ANNESS V
Mudell għall-Pjanijiet Soċjali għall-Klima msemmija fl-Artikolu 6(7)
|
Werrej
|
|
1.
|
ĦARSA ĠENERALI U PROĊESS BIEX JIĠI STABBILIT IL-PJAN SOĊJALI GĦALL-KLIMA
|
|
1.1.
|
Taqsira eżekuttiva
|
|
1.2.
|
Ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni attwali tal-politika
|
|
1.3.
|
Proċess ta’ konsultazzjoni pubblika
|
|
2.
|
DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI U L-INVESTIMENTI, L-OBJETTIVI INTERMEDJI U L-MIRI
|
|
2.1.
|
KOMPONENT [1][2]: [settur tal-bini][settur tat-trasport]
|
|
(i)
|
Deskrizzjoni tal-komponent
|
|
(ii)
|
Deskrizzjoni tal-miżuri u l-investimenti tal-komponent
|
|
(iii)
|
La tagħmilx ħsara sinifikanti
|
|
(iv)
|
Objettivi intermedji, miri u skeda ta’ żmien
|
|
(v)
|
Finanzjament u kostijiet
|
|
(vi)
|
Ġustifikazzjoni għall-entitajiet benefiċjarji għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli (jekk applikabbli)
|
|
(vii)
|
Kostijiet totali stmati tal-komponent
|
|
(viii)
|
Xenarju fil-każ ta’ bidu aktar tard tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet
|
|
2.2.
|
KOMPONENT [3]: appoġġ dirett għall-introjtu
|
|
(i)
|
Deskrizzjoni tal-komponent
|
|
(ii)
|
Deskrizzjoni tal-miżuri tal-komponent
|
|
(iii)
|
Objettivi intermedji u miri għal miżuri ta’ appoġġ dirett għall-introjtu
|
|
(iv)
|
Ġustifikazzjoni għall-miżuri
|
|
(v)
|
Kostijiet tal-miżuri
|
|
(vi)
|
Ġustifikazzjoni għall-entitajiet benefiċjarji għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli (jekk applikabbli)
|
|
(vii)
|
Il-kost stmat tal-Pjan għall-komponent tal-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju.
|
|
(viii)
|
Xenarju fil-każ ta’ bidu aktar tard tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet
|
|
2.3.
|
Assistenza teknika
|
|
2.4.
|
Trasferimenti għal programmi ta’ ġestjoni kondiviża
|
|
2.5.
|
Kostijiet
|
|
3.
|
ANALIŻI U IMPATT ĠENERALI
|
|
3.1.
|
Definizzjonijiet
|
|
3.2.
|
Impatt proġettat fuq gruppi vulnerabbli
|
|
3.3.
|
Impatt proġettat tal-miżuri u l-investimenti ppjanati
|
|
4.
|
KOMPLEMENTARJETÀ, ADDIZZJONALITÀ U IMPLIMENTAZZJONI TAL-PJAN
|
|
4.1.
|
Monitoraġġ u implimentazzjoni tal-Pjan
|
|
4.2.
|
Konsistenza ma’ inizjattivi oħra
|
|
4.3.
|
Komplementarjetà tal-finanzjament
|
|
4.4.
|
Addizzjonalità
|
|
4.5.
|
Speċifiċitajiet ġeografiċi
|
|
4.6.
|
Prevenzjoni tal-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitt ta’ interessi
|
|
4.7.
|
Informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità
|
1. ĦARSA ĠENERALI U PROĊESS BIEX JIĠI STABBILIT IL-PJAN SOĊJALI GĦALL-KLIMA
1.1. Taqsira eżekuttiva
Il-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika fl-Istat Membru b’enfasi partikolari fuq l-isfidi ewlenin mill-impatti soċjali tal-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mis-settur tal-bini u dak tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u kif il-Pjan ser iwieġeb għal dawn l-isfidi.
It-tabella ta’ ħarsa ġenerali li tiġbor fil-qosor l-objettivi ewlenin tal-Pjan, flimkien mal-kostijiet totali stmati tal-Pjan, inkluż il-kontribuzzjoni mill-Fond, il-kontribuzzjoni nazzjonali u r-riżorsi mill-programmi ta’ ġestjoni kondiviża li għandhom jiġu ttrasferiti lill-Fond, maqsuma fit-tliet oqsma ta’ intervent: miżuri u investimenti għas-settur tal-bini, għas-settur tat-trasport bit-triq, u miżuri għal appoġġ dirett għall-introjtu, abbażi tal-mudell ta’ hawn taħt:
|
Qasam ta’ intervent
|
Kostijiet totali (assoluti u % tal-finanzjament totali) skont is-sors ta’ finanzjament
|
Ħarsa ġenerali lejn il-miżuri u l-investimenti ewlenin ippjanati
|
Objettivi tal-miżuri u l-investimenti
|
Impatt tal-miżuri u l-investimenti
|
|
Tnaqqis fl-unitajiet domestiċi vulnerabbli u l-utenti tat-trasport vulnerabbli (unità: unitajiet domestiċi)
|
Tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2
|
|
Settur tal-bini
|
|
|
|
|
|
|
Settur tat-trasport bit-triq
|
|
|
|
|
|
|
Appoġġ dirett għall-introjtu temporanju
|
|
|
|
|
|
|
Assistenza teknika (Artikolu 8(3))
|
|
|
|
|
|
|
Kontribuzzjoni għall-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (Artikolu 11(3))
|
|
|
|
|
|
|
Kontribuzzjoni għall-kompartiment tal-Istati Membri f’InvestEU (Artikolu 11(3))
|
|
|
|
|
|
1.2. Ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni attwali tal-politika
Informazzjoni dwar il-politiki nazzjonali attwali dwar l-enerġija u l-klima, kif qed jiġu applikati fil-kuntest nazzjonali, b’enfasi partikolari fuq is-setturi tal-bini u tat-trasport u fir-rigward tal-gruppi l-aktar vulnerabbli.
1.3. Proċess ta’ konsultazzjoni
Taqsira tal-proċess ta’ konsultazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, kif implimentat f’konformità mal-qafas legali nazzjonali, għat-tħejjija u, fejn disponibbli, għall-implimentazzjoni tal-Pjan, li jkopri l-ambitu, it-tip, u ż-żmien tal-attivitajiet ta’ konsultazzjonijiet, kif ukoll kif il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati huma riflessi fil-Pjan.
2. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI U L-INVESTIMENTI, L-OBJETTIVI INTERMEDJI U L-MIRI
Informazzjoni għal kull komponent għat-tliet oqsma tal-Pjan separatament:
—
settur tat-trasport bit-triq;
—
appoġġ dirett għall-introjtu temporanju.
Komponent jista’ jinkludi diversi subkomponenti li jiffukaw fuq sfida jew ħtieġa speċifika. Kull komponent jew subkomponent jista’ jinkludi miżura jew investiment wieħed jew diversi marbutin mill-qrib jew dipendenti b’mod reċiproku.
2.1. KOMPONENT [1][2]: [settur tal-bini] [settur tat-trasport]
Informazzjoni dwar il-komponent:
(i) Deskrizzjoni tal-komponent
Kaxxa ta’ taqsira:
Kaxxa ta’ taqsira għall-Komponent [1][2] [settur tal-bini] [settur tat-trasport]
Qasam ta’ intervent: [settur tal-bini] [settur tat-trasport]
Objettiv:
Miżuri u investimenti:
Kostijiet totali stmati: EUR xx, li minnhom
Kostijiet mitluba biex jiġu koperti taħt il-Fond: EUR xx
Kostijiet li għandhom jiġu koperti mill-kontribuzzjoni nazzjonali: EUR xx
(ii) Deskrizzjoni tal-miżuri u l-investimenti tal-komponent
Deskrizzjoni dettaljata tal-komponent u l-miżuri u l-investimenti speċifiċi tiegħu, kif ukoll l-interkonnessjonijiet u s-sinerġiji tagħhom, li tkopri dan li ġej:
—
Analiżi ċara u bbażata fuq l-evidenza tal-isfidi eżistenti u kif dawn jiġu indirizzati mill-miżuri u l-investimenti;
—
In-natura, it-tip u d-daqs tal-miżura jew l-investiment, li jistgħu jinkludu miżuri ta’ appoġġ tekniku addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 11(4), filwaqt li jiġi indikat jekk hijiex miżura jew investiment ġdid jew eżistenti maħsuba li jiġu estiżi bl-appoġġ mill-Fond;
—
Informazzjoni dettaljata dwar l-objettiv tal-miżura jew l-investiment u dwar min u xiex huwa fil-mira tagħhom; spjegazzjoni ta’ kif il-miżura u l-investiment jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-kisba tal-objettivi tal-Fond fil-qafas ġenerali tal-politiki rilevanti ta’ Stat Membru, u kif dawn ser inaqqsu d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili;
—
Deskrizzjoni ta’ kif jiġu implimentati l-miżura jew l-investiment (mezzi ta’ implimentazzjoni), b’referenza għall-kapaċità amministrattiva tal-Istat Membru fil-livell ċentrali u, fejn rilevanti, dak reġjonali u lokali, bi spjegazzjoni dwar kif ir-riżorsi ser jiġu assorbiti fil-ħin u kif jiġu diretti lejn il-livelli subnazzjonali, jekk applikabbli;
—
Spjegazzjoni ta’ kif il-miżura jew l-investiment ser ikollhom l-għan li jindirizzaw l-inugwaljanza bejn il-ġeneri, jekk applikabbli;
—
L-iskeda ta’ żmien tal-miżura jew tal-investiment; għall-appoġġ li jikkonċerna vetturi b’emissjonijiet baxxi, skeda ta’ żmien għat-tnaqqis gradwali ta’ dak -appoġġ.
(iii) La tagħmilx ħsara sinifikanti
Informazzjoni dwar kif il-miżuri u l-investimenti inklużi fil-komponent jikkonformaw mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852. Il-Kummissjoni ser tipprovdi gwida teknika, skont l-Artikolu 6(5) ta’ dan ir-Regolament.
(iv) Objettivi intermedji, miri u skeda ta’ żmien
Informazzjoni dwar kull objettiv intermedju u mira li ser jirriflettu l-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri u l-investimenti ta’ dan il-komponent, kif ġej:
—
għaliex intgħażlu l-objettiv intermedju jew il-mira speċifiċi;
—
x’qed ikejlu l-objettiv intermedju jew il-mira;
—
kif ser jitkejjel, liema metodoloġija u sors ser jintużaw, u kif ser tiġi vverifikata b’mod oġġettiv il-kisba xierqa tal-objettiv intermedju jew il-mira;
—
x’inhi l-linja bażi (il-punt tat-tluq) u x’inhu l-livell jew il-punt speċifiku li għandu jintlaħaq;
—
sa meta ser jintlaħaq (kull tliet xhur u kull sena);
—
min u liema istituzzjoni ser ikunu inkarigati mill-implimentazzjoni, il-kejl u r-rappurtar.
Tabella li fiha l-objettivi intermedji, il-miri u l-iskeda ta’ żmien għall-komponenti bl-informazzjoni li ġejja:
|
Numru ta’ sekwenza
|
Isem tal-miżura/investiment
|
Objettiv intermedju jew Mira
|
Isem tal-objettiv intermedju/mira
|
Indikaturi kwalitattivi
(objettivi intermedji)
|
Indikaturi kwantitattivi (miri)
|
Skeda ta’ żmien għall-kisba
|
Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira
|
|
Unità ta’ kejl/investiment
|
Linja bażi
|
Għan
|
Trimestru
|
Sena
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(v) Finanzjament u kostijiet
Informazzjoni u spjegazzjoni dwar il-kost totali stmat tal-komponent u għal kull miżura u investiment, sostnut b’ġustifikazzjoni xierqa, inkluż:
—
Il-metodoloġija użata, is-suppożizzjonijiet sottostanti li saru (eż. dwar il-kostijiet unitarji, il-kostijiet tal-inputs) u l-ġustifikazzjoni għal dawn is-suppożizzjonijiet;
—
L-iskeda ta’ żmien komprensiva indikattiva li fiha dawn il-kostijiet mistennija li jiġġarrbu;
—
Informazzjoni dwar il-kontribuzzjoni nazzjonali għall-kostijiet totali tal-miżuri u l-investimenti;
—
Kwalunkwe informazzjoni dwar liema finanzjament minn strumenti oħra tal-Unjoni huwa jew jista’ jiġi previst relatat mal-istess komponent;
—
Kwalunkwe informazzjoni dwar il-finanzjament previst minn sorsi privati u liema livell ta’ ingranaġġ huwa mmirat, jekk rilevanti;
—
Ġustifikazzjoni dwar il-plawżibbiltà u r-raġonevolezza tal-kostijiet stmati, fejn meħtieġ, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali.
(vi) Ġustifikazzjoni għall-entitajiet benefiċjarji għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli (jekk applikabbli)
Jekk l-appoġġ mill-Fond jiġi pprovdut permezz ta’ entitajiet pubbliċi jew privati għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli, jew utenti tat-trasport vulnerabbli, spjegazzjoni ta’ liema miżuri jew investimenti dawk l-entitajiet ser iwettqu u kif dawk il-miżuri u l-investimenti fl-aħħar mill-aħħar ser ikunu għall-benefiċċju ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli;
Jekk l-appoġġ mill-Fond jiġi pprovdut permezz ta’ intermedjarji finanzjarji, deskrizzjoni tal-miżuri li l-Istat Membru jkun beħsiebu jadotta biex jiżgura li l-intermedjarji finanzjarji jgħaddu l-benefiċċju kollu lir-riċevituri finali.
(vii) Kostijiet totali stmati tal-komponent
Imla t-tabella dwar il-kost stmat tal-miżuri u l-investimenti inklużi fil-komponent, f’konformità mal-mudell pprovdut hawn taħt:
|
Numru ta’ Sekwenza
|
Miżura relatata (miżura jew investiment)
|
Perjodu taż-żmien rilevanti
|
Kostijiet stmati li għalihom qed jintalab finanzjament mill-Fond
|
|
Total mitlub
|
Jekk disponibbli: aqsam skont is-sena
|
|
Mid-data
|
Sad-data
|
Ammont (mn EUR)
|
2026
|
2027
|
2028
|
2029
|
2030
|
2031
|
2032
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(viii) Xenarju fil-każ ta’ bidu aktar tard tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet
Deskrizzjoni u kwantifikazzjoni tal-aġġustamenti meħtieġa għall-miżuri, l-investimenti, l-objettivi intermedji, il-miri, l-ammont tal-kontribuzzjoni nazzjonali u kwalunkwe element rilevanti ieħor tal-Pjan li jirriżulta mill-posponiment tal-bidu tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE f’konformità mal-Artikolu 30k ta’ dik id-Direttiva.
Verżjoni separata tal-kaxxa ta’ taqsira, it-tabella dwar l-objettivi intermedji, il-miri u l-iskeda ta’ żmien u t-tabella dwar il-kostijiet stmati.
2.2. KOMPONENT [3]: appoġġ dirett għall-introjtu
Informazzjoni dwar il-Komponent għall-appoġġ dirett għall-introjtu:
(i) Deskrizzjoni tal-komponent
Kaxxa ta’ taqsira:
Kaxxa ta’ taqsira għall-Komponent 3 - appoġġ dirett għall-introjtu
Qasam ta’ intervent: appoġġ dirett għall-introjtu
Objettiv:
Miżuri:
Kostijiet totali stmati: EUR xx, li minnhom
Kostijiet mitluba biex jiġu koperti taħt il-Fond: EUR xx
Kostijiet li għandhom jiġu koperti mill-kontribuzzjoni nazzjonali: EUR xx
(ii) Deskrizzjoni tal-miżuri tal-komponent
Deskrizzjoni dettaljata tal-komponent u l-miżuri speċifiċi tiegħu, kif ukoll l-interkonnessjonijiet u s-sinerġiji tagħhom, inkluż:
—
Analiżi ċara u bbażata fuq l-evidenza tal-isfidi eżistenti u kif dawn jiġu indirizzati mill-miżuri u l-objettivi tal-appoġġ;
—
In-natura, it-tip u d-daqs tal-appoġġ;
—
Informazzjoni dettaljata dwar ir-riċevituri finali tal-appoġġ u l-kriterji użati għall-identifikazzjoni tagħhom;
—
L-iskeda ta’ żmien għat-tnaqqis fl-appoġġ dirett għall-introjtu f’konformità mal-iskeda ta’ żmien tal-Fond, inkluż data ta’ tmiem konkreta għall-appoġġ;
—
Spjegazzjoni ta’ kif l-appoġġ ser ikollu l-għan li jindirizza l-inugwaljanza bejn il-ġeneri, jekk applikabbli;
—
Deskrizzjoni ta’ kif jiġi implimentat l-appoġġ;
—
Informazzjoni dwar il-kontribuzzjoni nazzjonali għall-kostijiet tal-miżuri.
(iii) Objettivi intermedji u miri għal miżuri ta’ appoġġ dirett għall-introjtu
Informazzjoni dwar kull objettiv intermedju u mira li ser jirriflettu l-progress fl-implimentazzjoni ta’ dan il-komponent, kif ġej:
—
għaliex intgħażlu l-objettiv intermedju jew il-mira speċifiċi;
—
x’qed ikejlu l-objettiv intermedju jew il-mira;
—
kif ser jitkejjel, liema metodoloġija u sors ser jintużaw, u kif ser tiġi vverifikata b’mod oġġettiv il-kisba xierqa tal-objettiv intermedju jew il-mira;
—
x’inhi l-linja bażi (il-punt tat-tluq) u x’inhu l-livell jew il-punt speċifiku li għandu jintlaħaq;
—
min u liema istituzzjoni ser ikunu inkarigati mill-implimentazzjoni, il-kejl u r-rappurtar.
Tabella li fiha l-objettivi intermedji, il-miri u l-iskeda ta’ żmien għall-miżuri ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju, il-mudell qed jiġi pprovdut hawn taħt:
|
Numru ta’ sekwenza
|
Miżura
|
Objettiv intermedju jew Mira
|
Isem tal-objettiv intermedju/mira
|
Indikaturi kwalitattivi
(objettivi intermedji)
|
Indikaturi kwantitattivi (miri)
|
Skeda ta’ żmien għall-kisba
|
Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira
|
|
Unità ta’ kejl
|
Linja bażi
|
Għan
|
Trimestru
|
Sena
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(iv) Ġustifikazzjoni għall-miżuri
Ġustifikazzjoni għall-ħtieġa ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 6(1) u 8(2):
—
Stima kwantitattiva u spjegazzjoni kwalitattiva ta’ kif il-miżuri fil-Pjan huma mistennija li jnaqqsu l-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport u l-vulnerabbiltà tal-unitajiet domestiċi u tal-utenti tat-trasport għal żieda fil-prezzijiet tat-trasport bit-triq u tal-fjuwil għat-tisħin;
—
Ġustifikazzjoni dwar l-iskeda ta’ żmien proposta tal-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju li jkun qed jonqos u l-kondizzjonijiet meta dan ma jibqax japplika;
—
Deskrizzjoni ta’ kif il-gruppi ta’ riċevituri ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju huma fil-mira wkoll ta’ miżuri u investimenti strutturali biex jitneħħew b’mod effettiv mill-faqar enerġetiku u mill-faqar tat-trasport, u deskrizzjoni tal-komplementarjetà tal-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju ma’ miżuri u investimenti strutturali biex jiġu appoġġati unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli.
(v) Kostijiet tal-miżuri
Informazzjoni dwar il-kostijiet totali stmati tal-komponent, sostnut b’ġustifikazzjoni xierqa, inkluż:
—
Il-metodoloġija użata, is-suppożizzjonijiet sottostanti li saru u l-ġustifikazzjoni għal dawn is-suppożizzjonijiet;
—
Id-data komparattiva tal-kostijiet dwar il-kost reali, jekk ikunu twettqu miżuri ta’ appoġġ simili fil-passat;
—
Kwalunkwe informazzjoni dwar liema finanzjament minn strumenti oħra tal-Unjoni huwa jew jista’ jiġi previst relatat mal-istess appoġġ;
—
Ġustifikazzjoni dettaljata xierqa dwar il-plawżibbiltà u r-raġonevolezza tal-kostijiet stmati, inkluż kwalunkwe data jew evidenza użata annessa mal-Pjan.
(vi) Ġustifikazzjoni għall-entitajiet benefiċjarji għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli (jekk applikabbli)
Jekk l-appoġġ mill-Fond jiġi pprovdut permezz ta’ entitajiet pubbliċi jew privati għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli jew utenti tat-trasport vulnerabbli, spjegazzjoni ta’ x’tip ta’ miżuri ser iwettqu dawk l-entitajiet u kif dawk il-miżuri fl-aħħar mill-aħħar ser ikunu għall-benefiċċju ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli jew utenti tat-trasport vulnerabbli.
Jekk l-appoġġ mill-Fond jiġi pprovdut permezz ta’ intermedjarji finanzjarji, deskrizzjoni tal-miżuri li l-Istat Membru jkun beħsiebu jadotta biex jiżgura li l-intermedjarji finanzjarji jgħaddu l-benefiċċju kollu lir-riċevituri finali.
(vii) Il-kost stmat tal-Pjan għall-komponent tal-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju.
Imla t-tabella dwar il-kost stmat tal-appoġġ inkluż fil-komponent, il-mudell huwa pprovdut hawn taħt:
|
Numru ta’ sekwenza
|
Tip ta’ appoġġ
|
Perjodu taż-żmien rilevanti
|
Kostijiet stmati li għalihom qed jintalab finanzjament mill-Fond
|
|
Total mitlub
|
Jekk disponibbli: aqsam skont is-sena
|
|
Mid-data
|
Sad-data
|
Ammont (mn EUR)
|
2026
|
2027
|
2028
|
2029
|
2030
|
2031
|
2032
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(viii) Xenarju fil-każ ta’ bidu aktar tard tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet
Deskrizzjoni u kwantifikazzjoni tal-aġġustamenti meħtieġa għall-miżuri, l-investimenti, l-objettivi intermedji, il-miri, l-ammont tal-kontribuzzjoni nazzjonali u kwalunkwe element rilevanti ieħor tal-Pjan li jirriżulta mill-posponiment tal-bidu tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE f’konformità mal-Artikolu 30k ta’ dik id-Direttiva.
Verżjoni separata tal-kaxxa ta’ taqsira, it-tabella dwar l-objettivi intermedji, il-miri u l-iskeda ta’ żmien u t-tabella dwar il-kostijiet stmati.
2.3. Assistenza teknika
Deskrizzjoni tal-azzjonijiet ta’ assistenza teknika li ser jiġu inklużi għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-miżuri u l-investimenti stipulati fil-Pjan, f’konformità mal-Artikolu 8(3), inkluż:
—
in-natura, it-tip u d-daqs tal-azzjonijiet ta’ assistenza teknika;
—
il-kost stmat tal-azzjonijiet ta’ assistenza teknika.
2.4. Trasferimenti għal programmi ta’ ġestjoni kondiviża
Jekk ir-riżorsi jkunu maħsuba biex jiġu ttrasferiti mill-Fond għal fondi taħt ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 11(2), indikazzjoni ta’ lejn liema programmi ser jiġu ttrasferiti dawn ir-riżorsi u taħt liema skeda ta’ żmien, u indikazzjoni ta’ kif il-miżuri u l-investimenti li għandhom jiġu implimentati taħt dawk il-programmi jikkonformaw mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3, inkluż jekk jaqgħux taħt il-miżuri u l-investimenti stipulati fl-Artikolu 8.
2.5. Kostijiet totali stmati tal-Pjan
Il-kostijiet totali stmati tal-Pjan, inkluż kwalunkwe ammont li jsir disponibbli għal appoġġ tekniku addizzjonali skont l-Artikolu 11(4) ta’ dan ir-Regolament, l-ammont tal-kontribuzzjoni fi flus għall-fini tal-kompartiment tal-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/523 u kwalunkwe ammont disponibbli għal assistenza teknika addizzjonali skont l-Artikolu 8(3) ta’ dan ir-Regolament.
Indikazzjoni tal-kontribuzzjoni nazzjonali għall-kostijiet totali tal-pjan tiegħu inkluż indikazzjoni ta’ kwalunkwe riżorsa maħsuba biex tiġi ttrasferita lill-Fond mill-programmi ta’ ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe riżorsa maħsuba biex tiġi ttrasferita mill-Fond għal programmi ta’ ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-Regolament.
Deskrizzjoni ta’ kif il-kostijiet huma konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u proporzjonati mal-impatt mistenni tal-Pjan.
Imla t-tabella li tiġbor fil-qosor il-kost tal-Fond skont is-sors tal-finanzjament, il-mudell huwa pprovdut hawn taħt:
|
Kostijiet totali tal-Pjan Soċjali għall-Klima
|
Każ bażi
|
Fil-każ tal-Artikolu 30k tad-Direttiva 2003/87/KE
|
|
KOSTIJIET TOTALI STMATI TAL-PJAN,
li minnhom
|
EUR XXX
|
EUR XXX
|
|
Koperti mill-Fond
|
EUR XXX
|
EUR XXX
|
|
Kontribuzzjoni nazzjonali
|
EUR XXX
|
EUR XXX
|
|
Trasferimenti minn programmi ta’ ġestjoni kondiviża
|
EUR XXX
|
EUR XXX
|
|
(Trasferimenti għal programmi ta’ ġestjoni kondiviża)
|
-EUR XXX
|
-EUR XXX
|
3. ANALIŻI U IMPATT ĠENERALI
3.1. Definizzjonijiet
Spjegazzjoni ta’ kif id-definizzjonijiet tal-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport għandhom jiġu applikati fil-livell nazzjonali.
3.2. Impatt proġettat fuq gruppi vulnerabbli
Stima tal-effetti probabbli taż-żieda fil-prezzijiet li jirriżultaw mis-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE fuq unitajiet domestiċi, u b’mod partikolari dwar l-inċidenza tal-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport, u fuq il-mikrointrapriża, li tinkludi b’mod partikolari, stima tal-għadd ta’, u l-identifikazzjoni ta’, unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli. Dawn l-effetti għandhom jiġu analizzati fil-livell territorjali xieraq kif stabbilit minn kull Stat Membru, filwaqt li jitqiesu speċifiċitajiet u elementi nazzjonali bħall-aċċess għat-trasport pubbliku u għal servizzi bażiċi u jiġu identifikati ż-żoni l-aktar affettwati.
Deskrizzjoni tal-metodoloġija użata fl-istimi, filwaqt li jiġi żgurat li l-istimi jiġu kkalkulati b’livell suffiċjenti ta’ diżaggregazzjoni reġjonali.
3.3. Impatt proġettat tal-miżuri u l-investimenti ppjanati
Stima tal-impatti proġettati tal-miżuri u l-investimenti ppjanati fit-Taqsima 2 dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, il-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport, meta mqabbla mal-linja bażi deskritta hawn fuq.
Deskrizzjoni tal-metodoloġija użata fl-istimi.
Tabelli kwalitattivi u kwantitattivi dwar l-impatt tal-Pjan, il-mudell huwa pprovdut hawn taħt:
|
Komponent
|
Deskrizzjoni tal-impatti mistennija tal-komponent fuq:
(inkluż l-indikaturi kwantitattivi rilevanti)
|
|
Effiċjenza enerġetika
|
Rinnovazzjoni tal-bini
|
Mobbiltà u t-trasport b’emissjonijiet żero u baxxi
|
Tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra
|
Tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli u l-utenti tat-trasport vulnerabbli (unità: unitajiet domestiċi)
|
|
Pjan ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
Settur tal-bini
|
|
|
|
|
|
|
Settur tat-trasport bit-triq
|
|
|
|
|
|
|
Komponent
|
Kwantifikazzjoni tal-impatt (jekk disponibbli)
jiġifieri d-differenza % minn linja bażi newtrali għall-politika
|
|
Terminu qasir (tliet snin bil-quddiem)
|
Terminu medju (tmiem il-pjan)
|
|
Emissjonijiet ta’ gassijiet serra
|
Unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku
|
Unitajiet domestiċi f’faqar tat-trasport
|
Emissjonijiet ta’ gassijiet serra
|
Unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku
|
Unitajiet domestiċi f’faqar tat-trasport
|
|
Pjan ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
Settur tal-bini
|
|
|
|
|
|
|
|
Settur tat-trasport bit-triq
|
|
|
|
|
|
|
Tabella kwalitattiva u kwantitattiva dwar l-impatt mistenni tal-miżuri ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju fuq it-tnaqqis tal-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli kif ukoll unitajiet domestiċi f’sitwazzjoni ta’ faqar enerġetiku u ta’ faqar tat-trasport, il-mudell huwa pprovdut hawn taħt:
|
Komponent: appoġġ dirett għall-introjtu
|
|
Tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli u l-utenti tat-trasport vulnerabbli
|
Deskrizzjoni tal-impatti mistennija
|
|
Stima tal-impatti mistennija; unità: unitajiet domestiċi
|
|
Tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’sitwazzjoni ta’ faqar enerġetiku u faqar tat-trasport
|
Deskrizzjoni tal-impatti mistennija
|
|
Stima tal-impatti mistennija; unità: unitajiet domestiċi
|
4. KOMPLEMENTARJETÀ, ADDIZZJONALITÀ U IMPLIMENTAZZJONI TAL-PJAN
Din il-parti tikkonċerna l-Pjan kollu. Id-diversi kriterji msemmija hawn taħt jeħtieġ li jiġu ġġustifikati għall-Pjan kollu kemm hu.
4.1. Monitoraġġ u implimentazzjoni tal-Pjan
Spjegazzjoni dwar kif l-Istat Membru biħsiebu jimplimenta l-miżuri u l-investimenti proposti, b’enfasi fuq l-arranġamenti u l-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni inkluż, fejn rilevanti, il-miżuri meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 21.
4.2. Konsistenza ma’ inizjattivi oħra
Spjegazzjoni dwar kif il-Pjan huwa konsistenti mal-informazzjoni inkluża u l-impenji meħuda mill-Istat Membru skont pjanijiet u fondi rilevanti oħra, u l-interazzjoni bejn il-pjanijiet differenti fil-futur, kif stipulat fl-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 16(3), il-punt (b) (iii).
4.3. Komplementarjetà tal-finanzjament
Informazzjoni dwar il-finanzjament eżistenti jew ippjanat ta’ miżuri u investimenti minn sorsi oħra tal-Unjoni, internazzjonali, pubbliċi, jew, fejn rilevanti, privati, li jikkontribwixxu għall-miżuri u investimenti li jinsabu fil-Pjan, inkluż dwar appoġġ dirett għall-introjtu temporanju, skont l-Artikolu 6(1), il-punt (c).
4.4. Addizzjonalità
Spjegazzjoni u ġustifikazzjoni ta’ kif il-miżuri jew l-investimenti ġodda jew eżistenti huma addizzjonali u ma jissostitwixxux in-nefqa baġitarja nazzjonali rikorrenti, skont l-Artikolu 13(2), inkluż tali spjegazzjoni u ġustifikazzjoni fir-rigward tal-miżuri u l-investimenti inklużi fil-Pjan f’konformità mal-Artikolu 4(5).
4.5. Speċifiċitajiet ġeografiċi
Spjegazzjoni ta’ kif l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi, bħall-gżejjer, ir-reġjuni u t-territorji ultraperiferiċi, iż-żoni rurali jew remoti, il-periferiji inqas aċċessibbli, żoni muntanjużi jew żoni li għadhom lura, ġew ikkunsidrati mill-Pjan.
4.6. Prevenzjoni tal-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitt ta’ interessi
Sistema għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitt ta’ interessi, meta jintużaw il-fondi pprovduti taħt il-Fond, u l-arranġamenti li għandhom l-għan li jevitaw finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħra tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 21 u l-Anness III, inkluż fondi mogħtija permezz ta’ entitajiet pubbliċi jew privati għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli f’konformità mal-Artikolu 9.
4.7. Informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità
Il-konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23 li jirreferu għal aċċess pubbliku għad-data, filwaqt li jiġi indikat is-sit web li fih ser tiġi ppubblikata d-data, kif ukoll il-miżuri ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u viżibbiltà.
Deskrizzjoni tal-istrateġija nazzjonali ta’ komunikazzjoni maħsuba biex tiżgura s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-finanzjament mill-Unjoni.