazzjoni fi kwalunkwe ħin;
(7)
deskrizzjoni tat-tagħmir u l-arranġamenti biex ikun żgurat il-kontroll tal-bjar, is-sikurezza tal-proċess, it-trażżin ta' sustanzi perikolużi, il-prevenzjoni ta' nar u splużjonijiet, il-protezzjoni tal-ħaddiema minn sustanzi perikolużi, u l-protezzjoni tal-ambjent minn aċċident kbir fil-bidu tiegħu;
(8)
deskrizzjoni tal-arranġamenti għall-protezzjoni ta' persuni fuq l-installazzjoni minn perikli kbar, u biex ikunu żgurati l-ħelsien, l-evakwazzjoni u s-salvataġġ sikuri tagħhom u arranġamenti għall-manutenzjoni tas-sistemi ta’ kontroll biex tiġi evitata ħsara għall-installazzjoni u l-ambjent fil-każ li l-persunal kollu jiġi evakwat;
(9)
kodiċi, standards u gwida rilevanti użati fil-bini u l-kummissjoni tal-installazzjoni;
(10)
informazzjoni dwar is-sikurezza tal-operatur u s-sistema ta' ġestjoni ambjentali u ta' sikurezza, li hija rilevanti għall-installazzjoni tal-produzzjoni;
(11)
pjan intern ta’ rispons għal emerġenza jew deskrizzjoni adegwata tiegħu;
(12)
deskrizzjoni tal-iskema ta' verifika indipendenti;
(13)
kwalunkwe dettalji rilevanti oħra, pereżempju meta żewġ installazzjonijiet jew aktar joperaw f’kombinazzjoni b’mod li jaffettwa l-potenzjal ta’ periklu kbir ta’ xi waħda minnhom jew tal-installazzjonijiet kollha;
(14)
kwalunkwe informazzjoni rilevanti għal rekwiżiti oħra taħt din id-Direttiva miksuba skont ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar tad-Direttiva 92/91/KEE;
(15)
f'dak li għandu x'jaqsam ma' operazzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-installazzjoni, kull informazzjoni marbuta mal-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar li jwasslu għal ħsara sinifikanti jew serja għall-ambjent rilevanti għal rekwiżiti oħra f'din id-Direttiva, miksuba skont id-Direttiva 2011/92/UE;
(16)
valutazzjoni tal-effetti ambjentali potenzjali identifikati li jirriżultaw mit-telf ta' trażżin ta' sustanzi li jniġġsu li jirriżultaw wara aċċident kbir, u deskrizzjoni tal-miżuri tekniċi u dawk mhux tekniċi previsti sabiex jipprevjenu, inaqqsu jew jikkumpensaw għalihom, inkluż il-monitoraġġ.
3. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA F'RAPPORT DWAR IL-PERIKLI KBAR GĦAL INSTALLAZZJONI MHUX TAL-PRODUZZJONI
Rapporti dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni li għandhom jitħejjew skont l-Artikolu 13 u jiġu ppreżentati skont il-punt (e) tal-Artikolu 11(1) għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(1)
l-isem u l-indirizz tas-sid;
(2)
taqsira ta’ kwalunkwe involviment tal-ħaddiema fit-tħejjija tar-rapport dwar perikli kbar;
(3)
deskrizzjoni tal-installazzjoni u, fil-każ ta’ installazzjoni mobbli, deskrizzjoni tal-mezzi tat-trasferiment tagħha bejn il-lokazzjonijiet, u s-sistema ta' stazzjonar tagħha;
(4)
deskrizzjoni tat-tipi ta’ operazzjonijiet b'potenzjal ta’ periklu kbir li l-installazzjoni hija kapaċi twettaq, u l-għadd massimu ta' persuni li jistgħu jkunu fuq l-installazzjoni fi kwalunkwe ħin;
(5)
dimostrazzjoni li l-perikli kbar kollha ġew identifikati, il-probabbiltà u l-konsegwenzi tagħhom ġew ivvalutati, inklużi kull limitazzjoni ambjentali, meteoroloġika u ta’ qiegħ il-baħar għal operazzjonijiet sikuri u li l-miżuri għall-kontroll tagħhom fosthom elementi kritiċi assoċjati mas-sikurezza u l-ambjent huma xierqa sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ aċċident kbir sa livell aċċettabbli; din id-simostrazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effikaċja ta' kwalunkwe rispons għal tixrid ta’ żejt;
(6)
deskrizzjoni tal-impjant u l-arranġamenti biex ikun żgurat il-kontroll tal-bjar, is-sikurezza tal-proċess, it-trażżin ta' sustanzi perikolużi, il-prevenzjoni ta' nar u splużjonijiet, il-protezzjoni tal-ħaddiema minn sustanzi perikolużi, u l-protezzjoni tal-ambjent minn aċċident kbir;
(7)
deskrizzjoni tal-arranġamenti għall-protezzjoni ta' persuni fuq l-installazzjoni minn perikli kbar, u biex ikunu żgurati l-ħelsien, l-evakwazzjoni u s-salvataġġ sikuri tagħhom, u arranġamenti għall-manutenzjoni tas-sistemi ta’ kontroll biex tkun evitata ħsara għall-installazzjoni u l-ambjent fil-każ li l-persunal kollu jiġi evakwat;
(8)
kodiċi, standards u gwida rilevanti użati fil-bini u l-kummissjoni tal-installazzjoni;
(9)
dimostrazzjoni li l-perikli kbar kollha ġew identifikati għall-attivitajiet kollha li l-installazzjoni hija kapaċi twettaq, u li r-riskju ta’ aċċident kbir jitnaqqas sa livell aċċettabbli;
(10)
deskrizzjoni ta' kwalunkwe limitazzjoni ambjentali, meteoroloġika u ta’ qiegħ il-baħar għal operazzjonijiet sikuri, u l-arranġamenti għall-identifikazzjoni ta' riskji minn perikli f’qiegħ il-baħar u fil-baħar bħal linji tal-pajpijiet u l-irmiġġ ta’ installazzjonijiet kontigwi;
(11)
informazzjoni dwar is-sistema ta' ġestjoni ambjentali u tas-sikurezza li hija rilevanti għall-installazzjoni mhux tal-produzzjoni;
(12)
pjan intern ta’ rispons għal emerġenza jew deskrizzjoni adegwata tiegħu;
(13)
deskrizzjoni tal-iskema ta' verifika indipendenti;
(14)
kwalunkwe dettalji rilevanti oħra, pereżempju meta żewġ installazzjonijiet jew aktar joperaw f’kombinazzjoni b’mod li jaffettwa l-potenzjal ta’ periklu kbir ta’ xi waħda minnhom jew tal-installazzjonijiet kollha;
(15)
f'dak li għandu x'jaqsam ma' operazzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-installazzjoni, kull informazzjoni miksuba skont id-Direttiva 2011/92/UE marbuta mal-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar li jwasslu għal ħsara sinifikanti jew serja għall-ambjent rilevanti għal rekwiżiti oħra f'din id-Direttiva, miksuba skont din id-Direttiva;
(16)
valutazzjoni tal-effetti ambjentali potenzjali identifikati li jirriżultaw mit-telf ta' trażżin ta' sustanzi li jniġġsu li jirriżultaw wara aċċident kbir, u deskrizzjoni tal-miżuri tekniċi u dawk mhux tekniċi previsti sabiex jipprevjenu, inaqqsu jew jimmitigawhom, inkluż il-monitoraġġ.
4. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA F'NOTIFIKA TA' OPERAZZJONIJIET TA' BJAR
Notifiki ta’ operazzjonijiet ta' bjar li għandhom jitħejjew skont l-Artikolu 15 u tiġi ppreżentata skont il-punt (h) tal-Artikolu 11(1) għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(1)
l-isem u l-indirizz tal- operatur tal-bir;
(2)
l-isem tal-installazzjoni li għandha tintuża u l-isem u l-indirizz tas-sid jew, fil-każ ta' installazzjoni ta' produzzjoni, il-kuntrattur li għamel l-attivitajiet tat-tħaffir;
(3)
dettalji li jidentifikaw il-bir u kwalunkwe assoċjazzjoni ma’ installazzjonijiet u infrastruttura konnessi;
(4)
informazzjoni dwar il-programm ta' ħidma tal-bir, inkluż il-perijodu ta' tħaddim tiegħu, dettalji u verifika tal-ostakli kontra t-telf tal-kontroll tal-bir (tagħmir, fluwidi tat-tħaffir u siment eċċ), il-kontroll direzzjonali tal-passaġġ tal-bir, u l-limitazzjonijiet għal operazzjonijiet sikuri f’konformità mal-ġestjoni tar-riskju;
(5)
fil-każ ta’ bir eżistenti, informazzjoni dwar l-istorja, u l-kundizzjoni tiegħu;
(6)
kwalunkwe dettalji li għandhom x'jaqsmu mat-tagħmir tas-sikurezza li għandu jintuża u li mhuwiex deskritt fir-rapport attwali dwar perikli kbar għall-installazzjoni;
(7)
valutazzjoni tar-riskju li tinkorpora deskrizzjoni ta’:
(a)
il-perikli partikolari marbuta mal-operazzjoni tal-bir inkluż kull limitazzjoni ambjentali, meteoroloġika u ta' qiegħ il-baħar għal operazzjonijiet sikuri;
(b)
il-perikli ta’ taħt il-wiċċ;
(c)
kwalunkwe operazzjoni fil-wiċċ jew taħt il-baħar li tintroduċi potenzjal simultanju ta’ periklu kbir;
(d)
miżuri xierqa ta’ kontroll;
(8)
deskrizzjoni tal-konfigurazzjoni tal-bir fi tmiem l-operazzjonijiet – jiġifieri abbandun permanenti jew temporanju; u jekk it-tagħmir tal-produzzjoni jkunx tqiegħed fil-bir għal użu futur;
(9)
fil-każ ta’ modifika għal notifika ta’ operazzjonijiet ta' bir ippreżentata qabel, biżżejjed dettalji biex tkun aġġornata bis-sħiħ in-notifika;
(10)
meta bir għandu jinbena, jiġi modifikat jew issirlu manutenzjoni permezz ta’ installazzjoni mhux tal-produzzjoni, informazzjoni addizzjonali kif ġej:
(a)
deskrizzjoni ta' kwalunkwe limitazzjoni ambjentali, meteoroloġika u ta’ qiegħ il-baħar għal operazzjonijiet sikuri, u l-arranġamenti għall-identifikazzjoni ta' riskji minn perikli f’qiegħ il-baħar u fil-baħar bħal linji tal-pajpijiet u l-irmiġġ ta’ installazzjonijiet kontigwi;
(b)
deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ambjentali li tqiesu fil-pjan intern ta’ rispons għal emerġenza għall-installazzjoni;
(c)
deskrizzjoni tal-arranġamenti għar-rispons għal emerġenza inkluż arranġamenti għar-rispons f'każijiet ta' inċidenti ambjentali li mhumiex deskritti fir-rapport dwar perikli kbar, u;
(d)
deskrizzjoni ta’ kif is-sistemi ta’ ġestjoni tal- operatur tal-bir u s-sid għandhom jiġu kkoordinati biex ikun żgurat kontroll effettiv tal-perikli kbar f’kull ħin.
(11)
rapport bis-sejbiet tal-eżami indipendenti tal-bir, inkluża stqarrija mill-operatur tal-bir, wara li jitqies ir-rapport u s-sejbiet tal-eżami indipendenti tal-bir mill-verifikatur indipendenti, li l-ġestjoni tar-riskju marbuta mad-disinn tal-bir u l-ostakli tiegħu għat-telf ta' kontroll huma xierqa għall-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi antiċipati kollha;
(12)
l-informazzjoni rilevanti għal din id-Direttiva miksuba skont ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar tad-Direttiva 92/91/KEE;
(13)
f'dak li għandu x'jaqsam ma' operazzjonijiet ta' bjar li għandhom jitwettqu, kull informazzjoni rilevanti għal rekwiżiti oħra ta' din id-Direttiva miksuba skont id-Direttiva 2011/92/UE marbuta mal-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar li jwasslu għal ħsara sinifikanti jew serja għall-ambjent.
5. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA B'RABTA MA' SKEMA TA' VERIFIKA
Deskrizzjonijiet li ghandhom iġu ppreżentati skont il-punt (d) tal-Artikolu 11(1) fir-rigward ta' skemi ta' verifika indipendenti li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 17(1) għandha tinkludi:
(a)
stqarrija mill-operatur jew is-sid li ssir wara li jitqies ir-rapport tal-verifikatur indipendenti li r-rekord ta' elementi kritiċi ta' sikurezza u l-iskema ta' manteniment tagħhom kif speċifikat fir-rapport dwar perikli kbar huma jew ser ikunu xierqa;
(b)
deskrizzjoni tal-iskema ta’ verifika inkluża l-għażla ta' verifikaturi indipendenti, il-mezzi ta' verifika li l-elementi kritiċi ta' sikurezza u ambjentali u kwalunkwe impjant speċifikat fl-iskema jibqgħu f'tiswija u kundizzjoni tajba;
(c)
deskrizzjoni tal-mezzi ta’ verifika msemmija fil-punt (b) li għandhom jinkludu dettalji tal-prinċipji li ser jiġu applikati biex jitwettqu l-funzjonijiet fl-iskema u biex l-iskema tinżamm taħt reviżjoni matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tal-installazzjoni inkluż:
(i)
l-eżami u t-testijiet tal-elementi kritiċi ta' sikurezza u ambjentali minn verifikaturi indipendenti u kompetenti;
(ii)
il-verifika tad-disinn, l-istandard, iċ-ċertifikazzjoni jew sistema oħra ta’ konformità tal-elementi kritiċi ta' sikurezza u ambjentali;
(iii)
l-eżami tal-ħidma li tkun għaddejja;
(iv)
ir-rappurtaġġ ta' kull każ ta' nuqqas ta' konformità;
(v)
azzjonijiet ta' rimedju meħuda mill-operatur jew mis-sid.
6. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA FIR-RIGWARD TA' BIDLA MATERJALI GĦAL INSTALLAZZJONI, INKLUŻ IT-TNEĦĦIJA TA' INSTALLAZZJONI FISSA
Fejn bidliet materjali għandhom isiru lill-installazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12(5) u l-Artikolu 13(4), ir-rapport dwar perikoli kbar li jkun jinkorpora l-bidliet materjali li għandhom jiġu ppreżentati skont il-punt (f) tal-Artikolu 11(1) għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(1)
l-isem u l-indirizz tal-operatur jew tas-sid;
(2)
taqsira ta’ kwalunkwe involviment tal-ħaddiema fit-tħejjija tar-rapport rivedut dwar perikli kbar;
(3)
biżżejjed dettalji biex jiġi aġġornat kollu r-rapport preċedenti dwar perikli kbar u l-pjan intern ta’ rispons għal emerġenza assoċjat għall-installazzjoni u biex juru li r-riskji ta’ perikli kbar jonqsu għal livell aċċettabbli;
(4)
fil-każ tat-twaqqif mill-użu ta’ installazzjoni tal-produzzjoni fissa:
(a)
il-mezzi tal-iżolament tas-sustanzi perikolużi kollha u fil-każ ta’ bjar konnessi mal-installazzjoni, l-issiġillar permanenti tal-bjar mill-installazzjoni u l-ambjent;
(b)
deskrizzjoni tar-riskji ta’ perikli kbar assoċjati mad-dekummissjonament tal-installazzjoni għall-ħaddiema u l-ambjent, il-popolazzjoni totali esposta, u l-miżuri ta’ kontroll tar-riskju;
(c)
l-arranġamenti tar-rispons għal emerġenza biex jinkisbu evakwazzjoni u salvataġġ sikuri tal-persunal u biex jinżammu sistemi ta' kontroll biex jiġi evitat aċċident kbir għall-ambjent.
7. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA F'NOTIFIKA TA' OPERAZZJONIJIET KOMBINATI
In-notifika ta’ operazzjonijiet kombinati li għandha tiġi mħejjija skont l-Artikolu 16 u li għandu jiġu ppreżentati skont il-punt (i) tal-Artikolu 11(1) għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(1)
l-isem u l-indirizz tal-operatur li jkun qed jippreżenta n-notifika;
(2)
fil-każ li operaturi jew sidien oħra huma involuti fl-operazzjonijiet kombinati l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom, inkluża konferma li huma jaqblu mal-kontenut tan-notifika;
(3)
deskrizzjoni, fil-forma ta’ dokument ta’ assoċjazzjoni awtorizzat mill-partijiet kollha għad-dokument, ta’ kif is-sistemi ta’ ġestjoni għall-installazzjonijiet involuti fl-operazzjoni kombinata ser ikunu koordinati sabiex jitnaqqas ir-riskji ta’ aċċident kbir għal livell aċċettabbli;
(4)
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe tagħmir li għandu jintuża b’rabta mal-operazzjoni kombinata imma li mhuwiex deskritt fir-rapport dwar perikli kbar attwali għal kwalunkwe mill-installazzjonijiet involuti fl-operazzjonijiet kombinati;
(5)
taqsira tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operaturi u s-sidien kollha involuti fl-operazzjonijiet kombinati, li għandha tinkludi:
(a)
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe operazzjoni matul l-operazzjoni kombinata li tista’ tinvolvi perikli bil-potenzjal li toħloq aċċident kbir f'installazzjoni jew b'rabta magħha;
(b)
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe miżura ta’ kontroll tar-riskju introdotta bħala riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju;
(6)
deskrizzjoni tal-operazzjoni kombinata u programm ta’ ħidma.
8. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA FIR-RIGWARD TA' POLITIKA KORPORATTIVA TA' PREVENZJONI TA' AĊĊIDENTI KBAR
Il-politika korporattiva ta' prevenzjoni ta' aċċidenti kbar li għandha tiġi mħejjija skont l-Artikolu 19(1) u li għandha tiġi ppreżentata skont il-punt (a) tal-Artikolu 11(1) għandha tinkludi iżda ma tkunux limitati għal:
(1)
ir-responsabbiltà f'livell ta' bord korporattiv li tiġi żgurata, fuq bażi kontinwa, li l-politika korporattiva ta' prevenzjoni ta' aċċidenti kbar hija xierqa, implimentata, u taħdem kif intenzjonat;
(2)
miżuri għall-bini u ż-żamma ta' kultura b'saħħitha ta' sikurezza bi probabbiltà għolja ta' tħaddim sikur kontinwu;
(3)
il-livell u l-intensità tal-verifika tal-proċess;
(4)
miżuri għall-ippremjar u r-rikonoxximent ta' mġiba mixtieqa;
(5)
l-evalwazzjoni tal-ħiliet u l-għanijiet tal-kumpannija;
(6)
miżuri għaż-żamma ta' standards ta' sikurezza u ħarsien tal-ambjent bħala valur ewlieni tal-kumpanniji;
(7)
sistemi formali ta’ kmand u kontroll li jinkludu lill-membri tal-bord u l-amministrazzjoni għolja tal-kumpannija;
(8)
l-approċċ għall-kompetenza fil-livelli kollha tal-kumpannija.
(9)
l-estent safejn il-partikolaritajiet (1) - (8) huma applikati fl-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore mwettqa barra l-Unjoni.
9. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA FIR-RIGWARD TA' SISTEMA TA' ĠESTJONI AMBJENTALI U TAS-SIKUREZZA
Is-sistema ta' ġestjoni ambjentali u tas-sikurezza li għandha tiġi mħejjija skont l-Artikolu 19(3) u li għandha tiġi ppreżentata skont il-punt (b) tal-Artikolu 11(1) għandha tinkludi iżda ma tkunux limitati għal:
(1)
l-istruttura tal-organizzazzjoni u r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-persunal;
(2)
l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ perikli kbar kif ukoll il-probabbiltà u l-konsegwenzi potenzjali tagħhom;
(3)
l-integrazzjoni tal-impatt ambjentali f’valutazzjonijiet tar-riskju ta’ aċċidenti kbar fir-rapport dwar perikli kbar;
(4)
kontrolli ta’ perikli kbar matul operazzjonijiet normali;
(6)
pjanifikazzjoni u rispons għal emerġenza;
(7)
limitazzjoni tal-ħsara lill-ambjent;
(8)
monitoraġġ tal-prestazzjoni;
(9)
arranġamenti ta' verifika u reviżjoni; u
(10)
il-miżuri fis-seħħ għall-parteċipazzjoni f'konsultazzjonijiet tripartitiċi u kif l-azzjonijiet li jirriżultaw minn dawk il konsultazzjonijiet jiġu implimentati.
10. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA FI PJAN INTERN TA' RISPONS GĦAL EMERĠENZA
Pjanijiet interni ta’ rispons għal emerġenza li għandhom jiġu mħejjija skont l-Artikolu 14 u li għandhom jiġu ppreżentati skont il-punt (g) tal-Artikolu 11(1) għandhom jinkludu imma ma jkunux limitati għal:
(1)
l-ismijiet u l-karigi tal-persuni awtorizzati biex jagħtu bidu għall-proċeduri ta’ rispons għal emerġenza u l-persuna li tmexxi r-rispons intern għal emerġenza;
(2)
l-isem u l-kariga tal-persuna responsabbli għall-komunikazzjoni mal-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli għall-pjan estern ta’ rispons għal emerġenza;
(3)
deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet jew l-avvenimenti prevedibbli kollha li jistgħu joħolqu aċċident kbir, kif deskritt fir-rapport dwar perikli kbar li miegħu huwa mehmuż il-pjan;
(4)
deskrizzjoni tal-azzjonijiet li ser jittieħdu biex ikunu kkontrollati l-kundizzjonijiet jew l-avvenimenti li jistgħu jikkawżaw aċċident kbir u biex ikunu limitati l-konsegwenzi tagħhom;
(5)
deskrizzjoni tat-tagħmir u r-riżorsi disponibbli, inkluż għat-trażżin (capping) ta’ kwalunkwe tixrid potenzjali;
(6)
l-arranġamenti biex jiġu limitati r-riskji għall-persuni fuq l-installazzjoni u għall-ambjent, inkluż kif għandhom jingħataw it-twissijiet u l-azzjonijiet li mistennija jieħdu l-persuni malli jirċievu t-twissija;
(7)
fil-każ ta' operazzjonijiet kombinati, l-arranġamenti li jikkoordinaw mal-arranġamenti ta' ħelsien, evakwazzjoni u salvataġġ bejn l-installazzjonijiet ikkonċernati, biex ikun żgurat prospett tajjeb ta’ sopravvivenza għall-persuni fuq l-installazzjonijiet waqt aċċident kbir;
(8)
stima tal-effikaċja tar-rispons għat-tixrid taż-żejt. Il-kundizzjonijiet ambjentali li għandhom jiġu kkunsidrati f’din l-analiżi tar-rispons għandhom jinkludu:
(i)
it-temp, inkluż ir-riħ, il-viżibbiltà, ix-xita u t-temperatura;
(ii)
kundizzjonijiet tal-baħar, il-mareat u l-kurrenti;
(iii)
il-preżenza ta’ silġ u residwi;
(iv)
sigħat ta' dawl tal-jum; u
(v)
kundizzjonijiet ambjentali oħra magħrufin li jistgħu jinfluwenzaw l-effiċjenza tat-tagħmir ta’ rispons jew l-effettività ġenerali ta’ sforz ta’ rispons;
(9)
l-arranġamenti biex tingħata twissija bikrija dwar aċċident kbir lill-awtoritajiet responsabbli biex jibdew il-pjan estern ta’ rispons għal emerġenza, it-tip ta’ informazzjoni li għandu jkun fiha twissija inizjali u l-arranġamenti għall-għoti ta’ informazzjoni aktar dettaljata kif din issir disponibbli;
(10)
l-arranġamenti għat-taħriġ tal-persunal fid-dmirijiet li ser ikunu mistennija jwettqu, u fejn meħtieġ il-koordinazzjoni ta’ dan ma’ dawk li esternament iwieġbu għal emerġenza;
(11)
l-arranġamenti għall-koordinazzjoni tar-rispons intern ta’ emerġenza mar-rispons estern ta’ emerġenza;
(12)
Evidenza ta’ valutazzjonijiet preċedenti ta’ kwalunkwe sustanza kimika użata biex tferrex li jkunu twettqu sabiex jimminimizzaw l-implikazzjonijiet għas-saħħa pubblika u kwalunkwe ħsara ambjentali ulterjuri.
|
|
ANNESS II
|
ANNESS II
Rapporti ta' operazzjonijiet ta' bjar li għandhom jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 15(4)
LIr-rapporti li għandom jiġu ppreżentati lill-awtorita' kompetenti skont l-Artikolu 15(4) għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(1)
l-isem u l-indirizz tal-operatur tal-bir;
(2)
l-isem tal-installazzjoni u l-isem u l-indirizz tal-operatur jew tas-sid tal-installazzjoni;
(3)
dettalji li jidentifikaw il-bir u kwalunkwe assoċjazzjoni ma’ installazzjonijiet jew infrastruttura konnessi;
(4)
taqsira tal-operazzjonijiet imwettqa mill-bidu tal-operazzjonijiet jew mill-aħħar rapport;
(5)
id-dijametru u l-fond vertikali veru u mkejjel ta’:
(a)
kwalunkwe toqba mħaffra; u
(b)
kwalunkwe qoxra rinfurzata installata;
(6)
id-densità tal-fluwidu tat-tħaffir fiż-żmien li fih isir ir-rapport; u
(7)
fil-każ ta’ operazzjonijiet marbuta ma’ bir eżistenti, l-istat operazzjonali attwali tiegħu.
|
|
ANNESS III
|
ANNESS III
Dispożizzjonijiet marbutin mal-ħatra u t-tħaddim tal-awtorità kompetenti skont l-Artikoli 8 u 9
1. DISPOŻIZZJONIJIET MARBUTIN MAL-ISTATI MEMBRI
(1) Għall-finijiet tal-ħatra ta’ awtorità kompetenti responsabbli mid-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom mill-inqas iwettqu dan li ġej:
(a)
jagħmlu arranġamenti organizzattivi li jippermettu li d-dmirijiet kollha mogħtija lill-awtorità kompetenti f’din id-Direttiva jitwettqu b’mod effettiv, inklużi arranġamenti għar-regolamentazzjoni tas-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali b’mod ekwu;
(b)
titħejja stqarrija dwar il-politika li tiddeskrivi l-għanijiet ta' superviżjoni u infurzar, u l-obbligi tal-awtorità kompetenti li tikseb trasparenza, konsistenza, proporzjonalità u oġġettività fir-regolamentazzjoni tagħha ta' operazzjonijiet taż-żejt u l-gass offshore.
(2) L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex idaħħlu fis-seħħ l-arranġamenti ta’ hawn fuq fil-punt 1, inkluż:
(a)
il-finanzjament ta' biżżejjed għarfien espert speċjalizzat disponibbli internament jew bi ftehimiet formali ma' partijiet terzi jew it-tnejn sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tispezzjona u tinvestiga l-operazzjonijiet, tieħu azzjoni ta' infurzar, u tittratta rapporti dwar perikli kbar u notifiki;
(b)
fejn hemm dipendenza fuq sorsi esterni ta' għarfien, il-finanzjament tat-tħejjija ta' biżżejjed gwida bil-miktub u sorveljanza biex tinżamm il-konsistenza tal-approċċ u biex ikun żgurat li l-awtorità kompetenti maħtura iġġorr ir-responsabbiltà kollha skont din id-Direttiva;
(c)
il-finanzjament ta' taħriġ essenzjali, komunikazzjoni, aċċess għat-teknoloġija, ivvjaġġar u sussistenza tal-persunal tal-awtorità kompetenti għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, u biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni attiva bejn l-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 27;
(d)
fejn xieraq, l-operaturi jew is-sidien ikunu meħtieġa jħallsu lura lill-awtorità kompetenti għall-ispiża tat-twettiq tad-dmirijiet tagħha skont din id-Direttiva;
(e)
jiffinanzjaw u jħeġġu r-riċerka skont id-dmirijiet tal-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva;
(f)
jipprovdu finanzjament għar-rapporti tal-awtorità kompetenti tagħmel
2. DISPOŻIZZJONIJIET MARBUTIN MAT-TĦADDIM TAL-AWTORITÀ KOMPETENTI
(1) Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha skont l-Artikolu 9 b'mod effettiv, l-awtorità kompetenti għandha tħejji:
(a)
strateġija bil-miktub li tiddeskrivi d-dmirijiet tagħha, il-prijoritajiet għal azzjoni jiġifieri fid-disinn u t-tħaddim ta' installazzjonijiet, il-ġestjoni tal-integrità u fit-tħejjija u r-rispons għal emerġenza, u kif hija organizzata;
(b)
proċeduri operattivi li jiddeskrivu kif l-awtorità kompetenti ser tispezzjona u tinforza l-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tal-operaturi u s-sidien skont din id-Direttiva, inkluż kif ser tittratta, tivvaluta u taċċetta rapporti dwar perikli kbar, tieħu ħsieb in-notifiki ta' operazzjonijiet ta' bjar u kif l-intervalli bejn l-ispezzjoni ta' miżuri ta’ kontroll tar-riskji ta’ perikli kbar, inkluż għall-ambjent, għal installazzjoni jew attività partikolari għandhom jiġu determinati;
(c)
proċeduri għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha mingħajr preġudizzju għal responsabbiltajiet oħra, pereżempju l-operazzjonijiet taż-żejt u l-gass fuq l-art (onshore), u l-arranġamenti skont id-Direttiva 92/91/KEE;
(d)
meta l-awtorità kompetenti hija magħmula minn aktar minn korp wieħed, qbil formali li jistabbilixxi l-mekkaniżmi meħtieġa għall-operazzjoni konġunta tal-awtorità kompetenti, inklużi s-sorveljanza u l-monitoraġġ u r-reviżjonijiet tal-amministrazzjoni għolja, il-pjanifikazzjoni u l-ispezzjoni konġunti, it-tqassim tar-responsabbiltajiet għat-trattament ta' rapporti dwar perikli kbar, investigazzjoni konġunta, komunkazzjonijiet interni, u rapporti li għandhom jiġu ppubblikati konġuntament esternament.
(2) Il-proċeduri dettaljati għall-valutazzjoni tar-rapporti dwar perikli kbar għandhom jitolbu l-informazzjoni u d-dettalji l-oħra kollha kif meħtieġa skont din id-Direttiva li għandhon jingħataw mill-operatur jew is-sid. Għall-inqas l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rekwiżiti għall-informazzjoni li ġejja jiġu speċifikati b'mod ċar fil-gwida lill-operaturi u s-sidien:
(a)
il-perikli prevedibbli kollha bil-potenzjal li joħolqu aċċident kbir, inkluż lill-ambjent, ġew identifikati, ir-riskji tagħhom evalwati u l-miżuri identifikati, inklużi r-risponsi għal emerġenza, biex jiġu kkontrollati r-riskji;
(b)
is-sistema ta' ġestjoni ambjentali u tas-sikurezza tiġi deskritta kif xieraq biex turi konformità mal-ħtiġijiet f'din id-Direttiva;
(c)
arranġamenti adatti ġew deskritti għall-verifika indipendenti, u għal audit mill-operatur jew mis-sid;
(3) Fit-twettiq ta’ valutazzjoni sfiqa tar-rapporti dwar perikli kbar l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:
(a)
kull informazzjoni fattwali meħtieġa tingħata;
(b)
l-operatur jew is-sid jkun identifika l-perikli prevedibbli kollha ta’ aċċident kbir li jistgħu japplikaw għall-installazzjoni u l-funzjonijiet tagħha, flimken ma’ avvenimenti potenzjali tal-bidu, u li l-metodoloġija u l-kriterji ta’ evalwazzjoni adottati għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ aċċidenti kbar jiġu mfissra b’mod ċar, inklużi l-fatturi ta’ inċertezza fl-analiżi;
(c)
il-ġestjoni tar-riskju qieset l-istadji rilevanti kollha fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-installazzjoni u antiċipat is-sitwazzjonijiet prevedibbli kollha, fosthom:
(i)
kif id-deċiżjonijiet tad-disinn deskritti fin-notifika dwar id-disinn qiesu l-ġestjoni tar-riskju sabiex jiżguraw li jiġu inkorporati prinċipji ambjentali ta’ sikurezza inerenti;
(ii)
kif għandhom jitwettqu l-operazzjonijiet ta' bjar mill-installazzjoni waqt l-operat;
(iii)
kif operazzjonijiet ta' bjar għandhom isiru u jiġu temporanjament sospiżi qabel ma tinbeda l-produzzjoni minn installazzjoni tal-produzzjoni;
(iv)
kif għandhom jitwettqu operazzjonijiet kombinati ma' installazzjonijiet oħra;
(v)
kif ser isir id-dekummissjonament tal-installazzjoni.
(d)
kif il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju identifikati bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju huma maħsuba li jiġu implimentati jekk ikun meħtieġ biex ir-riskji jitnaqqsu għal livell aċċettabbli;
(e)
jekk, fid-determinazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu livelli aċċettabbli ta’ riskju, l-operatur jew is-sid ikunx wera biċ-ċar kif prattika tajba rilevanti u ġudizzju bbażat fuq inġinerija tajba, l-aħjar prattika ta’ ġestjoni, u jkunux tqiesu prinċipji ta’ fatturi umani u organizzattivi;
(f)
jekk, il-miżuri u l-arranġamenti għas-sejbien ta’, u r-rispons rapidu u effettiv għal, emerġenza humiex identifikati u ġġustifikati b’mod ċar;
(g)
kif arranġamenti ta’ ħelsien, evakwazzjoni u salvataġġ u miżuri biex jillimitaw l-eskalazzjoni ta’ emerġenza u jnaqqsu l-impatt tiegħu fuq l-ambjent jiġu integrati b’mod loġiku u sistematiku, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ta’ emerġenza probabbli li fihom ser jitħaddmu;
(h)
kif ir-rekwiżiti jiġu inkorporati fil-pjanijiet interni ta' rispons għal emerġenza u jekk kopja jew deskrizzjoni adegwata tal-pjan intern ta' rispons għal emerġenza tkunx ġiet ippreżentata lill-awtorità kompetenti;
(i)
jekk is-sistema ta' ġestjoni ambjentali u ta' sikurezza deskritta fir-rapport dwar perikli kbar hijiex xierqa biex tiżgura kontroll tar-riskji ta' perikli kbar f'kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-installazjoni, u tiżgurax konformità mad-dispożizzjonijiet legali rilevanti kollha, u tipprevedix il-verifika u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-verifika;
(j)
jekk l-iskema għal verifika indipendenti hijiex imfissra b’mod ċar.
|
|
ANNESS IV
|
ANNESS IV
Dispożizzjonijiet mill-operaturi u s-sidien għall-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar skont l-Artikolu 19
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi u s-sidien:
(a)
għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-evalwazzjoni tar-rekwiżiti ta' affidabbiltà u integrità tas-sistemi kruċjali ambjentali u ta' sikurezza kollha u jibbażaw is-sistemi ta' spezzjoni u manutenzjoni tagħhom fuq il-kisba tal-livell meħtieġ ta’ integrità ta' sikurezza u ambjentali;
(b)
jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw sa fejn ikun raġonevolment fattibbli li m'hemm l-ebda ħruġ mhux ippjanat ta' sustanzi perikolużi minn pajpijiet, bastimenti u sistemi maħsuba biex iżommuhom magħluqin b'mod sikur. Barra minn hekk, l-operaturi u s-sidien għandhom jiżguraw li l-ebda falliment waħdieni ta’ lqugħ ta' sustanzi ma jista’ jwassal għal aċċident kbir ta’ periklu;
(c)
iħejju inventarju tat-tagħmir disponibbli, is-sjieda tiegħu, fejn jinsab, it-trasport għal u l-mod ta' użu fl-installazzjoni u kull entità rilevanti għall-implimentazzjoni tal-pjan intern ta’ rispons għal emerġenza. L-inventarju għandu jidentifika l-miżuri fis-seħħ biex ikun żgurat li t-tagħmir u l-proċeduri jinżammu f’kundizzjoni operabbli;
(d)
jiżguraw li għandhom qafas adattat għall-monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjoinijiet statutorji rilevanti kollha billi jinkorporaw id-dmirijiet statutorji tagħhom fir-rigward tal-kontroll ta' perikli kbar u l-protezzjoni ambjentali fil-proċeduri operattivi standard tagħhom; u
(e)
jagħtu attenzjoni partikolari għall-bini u ż-żamma ta’ kultura tas-sikurezza b’saħħitha bi probabbiltà għolja ta’ operazzjoni sikura kontinwa, li tinkludi fir-rigward tal-iżgurar tal-kooperazzjoni tal-forza tax-xogħol permezz ta', fost l-oħrajn:
(i)
impenn viżibbli għal konsultazzjonijiet bejn tliet partijiet u azzjonijiet li joħorġu minnhom;
(ii)
l-inkoraggiment u l-premjazzjoni ta' rappurtar ta' aċċidenti u oħrajn li kważi seħħew;
(iii)
il-ħidma effettiva ma' rappreżentanti tas-sigurtà eletti;
(iv)
il-protezzjoni ta’ min jikxef l-abbużi.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-industrija tikkoopera ma l-awtoritajiet kompetenti biex tistabbilixxi u timplimenta pjan ta' prijorità għall-iżvilupp ta’ standards, gwida u regoli li ser idaħħlu fis-seħħ l-aħjar prattika fil-prevenzjoni ta' aċċident kbir u l-limitazzjoni tal-konsegwenzi ta' aċċidenti kbar jekk minkejja kollox iseħħu.
|
|
ANNESS V
|
ANNESS V
Għażla tal-verifkatur indipendenti u d-disinn tal-iskemi ta' verifika indipendenti skont l-Artikolu 17(3).
1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur jew is-sid jirrikjedu li l-kondizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-indipendenza tal-verifikatur mill-operatur u s-sid:
(a)
il-funzjoni ma teħtieġx li l-verifikatur iqis ebda aspett ta’ element kritiku ambjentali u ta' sikurezza jew ebda parti ta' installazzjoni jew bir jew disinn ta' bir li kien involut fih il-verifikatur qabel l-attività ta' verifika jew fejn l-oġġettività tiegħu jew tagħha tista’ tiġi kompromessa;
(b)
il-verifikatur indipendenti huwa indipendenti biżżejjed minn sistema ta' ġestjoni li għandha, jew kellha, kwalunkwe responsabbiltà għal kwalunkwe aspett ta' komponent kopert mikll-iskema ta' verifika indipendenti jew eżami ta' bir sabiex tiżgura l-oġġettività fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu jew tagħha fi ħdan l-iskema;
2. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operatur jew is-sid jiżguraw li, fir-rigward tal-iskema għal verifika indipendenti relatata ma installazzjoni jew bir, il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:
(a)
il-verifikatur indipendenti jkollu kompetenza teknika adegawata, inkluż fejn meħtieġ, persunal kwalifikat u ta' esperjenza kif xieraq f’għadd adegwat li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 1 ta' dan l-Anness;
(b)
il-kompiti taħt l-iskema ta' verifika indipendenti huma allokati kif xieraq mill-verifikatur indipendenti lill-persunal kwalifikat biex iwettaqhom;
(c)
ikunu stabbiliti arranġamenti xierqa għall-fluss ta' informazzjoni bejn l-operatur jew is-sid u l-verifikatur indipendenti;
(d)
il-verifikatur indipendenti jingħata biżżejjed awtorità biex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet b'mod effettiv.
3. Bidliet materjali għandhom jiġu riferuti lill-verifikatur indipendenti biex iwettaq verifika ulterjuri f'konformità mal-iskema ta' verifika indipendenti, u r-riżultati ta’ tali verifika ulterjuri għandhom jiġu kkomunikati lill-awtorità kompetenti, jekk dan ikun mitlub.
|
|
ANNESS VI
|
ANNESS VI
Informazzjoni marbuta mal-prijoritajiet għal kooperazzjoni bejn
l-operaturi u s-sidien u l-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 19(7) Il-kwistjonijiet li għandhom jitqiesu biex jiġu stabbiliti l-prijoritajiet għall-iżvilupp ta' standards u gwida għandhom jagħtu effett prattiku għall-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar u l-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom. Il-kwistjonijiet għandhom jinkludu:
(a)
it-tijib tal-integrità tal-bir, it-tagħmir ta’ kontroll tal-bir u l-ilqugħ u l-monitoraġġ tal-effettività tagħhom;
(b)
it-titjib tal-konteniment primarju;
(c)
it-titjib tal-konteniment sekondarju li jirrestrinġi l-eskalazzjoni ta' aċċident kbir fil-bidu tiegħu, inklużi splużjonijiet ta' bjar;
(d)
teħid ta’ deċiżjonijiet affidabbli;
(e)
ġestjoni u s-superviżjoni ta' operazzjonijiet ta’ periklu kbir;
(f)
kompetenza ta' dawk f'karigi ewlenin;
(g)
ġestjoni effettiva tar-riskju;
(h)
valutazzjoni tal-affidabbiltà għas-sistemi kruċjali ambjentali u ta' sikurezza;
(i)
indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni;
(j)
integrazzjoni effettiva tas-sistemi ta' ġestjoni ambjentali u ta' sikurezza bejn l-operaturi u s-sidien u entitajiet oħrajn involuti f’operazzjonijiet taż-żejt u l-gass.
|
|
ANNESS VII
|
ANNESS VII
Informazzjoni li għandha tingħata fi pjanijiet ta' rispons għal emerġenza skont l-Artikolu 29
Pjanijiet esterni ta’ rispons għal emerġenza mħejjija skont l-Artikolu 29 għandhom jinkludu imma ma jkunux limitati għal:
(a)
l-ismijiet u l-karigi tal-persuni awtorizzati li jibdew proċeduri ta’ emerġenza, u tal-persuni awtorizzati biex imexxu r-rispons estern għal emerġenza;
(b)
l-arranġamenti biex tasal twissija bikrija ta’ aċċidenti kbar, u l-proċeduri assoċjati ta’ allert u rispons għal emerġenza;
(c)
arranġamenti għall-koordinazzjoni tar-riżorsi meħtieġa biex ikun implimentat il-pjan estern ta’ rispons għal emerġenza;
(d)
l-arranġamenti biex tingħata għajnuna lir-rispons intern għal emerġenza;
(e)
deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti ta' rispons estern għal emerġenza;
(f)
l-arranġamenti biex il-persuni u l-organizzazzjonijiet li jistgħu jkunu affettwati mill-aċċident kbir jingħataw informazzjoni u pariri xierqa marbuta miegħu;
(g)
arranġamenti għall-għoti ta’ informazzjoni lis-servizzi ta’ emerġenza ta’ Stati Membri oħra u l-Kummissjoni fil-każ ta’ aċċident kbir bil-possibbiltà ta’ konsegwenzi transkonfinali;
(h)
arranġamenti għall-mitigazzjoni tal-impatti negattivi fuq organiżmi selvaġġi kemm fuq il-kosta kif ukoll barra mill-kosta inklużi s-sitwazzjonijiet fejn annimali miksija biż-żejt jaslu sal-kosta qabel ma jasal it-tixrid taż-żejt attwali.
|
|
ANNESS VIII
|
ANNESS VIII
Dettalji li għandhom jiġu inklużi fit-tħejjija ta' pjanijiet esterni ta' rispons għal emerġenza skont l-Artikolu 29
1. L-awtorità jew awtoritajiet responsabbli għall-koordinazzjoni tar-rispons ta’ emerġenza għandhom jagħmlu disponibbli d-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a)
inventarju tat-tagħmir disponibbli, is-sjieda tiegħu, il-lokazzjoni, il-mezz ta' trasport għal u l-mod ta' użu fil-post tal-aċċident kbir;
(b)
deskrizzjoni tal-miżuri fis-seħħ biex ikun żgurat li t-tagħmir u l-proċeduri jinżammu f’kundizzjoni operabbli;
(c)
inventarju tat-tagħmir tal-industrija li jista’ jkun disponibbli f’emerġenza;
(d)
deskrizzjoni tal-arranġamenti ġenerali għar-rispons għal aċċidenti kbar, inklużi l-kompetenzi u r-responsabbiltajiet tal-partjiet involuti kollha u l-korpi responsabbli għaż-żamma ta' arranġamenti bħal dawn;
(e)
il-miżuri biex ikun żgurat li t-tagħmir, il-persunal u l-proċeduri huma disponibbli u aġġornati u li hemm biżżejjed membri ta' persunal imħarreġ disponibbli f’kull ħin;
(f)
evidenza ta’ valutazzjonijiet preċedenti ambjentali u dwar is-saħħa ta’ kwalunkwe sustanza kimika prevista għall-użu biex tferrex.
2. Pjanijiet esterni ta’ rispons għal emerġenza għandhom ifissru b’mod ċar ir-rwol tal-awtoritajiet, dawk li jwieġbu f’emerġenza, il-koordinaturi u suġġetti oħra attivi fir-rispons għal emerġenza, sabiex il-kooperazzjoni tkun żgurata fir-rispons għal aċċidenti kbar.
3. L-arranġamenti għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet għall-rispons għal aċċident kbir li potenzjalment ikun kbir wisq għal Stat Membru jew jaqbeż il-konfini tiegħu billi:
(a)
jikkondividi l-pjanijiet esterni ta' rispons għal emerġenza ma’ Stati Membri kontigwi u l-Kummissjoni;
(b)
il-ġabra fuq livell transkonfinali tal-inventarji ta’ assi tar-rispons, kemm dawk tal-industrija kif ukoll dawk b'sjieda pubblika u l-adattamenti kollha meħtieġa biex it-tagħmir u l-proċeduri jsiru kompatibbli bejn pajjiżi kontigwi u l-Istati Membri;
(c)
proċeduri biex ikun invokat il-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni;
(d)
l-arranġament ta' eżerċizzji transkonfinali ta' rispons estern għal emerġenza.
|
|
ANNEX IX
|
ANNEX IX
Sharing of information and transparency
1. The common data reporting format for major hazard indicators shall make it possible to compare information from competent authorities and to compare information from individual operators and owners.
2. The information to be shared by the competent authority and operators and owners shall include information relating to:
(a)
unintended release of oil, gas or other hazardous substances, whether or not ignited;
(b)
loss of well control requiring actuation of well control equipment, or failure of a well barrier requiring its replacement or repair;
(c)
failure of a safety and environmental critical element;
(d)
significant loss of structural integrity, or loss of protection against the effects of fire or explosion, or loss of station keeping in relation to a mobile installation;
(e)
vessels on collision course and actual vessel collisions with an offshore installation;
(f)
helicopter accidents, on or near offshore installations;
(h)
any serious injuries to 5 or more persons in the same accident;
(i)
any evacuation of personnel;
(j)
a major environmental incident.
3. The annual reports to be submitted by Member States pursuant to Article 25 shall contain as a minimum the following information:
(a)
the number, age and location of installations;
(b)
the number and type of inspections and investigations carried out, any enforcement actions or convictions;
(c)
incident data pursuant to the common reporting system required in Article 23;
(d)
any major change in the offshore regulatory framework;
(e)
the performance of offshore oil and gas operations in relation to prevention of major accidents and the limiting of consequences of major accidents that do occur.
4. The information referred to in point 2 shall consist of both factual information and analytical data regarding oil and gas operations, and shall be unambiguous. The information and data provided shall be such that the performance of individual operators and owners can be compared within the Member State and the performance of the industry as a whole can be compared between Member States.
5. The information collected and assembled referred to in point 2 shall enable Member States to provide advanced warning of potential deterioration of safety and environmentally critical barriers, and shall enable them to take preventive action. The information shall also demonstrate the overall effectiveness of measures and controls implemented by individual operators and owners, and industry as a whole, in particular to prevent major accidents and to minimise risks for the environment.
6. In order to meet the requirements of Article 24, a simplified format shall be developed to facilitate publication of relevant data pursuant to point 2 of this Annex and preparation of reports pursuant to Article 25 in a way that is easily accessible to the public and facilitates transboundary comparison of data.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0030
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|