+REGOLAMENT (UE) 2023/1804 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
------+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Miri għall-infrastruttura tal-irriċarġjar intiża għall-vetturi elettriċi ħfief
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
------+Artikolu 3 4.
------+Artikolu 3 5.
------+Artikolu 3 6.
------+Artikolu 3 7.
------+Artikolu 3 8.
------+Artikolu 3 9.
------+Artikolu 3 10.
------+Artikolu 3 11.
---+Artikolu 4 Miri għall-infrastruttura tal-irriċarġjar intiża għall-vetturi elettriċi tqal
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
------+Artikolu 4 6.
------+Artikolu 4 7.
------+Artikolu 4 8.
------+Artikolu 4 9.
---+Artikolu 5 Infrastruttura tal-irriċarġjar
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
------+Artikolu 5 6.
------+Artikolu 5 7.
------+Artikolu 5 8.
------+Artikolu 5 9.
------+Artikolu 5 10.
------+Artikolu 5 11.
---+Artikolu 6 Miri għall-infrastruttura tar-riforniment tal-idroġenu tal-vetturi tat-triq
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
------+Artikolu 6 4.
------+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 7 Infrastruttura tar-riforniment tal-idroġenu
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
------+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 8 Infrastruttura għall-metan likwifikat għall-vetturi tat-trasport bit-triq
---+Artikolu 9 Miri għall-provvista tal-elettriku mix-xatt fil-portijiet marittimi
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 10 Miri għall-provvista tal-elettriku mix-xatt fil-portijiet ta’ passaġġi fuq l-ilma interni
---+Artikolu 11 Miri għall-provvista tal-metan likwifikat fil-portijiet marittimi
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 12 Miri għall-provvista tal-elettriku lil inġenji tal-ajru stazzjonarji
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
------+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 13 Infrastruttura ferrovjarja
---+Artikolu 14 Oqfsa ta’ politika nazzjonali
------+Artikolu 14 1.
------+Artikolu 14 2.
------+Artikolu 14 3.
------+Artikolu 14 4.
------+Artikolu 14 5.
------+Artikolu 14 6.
------+Artikolu 14 7.
------+Artikolu 14 8.
------+Artikolu 14 9.
------+Artikolu 14 10.
------+Artikolu 14 11.
---+Artikolu 15 Rappurtar nazzjonali
------+Artikolu 15 1.
------+Artikolu 15 2.
------+Artikolu 15 3.
------+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 16 Il-kontenut, l-istruttura u l-format tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali u r-rapporti nazzjonali dwar il-progress
---+Artikolu 17 Rieżami tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali u r-rapporti nazzjonali dwar il-progress
------+Artikolu 17 1.
------+Artikolu 17 2.
------+Artikolu 17 3.
------+Artikolu 17 4.
------+Artikolu 17 5.
------+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 18 Segwiment tal-progress
------+Artikolu 18 1.
------+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 19 Informazzjoni għall-utent
------+Artikolu 19 1.
------+Artikolu 19 2.
------+Artikolu 19 3.
------+Artikolu 19 4.
------+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 20 Dispożizzjonijiet dwar id-data
------+Artikolu 20 1.
------+Artikolu 20 2.
------+Artikolu 20 3.
------+Artikolu 20 4.
------+Artikolu 20 5.
------+Artikolu 20 6.
------+Artikolu 20 7.
------+Artikolu 20 8.
---+Artikolu 21 Speċifikazzjonijiet tekniċi komuni
------+Artikolu 21 1.
------+Artikolu 21 2.
------+Artikolu 21 3.
------+Artikolu 21 4.
------+Artikolu 21 5.
------+Artikolu 21 6.
---+Artikolu 22 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 22 1.
------+Artikolu 22 2.
------+Artikolu 22 3.
------+Artikolu 22 4.
------+Artikolu 22 5.
------+Artikolu 22 6.
---+Artikolu 23 Proċedura ta’ kumitat
------+Artikolu 23 1.
------+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 24 Rappurtar u rieżami
------+Artikolu 24 1.
------+Artikolu 24 2.
------+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 25 Tħassir
------+Artikolu 25 1.
------+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 26 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
---+ANNESS I Rappurtar
---+ANNESS II Speċifikazzjonijiet tekniċi
---+ANNESS III Rekwiżiti ta’ rappurtar dwar il-varar tal-vetturi elettriċi u l-infrastruttura tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku
---+ANNESS IV Tabella ta’ korrelazzjoni
|
English -
European Union -
Environment -
REGOLAMENT (UE) 2023/1804 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT (UE) 2023/1804 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Settembru 2023
dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett
|
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“aċċessibbiltà tad-data” tfisser il-possibbiltà li tintalab u tinkiseb data fi kwalunkwe ħin f’format li jinqara mill-magni;
(2)
“prezz ad hoc” tfisser il-prezz iċċarġjat minll-operatur ta’ punt tal-irriċarġjar jew tar-riforniment lil utent finali għall-irriċarġjar jew għar-riforniment fuq bażi ad hoc;
(3)
“tul in-network tat-toroq TEN-T” tfisser:
(a)
fir-rigward tal-istazzjonijiet tal-irriċarġjar elettriku: li jkunu jinsabu fuq in-network tat-toroq TEN-T jew f’distanza ta’ sewqan ta’ 3 km mill-eqreb exit ta’ triq TEN-T; u
(b)
fir-rigward tal-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu: li jkunu jinsabu fuq in-network tat-toroq TEN-T jew f’distanza ta’ sewqan ta’ 10 km mill-eqreb exit ta’ triq TEN-T;
(4)
“fjuwils alternattivi” tfisser fjuwils jew sorsi tal-enerġija li jservu, tal-inqas parzjalment, bħala sostitut għas-sorsi taż-żejt fossili fl-enerġija li tintuża għat-trasport u li għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tiegħu u jsaħħu l-prestazzjoni ambjentali tas-settur tat-trasport, inklużi:
(a)
“fjuwils alternattivi għal vetturi, ferroviji, bastimenti jew inġenji tal-ajru b’emissjonijiet żero”:
(b)
“fjuwils rinnovabbli”:
—
fjuwils tal-bijomassa, inkluż il-bijogass, u bijofjuwils kif definiti fl-Artikolu 2, il-punti (27), (28) u (33), rispettivament, tad-Direttiva (UE) 2018/2001,
—
fjuwils sintetiċi u paraffiniċi, inkluża l-ammonijaka, prodotti minn enerġija rinnovabbli,
(c)
“fjuwils alternattivi mhux rinnovabbli u fjuwils fossili tranżizzjonali”
—
gass naturali f’forma gassuża (gass naturali kkompressat (CNG)) u f’forma likwifikata (gass naturali likwifikat (LNG)),
—
gass likwifikat miż-żejt (LPG),
—
fjuwils sintetiċi u paraffiniċi prodotti minn enerġija mhux rinnovabbli;
(5)
“stand ta’ kuntatt għall-inġenji tal-ajru” tfisser stand f’żona ddeżinjata tar-rampa tal-ajruport mgħammra b’pont tal-imbark tal-passiġġieri;
(6)
“stand remota għall-inġenji tal-ajru” tfisser stand f’żona ddeżinjata tar-rampa tal-ajruport li ma tkunx mgħammra b’pont tal-imbark tal-passiġġieri;
(7)
“ajruport tan-network ewlieni TEN-T jew ajruport tan-network komprensiv TEN-T” tfisser ajruport kif elenkat u kkategorizzat fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
(8)
“awtentikazzjoni awtomatika” tfisser l-awtentikazzjoni ta’ vettura f’punt tal-irriċarġjar permezz tal-konnettur tal-irriċarġjar jew tat-telematika;
(9)
“disponibbiltà tad-data” tfisser l-eżistenza ta’ data f’format diġitali li jinqara mill-magni;
(10)
“vettura elettrika bil-batterija” tfisser vettura elettrika li taħdem esklużivament bil-mutur elettriku, mingħajr ebda sors sekondarju ta’ propulsjoni;
(11)
“irriċarġjar bidirezzjonali” tfisser operazzjoni tal-irriċarġjar intelliġenti fejn id-direzzjoni tal-fluss tal-elettriku tista’ tinqaleb, u b’hekk l-elettriku jkun jista’ jgħaddi mill-batterija għall-punt tal-irriċarġjar li miegħu tkun konnessa;
(12)
“konnettur” tfisser l-interfaċċa fiżika bejn il-punt tal-irriċarġjar jew tar-riforniment u l-vettura li permezz tagħha jiġu skambjati l-fjuwil jew l-enerġija elettrika;
(13)
“trasport kummerċjali bl-ajru” tfisser “trasport kummerċjali bl-ajru” kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (24), tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
);
(14)
“vapur tal-kontejners” tfisser vapur iddisinjat esklużivament għall-ġarr ta’ kontejners fl-istivi jew fuq il-gverta;
(15)
“pagament abbażi ta’ kuntratt” tfisser pagament għal servizz tal-irriċarġjar jew tar-riforniment mill-utent finali lil fornitur ta’ servizz ta’ mobbiltà abbażi ta’ kuntratt konkluż bejn dak l-utent finali u dak il-fornitur ta’ servizz ta’ mobbiltà;
(16)
“utent tad-data” tfisser kwalunkwe awtorità pubblika, awtorità tat-toroq, operatur tat-toroq, operatur tal-punti tal-irriċarġjar u tar-riforniment, organizzazzjoni tar-riċerka jew mhux governattiva, fornitur ta’ servizz ta’ mobbiltà, pjattaforma tar-roaming elettroniku, fornitur tal-mapep diġitali jew kwalunkwe entità oħra interessata fl-użu tad-data biex tipprovdi informazzjoni, toħloq servizzi jew twettaq riċerka jew analiżi dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi;
(17)
“punt tal-irriċarġjar konness b’mod diġitali” tfisser punt tal-irriċarġjar li jista’ jibgħat u jirċievi informazzjoni f’ħin reali, jikkomunika b’mod bidirezzjonali mal-grilja elettrika u mal-vettura elettrika, u li jista’ jiġi mmonitorjat u kkontrollat b’mod remot, inkluż sabiex tinbeda u titwaqqaf is-sessjoni tal-irriċarġjar u jitkejlu l-flussi tal-elettriku;
(18)
“operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” tfisser “operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (29), tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(19)
“distributur” tfisser “distributur” kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (43), tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
);
(20)
“data dinamika” tfisser data li tinbidel spiss jew fuq bażi regolari;
(21)
“sistema ta’ triq elettrika” tfisser installazzjoni fiżika tul triq għat-trasferiment tal-elettriku għal vettura elettrika waqt li l-vettura tkun miexja;
(22)
“vettura elettrika” tfisser vettura bil-mutur mgħammra b’sistema tal-motopropulsjoni li jkun fiha tal-inqas magna elettrika mhux periferali waħda bħala konvertitur tal-enerġija b’sistema ta’ ħżin tal-enerġija elettrika rikarikabbli, li tista’ tiġi rriċarġjata esternament;
(23)
“provvista tal-elettriku lil inġenju tal-ajru stazzjonarju” tfisser il-provvista tal-elettriku permezz ta’ interfaċċa fissa jew mobbli standardizzata lil inġenju tal-ajru meta jkun stazzjonat fi stand ta’ kuntatt għall-inġenji tal-ajru jew fi stand remota għall-inġenji tal-ajru;
(24)
“utent finali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri fjuwil alternattiv għall-użu dirett f’vettura;
(25)
“roaming elettroniku” tfisser l-iskambju ta’ data u pagamenti bejn l-operatur ta’ punt tal-irriċarġjar jew tar-riforniment u fornitur ta’ servizz ta’ mobbiltà li mingħandu utent finali jixtri servizz tal-irriċarġjar jew tar-riforniment;
(26)
“pjattaforma tar-roaming elettroniku” tfisser pjattaforma li tgħaqqad flimkien lill-atturi tas-suq, b’mod partikolari l-fornituri ta’ servizzi ta’ mobbiltà u l-operaturi ta’ punti tal-irriċarġjar jew tar-riforniment, biex tippermetti l-forniment ta’ servizzi bejniethom, inkluż ir-roaming elettroniku;
(27)
“standard Ewropew” tfisser “standard Ewropew” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1)(b), tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;
(28)
“avjazzjoni ġenerali” tfisser l-operazzjonijiet kollha tal-avjazzjoni ċivili minbarra s-servizzi tal-ajru skedati u l-operazzjonijiet tat-trasport bl-ajru mhux skedati għal remunerazzjoni jew kiri;
(29)
“tunnellaġġ gross” (GT) tfisser “tunnellaġġ gross” kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
);
(30)
“vettura tqila” tfisser vettura bil-mutur tal-Kategorija M2 kif deskritta fl-Artikolu 4(1), il-punt (a)(ii), vettura bil-mutur tal-Kategorija M3 kif deskritta fl-Artikolu 4(1), il-punt (a)(iii), vettura bil-mutur tal-Kategorija N2 kif deskritta fl-Artikolu 4(1), il-punt (b)(ii) jew vettura bil-mutur tal-Kategorija N3 kif deskritta fl-Artikolu 4(1), il-punt (b)(iii), tar-Regolament (UE) 2018/858;
(31)
“punt tal-irriċarġjar b’potenza għolja” tfisser punt tal-irriċarġjar b’potenza tal-output ta’ aktar minn 22 kW għat-trasferiment tal-elettriku lil vettura elettrika;
(32)
“inġenju ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri” tfisser “inġenju ta’ veloċità għolja” kif definit fir-Regolament 1 tal-Kapitolu X tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, 1974 (SOLAS 74), li jġorr iżjed minn 12-il passiġġier;
(33)
“vettura ħafifa” tfisser vettura bil-mutur tal-Kategorija M1 kif deskritta fl-Artikolu 4(1), il-punt (a)(i) jew vettura bil-mutur tal-Kategorija N1 kif deskritta fl-Artikolu 4(1), il-punt (b)(i), tar-Regolament (UE) 2018/858;
(34)
“metan likwifikat” tfisser LNG, bijogass likwifikat jew metan likwifikat sintetiku, inklużi taħlitiet ta’ dawk il-fjuwils;
(35)
“manifattur” tfisser “manifattur” kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (40), tar-Regolament (UE) 2018/858;
(36)
“fornitur ta’ servizz ta’ mobbiltà” tfisser persuna ġuridika li tipprovdi servizzi għal remunerazzjoni lil utent finali, inkluż il-bejgħ ta’ servizzi tal-irriċarġjar jew tal-irriċarġjar;
(37)
“punt tal-irriċarġjar b’potenza normali” tfisser punt tal-irriċarġjar b’potenza tal-output ta’ 22 kW jew inqas għat-trasferiment tal-elettriku lil vettura elettrika;
(38)
“Punt ta’ Aċċess Nazzjonali” tfisser interfaċċa diġitali stabbilita minn Stat Membru li tikkostitwixxi punt ta’ aċċess uniku għad-data;
(39)
“operatur ta’ punt tal-irriċarġjar” tfisser l-entità li hija responsabbli għall-ġestjoni u l-operazzjoni ta’ punt tal-irriċarġjar u li tipprovdi servizz tal-irriċarġjar lill-utenti finali, inkluż f’isem u fl-interess ta’ fornitur ta’ servizz ta’ mobbiltà;
(40)
“operatur ta’ punt tar-riforniment” tfisser l-entità responsabbli għall-ġestjoni u l-operazzjoni ta’ punt tar-riforniment li jipprovdi servizz tar-riforniment lill-utenti finali, inkluż f’isem u fl-interess ta’ fornitur ta’ servizz ta’ mobbiltà;
(41)
“vapur tal-passiġġieri” tfisser vapur li jġorr aktar minn 12-il passiġġier, inklużi vapuri tal-kruċieri, inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri u vapuri ro-ro tal-passiġġieri;
(42)
“servizz ta’ pagament” tfisser “servizz ta’ pagament” kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (3), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
);
(43)
“vettura ibrida plug-in” tfisser vettura elettrika b’magna tal-kombustjoni konvenzjonali kkombinata ma’ sistema ta’ propulsjoni elettrika li tista’ tiġi rriċarġjata minn sors estern tal-enerġija elettrika;
(44)
“potenza tal-output” tfisser il-potenza massima teoretika, espressa f’kW, li tista’ tiġi fornuta minn punt, stazzjon jew grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, jew minn installazzjoni tal-provvista tal-elettriku mix-xatt lil vetturi jew bastimenti konnessi ma’ dak il-punt, stazzjon, grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar jew mal-installazzjoni;
(45)
“infrastruttura tal-fjuwils alternattivi aċċessibbli għall-pubbliku”, tfisser infrastruttura tal-fjuwils alternattivi li tkun tinsab f’sit jew bini li jkun miftuħ għall-pubbliku ġenerali, irrispettivament minn jekk l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi tkunx tinsab fuq proprjetà pubblika jew privata, jekk ikunux japplikaw limitazzjonijiet jew kundizzjonijiet f’termini tal-aċċess għas-sit jew għall-bini u irrispettivament mill-kundizzjonijiet tal-użu applikabbli tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi;
(46)
“kodiċi ta’ Rispons Rapidu” (kodiċi QR) tfisser ikkowdjar u viżwalizzazzjoni tad-data konformi ma’ ISO/IEC 18004:2015;
(47)
“irriċarġjar fuq bażi ad hoc” tfisser servizz tal-irriċarġjar mixtri minn utent finali mingħajr il-ħtieġa li dak l-utent finali jirreġistra, jikkonkludi ftehim bil-miktub jew jidħol f’relazzjoni kummerċjali mal-operatur ta’ dak il-punt tal-irriċarġjar li tmur lil hinn mis-sempliċi xiri tas-servizz tal-irriċarġjar;
(48)
“punt tal-irriċarġjar” tfisser interfaċċa fissa jew mobbli, on-grid jew off-grid għat-trasferiment tal-elettriku lil vettura elettrika li, għalkemm jista’ jkollha konnettur wieħed jew aktar biex takkomoda tipi differenti ta’ konnetturi, tkun kapaċi tirriċarġja vettura elettrika waħda biss fl-istess ħin, u li teskludi apparati b’potenza tal-output ta’ 3,7 kW jew inqas li l-għan primarju tagħhom ma jkunx l-irriċarġjar ta’ vetturi elettriċi;
(49)
“punt, stazzjon jew grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar intiżi għall-vetturi ħfief” tfisser punt, stazzjon jew grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar maħsuba għall-irriċarġjar ta’ vetturi ħfief, minħabba d-disinn speċifiku tal-konnetturi/tal-plugs inkella minħabba d-disinn tal-ispazju ta’ parkeġġ maġenb il-punt, l-istazzjon jew il-grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, jew minħabba t-tnejn li huma;
(50)
“punt, stazzjon jew grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar maħsuba għall-vetturi tqal” tfisser punt, stazzjon jew grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar maħsuba għall-irriċarġjar ta’ vetturi tqal, jew minħabba d-disinn speċifiku tal-konnetturi/tal-plugs inkella minħabba d-disinn tal-ispazju ta’ parkeġġ maġenb il-punt, l-istazzjon jew il-grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, jew minħabba t-tnejn li huma;
(51)
“grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar” tfisser stazzjon tal-irriċarġjar wieħed jew aktar f’post speċifiku;
(52)
“stazzjon tal-irriċarġjar” tfisser installazzjoni fiżika f’post speċifiku, li tikkonsisti minn punt tal-irriċarġjar wieħed jew aktar;
(53)
“servizz tal-irriċarġjar” tfisser il-bejgħ jew il-forniment tal-elettriku, inklużi s-servizzi relatati, permezz ta’ punt tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku;
(54)
“sessjoni tal-irriċarġjar” tfisser il-proċess sħiħ tal-irriċarġjar ta’ vettura f’punt tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku mill-mument li l-vettura tiġi konnessa sal-mument li l-vettura tiġi skonnessa;
(55)
“riforniment fuq bażi ad hoc” tfisser servizz tar-riforniment mixtri minn utent finali mingħajr il-ħtieġa li dak l-utent finali jirreġistra, jikkonkludi ftehim bil-miktub, jew jidħol f’relazzjoni kummerċjali mal-operatur ta’ dak il-punt tar-riforniment li tmur lil hinn mis-sempliċi xiri tas-servizz tar-riforniment;
(56)
“punt tar-riforniment” tfisser faċilità tar-riforniment għall-forniment ta’ kwalunkwe fjuwil likwidu jew gassuż, permezz ta’ installazzjoni fissa jew mobbli, li jkollha kapaċità ta’ riforniment ta’ vettura waħda, ferrovija waħda, bastiment wieħed jew inġenju tal-ajru wieħed biss fl-istess ħin;
(57)
“servizz tar-riforniment” tfisser il-bejgħ jew il-forniment ta’ kwalunkwe fjuwil likwidu jew gassuż permezz ta’ punt tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku;
(58)
“sessjoni tar-riforniment” tfisser il-proċess sħiħ tar-riforniment ta’ vettura f’punt tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku mill-mument li l-vettura tiġi konnessa sal-mument li l-vettura tiġi skonnessa;
(59)
“stazzjon tar-riforniment” tfisser installazzjoni fiżika waħda f’post speċifiku, li tikkonsisti minn punt tar-riforniment wieħed jew aktar;
(60)
“awtorità regolatorja” tfisser awtorità regolatorja ddeżinjata minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 57(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(61)
“enerġija rinnovabbli” tfisser “enerġija minn sorsi rinnovabbli” kif definita fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
(62)
“vapur ro-ro tal-passiġġieri” tfisser vapur b’faċilitajiet li jippermettu li vetturi tat-triq jew ferrovjarji jitilgħu u jinżlu mill-bastiment u li jġorr iżjed minn 12-il passiġġier;
(63)
“żona ta’ parkeġġ sikura u sigura” tfisser żona ta’ parkeġġ aċċessibbli għas-sewwieqa involuti fit-trasport ta’ merkanzija jew passiġġieri li tkun ġiet iċċertifikata f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1012 (
5
);
(64)
“provvista tal-elettriku mix-xatt” tfisser il-forniment tal-enerġija elettrika mix-xatt permezz ta’ interfaċċa fissa jew mobbli standardizzata lil vapuri li jbaħħru jew lil bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, irmiġġati man-naħa tal-moll;
(65)
“irriċarġjar intelliġenti” tfisser operazzjoni tal-irriċarġjar li fiha l-intensità tal-elettriku fornut lill-batterija tiġi aġġustata f’ħin reali, abbażi tal-informazzjoni li tasal permezz ta’ komunikazzjoni elettronika;
(66)
“data statika” tfisser data li ma tinbidilx spiss jew fuq bażi regolari;
(67)
“network komprensiv TEN-T” tfisser network komprensiv fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
(68)
“network ewlieni TEN-T” tfisser network ewlieni fis-sens tal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
(69)
“port ta’ passaġġi fuq l-ilma interni tan-network ewlieni TEN-T jew port ta’ passaġġi fuq l-ilma interni tan-network komprensiv TEN-T” tfisser port ta’ passaġġi fuq l-ilma interni tan-network ewlieni TEN-T jew tan-network komprensiv TEN-T, kif elenkati u kkategorizzati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
(70)
“port marittimu tan-network ewlieni TEN-T jew port marittimu tan-network komprensiv TEN-T” tfisser port marittimu tan-network ewlieni TEN-T jew tan-network komprensiv TEN-T, kif elenkati u kkategorizzati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
(71)
“operatur tas-sistema tat-trażmissjoni” tfisser “operatur tas-sistema tat-trażmissjoni” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (35), tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(72)
“nodu urban” tfisser “nodu urban” kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (p), tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013.
|
|
Artikolu 3 Miri għall-infrastruttura tal-irriċarġjar intiża għall-vetturi elettriċi ħfief
|
|
|
Artikolu 4 Miri għall-infrastruttura tal-irriċarġjar intiża għall-vetturi elettriċi tqal
|
|
|
Artikolu 5 Infrastruttura tal-irriċarġjar
|
|
|
Artikolu 6 Miri għall-infrastruttura tar-riforniment tal-idroġenu tal-vetturi tat-triq
|
|
|
Artikolu 7 Infrastruttura tar-riforniment tal-idroġenu
|
|
|
Artikolu 8 Infrastruttura għall-metan likwifikat għall-vetturi tat-trasport bit-triq
|
Artikolu 8
Infrastruttura għall-metan likwifikat għall-vetturi tat-trasport bit-triq
Sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu varati għadd xieraq ta’ punti ta’ riforniment għall-metan likwifikat aċċessibbli għall-pubbliku, mill-inqas tul in-network ewlieni TEN-T, sabiex il-vetturi tqal li jużaw il-metan likwifikat ikunu jistgħu jiċċirkolaw madwar l-Unjoni, fejn ikun hemm domanda, sakemm il-kostijiet biex dan iseħħ ma jkunux sproporzjonati għall-benefiċċji, inklużi l-benefiċċji ambjentali.
|
|
Artikolu 9 Miri għall-provvista tal-elettriku mix-xatt fil-portijiet marittimi
|
|
|
Artikolu 10 Miri għall-provvista tal-elettriku mix-xatt fil-portijiet ta’ passaġġi fuq l-ilma interni
|
Artikolu 10
Miri għall-provvista tal-elettriku mix-xatt fil-portijiet ta’ passaġġi fuq l-ilma interni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
mill-inqas installazzjoni waħda li tipprovdi provvista tal-elettriku mix-xatt lill-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni tiġi varata fil-portijiet ta’ passaġġi fuq l-ilma interni kollha tan-network ewlieni TEN-T sal-31 ta’ Diċembru 2024;
(b)
mill-inqas installazzjoni waħda li tipprovdi provvista tal-elettriku mix-xatt lill-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni tiġi varata fil-portijiet ta’ passaġġi fuq l-ilma interni kollha tan-network komprensiv TEN-T sal-31 ta’ Diċembru 2029.
|
|
Artikolu 11 Miri għall-provvista tal-metan likwifikat fil-portijiet marittimi
|
|
|
Artikolu 12 Miri għall-provvista tal-elettriku lil inġenji tal-ajru stazzjonarji
|
|
|
Artikolu 13 Infrastruttura ferrovjarja
|
Artikolu 13
Infrastruttura ferrovjarja
Fir-rigward tal-infrastruttura ferrovjarja li mhijiex koperta mir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ fjuwils alternattivi u sistemi ta’ propulsjoni għal sezzjonijiet ferrovjarji li ma jistgħux jiġu elettrifikati kompletament għal raġunijiet tekniċi jew ta’ kosteffiċjenza, bħall-ferroviji li jaħdmu bl-idroġenu jew bil-batterija u, jekk rilevanti, kwalunkwe ħtieġa ta’ infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment.
|
|
Artikolu 14 Oqfsa ta’ politika nazzjonali
|
|
|
Artikolu 15 Rappurtar nazzjonali
|
|
|
Artikolu 16 Il-kontenut, l-istruttura u l-format tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali u r-rapporti nazzjonali dwar il-progress
|
Artikolu 16
Il-kontenut, l-istruttura u l-format tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali u r-rapporti nazzjonali dwar il-progress
Sal-14 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta gwida u mudelli dwar il-kontenut, l-istruttura u l-format tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali li għandhom jiġu ppreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14 u l-kontenut tar-rapporti nazzjonali dwar il-progress li għandhom jiġu ppreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 15(1). Il-Kummissjoni tista’ tadotta gwida u mudelli biex tiffaċilita l-applikazzjoni effettiva madwar l-Unjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 17 Rieżami tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali u r-rapporti nazzjonali dwar il-progress
|
|
|
Artikolu 18 Segwiment tal-progress
|
|
|
Artikolu 19 Informazzjoni għall-utent
|
|
|
Artikolu 20 Dispożizzjonijiet dwar id-data
|
|
|
Artikolu 21 Speċifikazzjonijiet tekniċi komuni
|
|
|
Artikolu 22 Eżerċizzju tad-delega
|
|
|
Artikolu 23 Proċedura ta’ kumitat
|
|
|
Artikolu 24 Rappurtar u rieżami
|
|
|
Artikolu 25 Tħassir
|
|
|
Artikolu 26 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
|
Artikolu 26
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-13 ta’ April 2024.
|
|
ANNESS I Rappurtar
|
ANNESS I
Rappurtar
Ir-rapport nazzjonali dwar il-progress imsemmi fl-Artikolu 15(1) għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
1.
l-iffissar tal-miri
(a)
il-projezzjonijiet tal-adozzjoni tal-vetturi għall-31 ta’ Diċembru tas-snin 2025, 2030 u 2035 għal:
—
vetturi ħfief, separatament għal vetturi elettriċi ħfief bil-batterija, vetturi ħfief plug-in hybrid, u vetturi ħfief li jaħdmu bl-idroġenu;
—
vetturi tqal, separatament għal vetturi elettriċi tqal bil-batterija u vetturi tqal li jaħdmu bl-idroġenu;
(b)
il-miri għall-31 ta’ Diċembru 2025, 2027, 2030 u 2035 għal:
—
infrastruttura tal-irriċarġjar intiża għall-vetturi elettriċi ħfief: l-għadd ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar u l-potenza tal-output (il-klassifikazzjoni tal-istazzjonijiet tal-irriċarġjar f’konformità mal-Anness III);
—
l-iżvilupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi ħfief li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku, jekk applikabbli;
—
infrastruttura tal-irriċarġjar intiża għall-vetturi elettriċi tqal: l-għadd ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar u l-potenza tal-output;
—
l-iżvilupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi tqal li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku, jekk applikabbli;
—
l-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu: l-għadd ta’ stazzjonijiet tar-riforniment, il-kapaċità tal-istazzjonijiet tar-riforniment u l-konnettur ipprovdut;
—
stazzjonijiet tar-riforniment fit-triq għall-metan likwifikat: l-għadd ta’ stazzjonijiet tar-riforniment u l-kapaċità tal-istazzjonijiet;
—
il-punti tar-riforniment għall-metan likwifikat fil-portijiet marittimi tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T inkluż il-post (port) u l-kapaċità għal kull port;
—
il-provvista tal-elettriku mix-xatt fil-portijiet marittimi tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T, inkluż il-post eżatt (il-port) u l-kapaċità ta’ kull installazzjoni fil-port;
—
il-provvista tal-elettriku mix-xatt fil-portijiet ta’ passaġġi fuq l-ilma interni tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T, inkluż il-post (il-port) u l-kapaċità;
—
il-provvista tal-elettriku għall-inġenji tal-ajru stazzjonarji, l-għadd ta’ installazzjonijiet għal kull ajruport tan-network ewlieni TEN-T jew ajruport tan-network komprensiv TEN-T;
—
miri u objettivi nazzjonali oħra li għalihom ma teżisti l-ebda mira nazzjonali obbligatorja tal-Unjoni, jekk applikabbli. Għall-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fil-portijiet, fl-ajruporti u għat-trasport ferrovjarju, iridu jiġu rrapportati l-post u l-kapaċità/id-daqs tal-installazzjoni;
2.
ir-rati ta’ utilizzazzjoni: għall-kategoriji taħt il-punt 1(b), ir-rappurtar tal-utilizzazzjoni ta’ dik l-infrastruttura;
3.
il-livell ta’ kisba tal-miri nazzjonali rrapportati għall-varar ta’ fjuwils alternattivi fil-modi tat-trasport differenti (bit-triq, bil-ferrovija, fuq l-ilma u bl-ajru);
—
il-livell ta’ kisba tal-miri għall-varar tal-infrastruttura kif imsemmi fil-punt 1(b) għall-modi kollha applikabbli tat-trasport, b’mod partikolari għall-istazzjonijiet tal-irriċarġjar, għas-sistema ta’ triq elettrika (jekk applikabbli), għall-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu, għall-provvista tal-elettriku mix-xatt fil-portijiet marittimi u tal-passaġġi fuq l-ilma interni, għall-bunkering tal-metan likwifikat fil-portijiet marittimi tan-network ewlieni TEN-T, għal infrastruttura oħra tal-fjuwils alternattivi fil-portijiet, għall-provvista tal-elettriku għall-inġenji tal-ajru stazzjonarji;
—
għall-punti tal-irriċarġjar, l-ispeċifikar tal-proporzjon tal-infrastruttura pubblika għal dik privata;
—
varar tal-infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi fin-nodi urbani;
4.
ir-rieżami tal-każijiet li fihom l-Istati Membri jkunu għamlu użu mid-derogi stabbiliti fl-Artikolu 3, il-paragrafi (6), (7) u (8), l-Artikolu 4, il-paragrafi (6), (7) u (8) u l-Artikolu 6, il-paragrafu (4);
5.
il-miżuri legali: informazzjoni dwar miżuri legali, li jistgħu jikkonsistu minn miżuri leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi b’appoġġ għall-bini ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, bħall-permessi għall-bini, il-permessi għaż-żoni tal-postijiet ta’ parkeġġ, iċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tan-negozji u konċessjonijiet ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar u tar-riforniment;
6.
informazzjoni dwar il-miżuri ta’ politika b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ politika nazzjonali, inkluż:
—
l-inċentivi diretti għax-xiri ta’ mezzi tat-trasport li jużaw il-fjuwils alternattivi jew għall-bini tal-infrastruttura;
—
id-disponibbiltà ta’ inċentivi tat-taxxa għall-promozzjoni ta’ mezzi tat-trasport li jużaw fjuwils alternattivi u l-infrastruttura rilevanti;
—
l-użu ta’ akkwist pubbliku b’appoġġ għall-fjuwils alternattivi, inkluż l-akkwist konġunt;
—
inċentivi min-naħa tad-domanda li mhumiex ta’ natura finanzjarja, pereżempju aċċess preferenzjali għal żoni ristretti, politika tal-parkeġġ u korsiji apposta;
7.
l-appoġġ għall-varar u għall-manifattura, inkluż:
—
baġit pubbliku annwali allokat għall-varar tal-infrastruttura għall-fjuwils alternattivi, imqassam skont il-fjuwil alternattiv u skont il-mod tat-trasport (bit-triq, bil-ferrovija, fuq l-ilma u bl-ajru);
—
baġit pubbliku annwali allokat għall-appoġġ ta’ impjanti għall-manifattura ta’ teknoloġiji li jużaw fjuwil alternattiv, imqassam skont il-fjuwil alternattiv;
—
kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe ħtieġa partikolari waqt il-fażi inizjali tal-varar ta’ infrastruttura għall-fjuwils alternattivi;
8.
riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (RŻT&D): baġit pubbliku annwali allokat għall-appoġġ ta’ fjuwils alternattivi RŻT&D.
|
|
ANNESS II Speċifikazzjonijiet tekniċi
|
ANNESS II
Speċifikazzjonijiet tekniċi
▼M1
Għall-fini ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“installat” tfisser it-tqegħid inizjali tat-tagħmir rilevanti kollu tal-punt tal-irriċarġjar, inkluż il-hardware, is-software u l-infrastruttura elettrika assoċjata, bħall-konnessjonijiet tal-provvista tal-elettriku, it-transformers, u sistemi elettriċi oħra, biex ikun jista’ jsir l-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi;
(b)
“rinnovat” tfisser sostituzzjoni maġġuri jew sħiħa tat-tagħmir rilevanti tal-punt tal-irriċarġjar.
▼M1
1.1. Punti tal-irriċarġjar b’potenza normali għall-vetturi elettriċi ħfief:
—
punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent alternat (AC) għall-vetturi elettriċi ħfief installati jew rinnovati mit-8 ta' Jannar 2026 għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’sokits jew b’konnetturi tal-vetturi tat-Tip 2 għall-irriċarġjar tal-Modalità 3 kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-2:2022 jew, jekk il-potenza tagħhom tkun inqas minn jew ugwali għal 3,7 kW u l-fini primarju tagħhom ikun l-irriċarġar tal-vetturi elettriċi fil-Modalità 2, b’sokits konformi mal-istandard IEC 60884-1:2022; punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent alternat (AC) installati qabel dik id-data għandhom ikomplu jikkonformaw mal-istandard EN IEC 62196-2:2017 sakemm jiġu rinnovati;
—
punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent dirett (DC) għall-vetturi elettriċi ħfief installati jew rinnovati mit-8 ta' Jannar 2026 għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’konnetturi tal-vetturi tas-sistema tal-iċċarġjar konġunt “Combo 2” għall-irriċarġjar tal-Modalità 4 kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-3:2022; punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent dirett (DC) installati qabel dik id-data għandhom ikomplu jikkonformaw mal-istandard EN IEC 62196-3:2014 sakemm jiġu rinnovati.
1.2. Punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja għall-vetturi elettriċi ħfief:
—
punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja b’kurrent alternat (AC) għall-vetturi elettriċi ħfief installati jew rinnovati mit-8 ta' Jannar 2026 għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’konnetturi tal-vetturi tat-Tip 2 għall-irriċarġjar tal-Modalità 3 kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-2:2022; punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja b’kurrent alternat (AC) installati qabel dik id-data għandhom ikomplu jikkonformaw mal-istandard EN IEC 62196-2:2017 sakemm jiġu rinnovati;
—
punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja b’kurrent dirett (DC) għall-vetturi elettriċi ħfief installati jew rinnovati mit-8 ta' Jannar 2026 għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’konnetturi tal-vetturi tas-sistema tal-iċċarġjar konġunt “Combo 2” għall-irriċarġjar tal-Modalità 4 kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-3:2022; punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja b’kurrent dirett (DC) installati qabel dik id-data għandhom ikomplu jikkonformaw mal-istandard EN IEC 62196-3:2014 sakemm jiġu rinnovati.
1.3. Punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi tal-kategorija L:
1.3.1. Il-punti tal-irriċarġjar b’kurrent alternat (AC) aċċessibbli pubblikament u rriżervati għall-vetturi elettriċi tal-kategorija L b’output tal-potenza ugwali għal 3,7 kW jew inqas għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
sokits jew konnetturi tal-vetturi tat-Tip 3 A kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-2:2022 (għall-irriċarġjar tal-Modalità 3);
(b)
sokits konformi mal-istandard IEC 60884-1:2002 (għall-irriċarġjar tal-Modalità 1 jew tal-Modalità 2).
1.3.2. Il-punti tal-irriċarġjar b’kurrent alternat (AC) aċċessibbli għall-pubbliku riżervati għall-vetturi elettriċi tal-kategorija L ta’ iktar minn 3,7 kW installati jew rinnovati mit-8 ta' Jannar 2026 għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’sokits jew b’konnetturi tal-vetturi tat-Tip 2 għall-irriċarġjar tal-Modalità 3 kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-2:2022; punti tal-irriċarġjar b’kurrent alternat (AC) aċċessibbli għall-pubbliku riżervati għall-vetturi elettriċi tal-kategorija L ta’ iktar minn 3,7 kW installati qabel dik id-data għandhom ikomplu jikkonformaw mal-istandard EN IEC 62196-2:2017 sakemm jiġu rinnovati.
1.3.3. Il-punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent dirett (DC) aċċessibbli għall-pubbliku u l-punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja riżervati għall-vetturi elettriċi tal-kategorija L installati jew rinnovati mit-8 ta' Jannar 2026 għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’konnetturi tal-vetturi tas-sistema tal-iċċarġjar konġunt “Combo 2” għall-irriċarġjar tal-Modalità 4 kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-3:2022; punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent dirett (DC) aċċessibbli għall-pubbliku u punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja installati qabel dik id-data għandhom ikomplu jikkonformaw mal-istandard EN IEC 62196-3:2014 sakemm jiġu rinnovati.
1.4. Punti tal-irriċarġjar b’potenza normali u punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja għall-karozzi tal-linja elettriċi:
—
punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent alternat (AC) u punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja għall-karozzi tal-linja elettriċi li jiġu installati jew rinnovati mit-8 ta' Jannar 2026 għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’konnetturi tat-Tip 2 għall-irriċarġjar tal-Modalità 3 kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-2:2022; punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent alternat (AC) u punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja installati qabel dik id-data għandhom ikomplu jikkonformaw mal-istandard EN IEC 62196-2:2017 sakemm jiġu rinnovati;
—
punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent dirett (DC) u punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja għall-karozzi tal-linja elettriċi installati jew rinnovati mit-8 ta' Jannar 2026 għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’konnetturi tal-vetturi tas-sistema tal-iċċarġjar konġunt “Combo 2” għall-irriċarġjar tal-Modalità 4 kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-3:2022; punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent dirett (DC) u punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja installati qabel dik id-data għandhom ikomplu jikkonformaw mal-istandard EN IEC 62196-3:2014 sakemm jiġu rinnovati.
▼B
1.5. L-apparat awtomatizzat tal-interfaċċa ta’ kuntatt għax-xarabank elettriċi li jirriċarġjaw b’mod konduttiv fil-modalità 4, skont l-istandard EN 61851-23-1:2020, għandu jkun mgħammar tal-inqas b’interfaċċi mekkaniċi u elettriċi, kif definit fl-istandard EN 50696:2021, fir-rigward ta’:
—
l-apparat awtomatizzat ta’ konnessjoni (ACD) immuntat fuq l-infrastruttura (pantografu);
—
l-apparat awtomatizzat ta’ konnessjoni (ACD) immuntat fuq is-saqaf tal-vettura;
—
l-apparat awtomatizzat ta’ konnessjoni (ACD) immuntat taħt il-vettura;
—
l-apparat awtomatizzat ta’ konnessjoni (ACD) immuntat fuq l-infrastruttura u li jagħmel konnessjoni mal-ġenb jew mas-saqaf tal-vettura.
▼M1
1.6. Punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja għall-vetturi elettriċi tqal:
—
Punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja b’kurrent dirett (DC) għall-infrastruttura tal-irriċarġjar li kapaċi tforni l-elettriku kemm għall-vetturi elettriċi ħfief kif ukoll għall-vetturi elettriċi tqal għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’konnetturi tal-vetturi tas-sistema tal-iċċarġjar konġunt “Combo 2” għall-irriċarġjar tal-Modalità 4 kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-3:2022.
1.7. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-irriċarġjar induttiv statiku bla fili għall-vetturi elettriċi ħfief:
Punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi ħfief iddedikati għall-irriċarġjar induttiv statiku bla fili għandhom jikkonformaw, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, ma’:
—
EN IEC 61980-1:2021 “Sistemi ta’ trasferiment tal-potenza bla fili (WPT, Wireless Power Transfer) għall-vetturi elettriċi – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali”;
—
EN IEC 61980-2: 2023 “Sistemi ta’ trasferiment tal-potenza bla fili (WPT) għall-vetturi elettriċi – Parti 2: Rekwiżiti speċifiċi għall-komunikazzjoni u għall-attivitajiet tas-sistema ta’ trasferiment tal-potenza bla fili tal-kamp manjetiku (MF-WPT, Magnetic Field Wireless Power Transfer)”;
—
EN IEC 61980-3: 2022 “Sistemi ta’ trasferiment tal-potenza bla fili (WPT) għall-vetturi elettriċi – Parti 3: Rekwiżiti speċifiċi għas-sistemi ta’ trasferiment tal-potenza bla fili tal-kamp manjetiku (MF-WPT, Magnetic Field Wireless Power Transfer)”.
▼B
1.8. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-irriċarġjar induttiv statiku bla fili għal vetturi elettriċi tqal.
1.9. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-irriċarġjar induttiv dinamiku bla fili għall-vetturi tal-passiġġieri u l-vetturi elettriċi ħfief.
1.10. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-irriċarġjar induttiv dinamiku bla fili għall-vetturi elettriċi tqal.
1.11. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-irriċarġjar induttiv statiku bla fili għax-xarabank elettriċi.
1.12. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-irriċarġjar induttiv dinamiku bla fili għax-xarabank elettriċi.
1.13. Speċifikazzjonijiet tekniċi għas-sistema ta’ triq elettrika għall-provvista tal-enerġija dinamika fl-ajru permezz ta’ pantografu għall-vetturi elettriċi tqal.
▼M1
1.14. Speċifikazzjonijiet tekniċi għas-sistema ta’ triq elettrika (ERS, Electric Road System) għall-provvista tal-enerġija dinamika fil-livell tal-art permezz ta’ binarji konduttivi għall-vetturi elettriċi ħfief u tqal:
L-infrastruttura tal-irriċarġjar għall-kurrent alternanti (AC) u għall-kurrent dirett (DC) iddedikata għas-sistema ta’ triq elettrika (ERS) għall-provvista tal-enerġija dinamika fil-livell tal-art permezz ta’ binarji konduttivi għall-vetturi elettriċi ħfief u tqal mgħammra b’kolletturi tal-kurrent konduttivi fil-livell tal-art, biex tippermetti l-ġbir konduttiv tal-kurrent mill-vetturi tat-triq minn binarju ta’ alimentazzjoni integrat fit-triq għandha tikkonforma, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, ma’:
—
CLC/TS 50717:2022 “Rekwiżiti tekniċi għall-kolletturi tal-kurrent għas-sistema ta’ alimentazzjoni fil-livell tal-art fuq il-vetturi tat-triq li jkunu qed jitħaddmu.”;
▼B
1.15. Speċifikazzjonijiet tekniċi għat-tpartit ta’ batteriji għall-vetturi elettriċi tal-kategorija L.
1.16. Jekk ikun fattibbli fuq livell tekniku, speċifikazzjonijiet tekniċi għat-tpartit ta’ batteriji għall-karozzi elettriċi tal-passiġġieri u vetturi elettriċi ħfief.
1.17. Jekk ikun fattibbli fuq livell tekniku, speċifikazzjonijiet tekniċi għat-tpartit ta’ batteriji għall-vetturi elettriċi tqal.
1.18. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-istazzjonijiet tal-irriċarġjar biex jiġi żgurat l-aċċess għall-utenti b’diżabilità.
2. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-iskambju ta’ komunikazzjoni fis-settur tal-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi
▼M1
2.1. Speċifikazzjonijiet tekniċi rigward il-komunikazzjoni bejn il-vettura elettrika u l-punt tal-irriċarġjar (komunikazzjoni mill-vettura għall-grilja):
2.1.1. Il-punti tal-irriċarġjar aċċessibbli pubblikament għall-kurrent alternanti (AC) u l-kurrent dirett (DC) għall-vetturi elettriċi ħfief u tqal installati jew rinnovati mit-8 ta' Jannar 2026 għandhom jikkonformaw, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas mal-istandards li ġejjin:
—
EN ISO 15118-1:2019 “Vetturi tat-triq – Interfaċċa tal-komunikazzjoni minn vettura għall-grilja Parti 1: Informazzjoni ġenerali u definizzjoni tal-każ tal-użu”;
—
EN ISO 15118-2:2016 “Vetturi tat-triq – Interfaċċa tal-komunikazzjoni minn vettura għall-grilja Parti 2: Rekwiżiti tan-network u tal-protokoll tal-applikazzjoni”;
—
EN ISO 15118-3:2016 “Vetturi tat-triq – Interfaċċa tal-komunikazzjoni minn vettura għall-grilja Parti 3: Rekwiżiti tas-saff fiżiku u tas-saff ta” kollegament tad-data’;
—
EN ISO 15118-4:2019 “Vetturi tat-triq – Interfaċċa tal-komunikazzjoni minn vettura għall-grilja Parti 4: Test tal-konformità tan-network u tal-protokoll tal-applikazzjoni”;
—
EN ISO 15118-5:2019 “Vetturi tat-triq – Interfaċċa tal-komunikazzjoni minn vettura għall-grilja Parti 5: Test tal-konformità tas-saff fiżiku u tas-saff ta” kollegament tad-data’.
2.1.2. Il-punti tal-irriċarġjar aċċessibbli pubblikament għall-kurrent alternanti (AC) u għall-kurrent dirett (DC) għall-vetturi elettriċi ħfief u tqal installati jew rinnovati mill-1 ta’ Jannar 2027 għandhom jikkonformaw, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas mal-istandard EN ISO 15118-20:2022 “Vetturi tat-triq – Interfaċċa tal-komunikazzjoni mill-vettura għall-grilja – Parti 20: Rekwiżiti tas-saff tan-network u tas-saff tal-applikazzjoni tat-tieni ġenerazzjoni”. Meta tali punti tal-irriċarġjar joffru servizzi awtomatiċi ta’ awtentikazzjoni u ta’ awtorizzazzjoni, bħal waħħal il-plagg u ċċarġja, dawn għandhom jikkonformaw, għal finijiet ta’ interoperabbiltà u ta’ sigurtà, kemm mal-istandard EN ISO 15118-2:2016 kif ukoll mal-istandard EN ISO 15118-20:2022.
2.1.3. Il-punti tal-irriċarġjar għall-kurrent alternanti (AC) u għall-kurrent dirett (DC) għall-vetturi elettriċi ħfief u tqal installati jew rinnovati mill-1 ta’ Jannar 2027 għandhom jikkonformaw, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas mal-istandards li ġejjin:
(a)
EN IEC 61851-1:2019 “Sistema tal-iċċarġjar konduttiv għall-vetturi elettriċi – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali” (għall-irriċarġjar tal-Modalità 2);
(b)
EN ISO 15118-20:2022 “Vetturi tat-triq – Interfaċċa tal-komunikazzjoni minn vettura għall-grilja – Parti 20: Rekwiżiti tas-saff tan-network u tas-saff tal-applikazzjoni tat-tieni ġenerazzjoni” (għall-irriċarġjar tal-Modalità 3 jew tal-Modalità 4).
▼B
2.2. Speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-komunikazzjoni bejn il-punt tal-irriċarġjar u s-sistema ta’ ġestjoni tal-punt tal-irriċarġjar (komunikazzjoni back-end).
2.3. Speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-komunikazzjoni bejn l-operatur tal-punt tal-irriċarġjar, il-fornituri tas-servizzi tal-elettromobbiltà u l-pjattaformi tar-roaming elettroniku.
2.4. Speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-komunikazzjoni bejn l-operatur tal-punt tal-irriċarġjar u l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni.
3. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-provvista tal-idroġenu għall-vetturi tat-trasport bit-triq
▼M1
3.1. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnetturi għall-punti tar-riforniment li jfornu l-idroġenu gassuż (ikkompressat) għall-vetturi ħfief għandhom jikkonformaw, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas mar-rekwiżiti tal-interoperabbiltà deskritti fl-istandard EN 17127:2024.
▼B
3.2. Il-karatteristiki tal-kwalità tal-idroġenu mqassam mill-punti ta’ riforniment tal-idroġenu għall-vetturi bil-mutur għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti deskritti fl-istandard EN 17124: 2022. Il-metodi biex jiġi żgurat li l-kwalità tal-idroġenu tintlaħaq huma deskritti wkoll fl-istandard.
▼M1
3.3.
L-algoritmu tar-riforniment tal-idroġenu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-istandard EN 17127:2024.
▼B
3.4. Ladarba jkun ġie konkluż il-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-istandard EN ISO 17268:2020, il-konnetturi għall-vetturi bil-mutur għar-riforniment tal-idroġenu gassuż għandhom jikkonformaw tal-inqas ma’ dak l-istandard.
▼M1
3.5. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnetturi għall-punti tar-riforniment li jfornu l-idroġenu gassuż (ikkompressat) għall-vetturi tqal għandhom jikkonformaw, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas mar-rekwiżiti deskritti fl-istandard EN 17127:2024.
▼B
3.6. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnetturi għall-punti tar-riforniment li jipprovdu l-idroġenu likwifikat għall-vetturi tqal.
4. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-metan għat-trasport bit-triq
4.1. Il-punti ta’ riforniment għall-gass naturali kkompressat (CNG) għall-vetturi bil-mutur għandhom jikkonformaw ma’ pressjoni tal-forniment (pressjoni tas-servizz) ta’ 20,0 MPa gejġ (200 bar) f’temperatura ta’ 15-il °C. Pressjoni massima tal-forniment ta’ 26,0 MPa b’“kumpens għat-temperatura” hija permessa skont l-istandard EN ISO 16923:2018.
4.2. Il-profil tal-konnettur għandu jikkonforma mar-Regolament Nru 110 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li jirreferi għall-partijiet I u II fl-istandard EN ISO 14469:2017.
4.3. Il-punti ta’ riforniment għall-metan likwifikat għall-vetturi bil-mutur għandhom jikkonformaw ma’ pressjoni tal-forniment li tkun inqas mill-pressjoni operattiva massima permessa tat-tank tal-vettura kif indirizzat fl-istandard EN ISO 16924:2018, “Stazzjonijiet tal-forniment tal-gass naturali — stazzjonijiet tal-LNG għall-forniment tal-vetturi”. Barra minn hekk, il-profil tal-konnettur għandu jikkonforma mal-istandard EN ISO 12617:2017 “Vetturi tat-triq — Konnettur għar-riforniment tal-gass naturali likwifikat (LNG) — konnettur ta’ 3,1 MPa”.
5. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-provvista tal-elettriku għat-trasport marittimu u n-navigazzjoni interna
5.1. Il-provvista tal-elettriku mix-xatt għal vapuri li jbaħħru, inkluż id-disinn, l-installazzjoni u l-ittestjar tas-sistemi, għandhom jikkonformaw tal-inqas mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-istandard IEC/IEEE 80005-1:2019/AMD1:2022 għal konnessjonijiet max-xatt b’vultaġġ għoli.
5.2. Il-plugs, is-sokits u l-akkoppjaturi tal-vapuri għall-konnessjoni max-xatt b’vultaġġ għoli, għandhom jikkonformaw mill-inqas mal-ispeċifikazzjoni teknika tal-istandard IEC 62613-1:2019
5.3. Il-provvista tal-elettriku mix-xatt għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni għandha tikkonforma tal-inqas mal-istandard EN 15869-2:2019 jew l-istandard EN 16840:2017 skont ir-rekwiżiti tal-enerġija.
5.4. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tal-irriċarġjar tal-batteriji mix-xatt għall-bastimenti marittimi, li jkollhom interkonnettività u interoperabbiltà tas-sistema għall-bastimenti marittimi.
5.5. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tal-irriċarġjar tal-batteriji mix-xatt għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna, li jkollhom interkonnettività u interoperabbiltà tas-sistema għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna.
5.6. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interfaċċi tal-komunikazzjoni mill-bastiment għall-port permezz tal-grilja elettrika fis-sistemi awtomatizzati tal-provvista tal-elettriku mix-xatt (OPS) u tal-irriċarġjar tal-batteriji għall-bastimenti marittimi.
5.7. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interfaċċa tal-komunikazzjoni mill-bastiment għall-port permezz tal-grilja elettrika fis-sistemi awtomatizzati tal-provvista tal-elettriku mix-xatt (OPS) u tal-irriċarġjar tal-batteriji għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna.
5.8. Jekk ikun fattibbli fuq livell tekniku, speċifikazzjonijiet tekniċi għat-tpartit ta’ batteriji u għall-irriċarġjar fi stazzjonijiet max-xatt għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna.
6. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-bunkering tal-idroġenu għat-trasport marittimu u n-navigazzjoni interna
6.1. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-idroġenu gassuż (ikkumpressat) għall-bastimenti marittimi li jaħdmu bl-idroġenu.
6.2. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-idroġenu gassuż (ikkumpressat) għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna li jaħdmu bl-idroġenu.
6.3. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-idroġenu likwifikat għall-bastimenti marittimi li jaħdmu bl-idroġenu.
6.4. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-idroġenu likwifikat għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna li jaħdmu bl-idroġenu.
7. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-bunkering tal-metanol għat-trasport marittimu u n-navigazzjoni interna
7.1. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-metanol għall-bastimenti marittimi li jaħdmu bil-metanol.
7.2. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-metanol għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna li jaħdmu bil-metanol.
8. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-bunkering tal-ammonijaka għat-trasport marittimu u n-navigazzjoni interna
8.1. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-ammonijaka għall-bastimenti marittimi li jaħdmu bl-ammonijaka.
8.2. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-ammonijaka għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna li jaħdmu bl-ammonijaka.
9. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment tal-metan likwifikat għat-trasport marittimu u n-navigazzjoni interna
9.1. Il-punti tar-riforniment għall-metan likwifikat għall-vapuri li jbaħħru, li mhumiex koperti mill-Kodiċi Internazzjonali tal-Kostruzzjoni u t-Tagħmir ta’ Bastimenti li Jġorru Gassijiet Likwifikati bl-Ingrossa (il-Kodiċi IGC) għandhom jikkonformaw tal-inqas mal-istandard EN ISO 20519:2017.
9.2. Il-punti tar-riforniment għall-metan likwifikat għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni għandhom jikkonformaw tal-inqas mal-istandard EN ISO 20519:2017 (il-partijiet 5.3 sa 5.7) għal finijiet ta’ interoperabbiltà biss.
10. Speċifikazzjonijiet tekniċi relatati mat-tikkettar tal-fjuwil
10.1. It-tikketta “Fjuwils - Identifikazzjoni tal-kompatibbiltà tal-vettura - Espressjoni grafika għall-informazzjoni għall-konsumatur” għandha tikkonforma mal-istandard EN 16942:2016+A1:2021.
10.2. It-tikketta “Identifikazzjoni tal-kompatibbiltà tal-vetturi u tal-infrastrutturi - Espressjoni grafika għall-informazzjoni għall-konsumatur dwar il-provvista tal-enerġija għall-EV” għandha tikkonforma tal-inqas mal-istandard EN 17186:2019.
10.3. Il-metodoloġija komuni għat-tqabbil tal-prezzijiet ta’ unità għall-fjuwils alternattivi stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/732 (
8
).
10.4. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-istazzjonijiet tal-irriċarġjar elettriku u l-faċilitajiet ta’ riforniment tal-idroġenu għat-trasport ferrovjarju.
|
|
ANNESS III Rekwiżiti ta’ rappurtar dwar il-varar tal-vetturi elettriċi u l-infrastruttura tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku
|
ANNESS III
Rekwiżiti ta’ rappurtar dwar il-varar tal-vetturi elettriċi u l-infrastruttura tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku
1. L-Istati Membri jeħtiġilhom jikkategorizzaw ir-rappurtar tagħhom dwar il-varar tal-vetturi elettriċi kif ġej:
—
vetturi elettriċi bil-batterija, separatament għall-kategoriji M1, N1, M2/3 u N2/3
—
vetturi ibrida plug-in, separatament għall-kategoriji M1, N1, M2/3 u N2/3
2. L-Istati Membri jeħtiġilhom jikkategorizzaw ir-rappurtar tagħhom dwar il-varar tal-punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku kif ġej:
|
Kategorija
|
Subkategorija
|
Potenza tal-output massima
|
Definizzjoni skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament
|
|
Kategorija 1 (AC)
|
Punt tal-irriċarġjar AC bil-mod,
monofażi
|
P < 7,4 kW
|
Punt tal-irriċarġjar b’potenza normali
|
|
Punt tal-irriċarġjar AC b’veloċità medja,
trifażi
|
7,4 kW ≤ P ≤ 22 kW
|
|
Punt tal-irriċarġjar AC veloċi,
trifażi
|
P > 22 kW
|
Punt tal-irriċarġjar b’potenza għolja
|
|
Kategorija 2 (DC)
|
Punt tal-irriċarġjar DC bil-mod
|
P < 50 kW
|
|
Punt tal-irriċarġjar DC veloċi
|
50 kW ≤ P < 150 kW
|
|
Livell 1 - Punt tal-irriċarġjar DC ultraveloċi
|
150 kW ≤ P < 350 kW
|
|
Livell 2 - Punt tal-irriċarġjar DC ultraveloċi
|
P ≥ 350 kW
|
3. Id-data li ġejja trid tiġi pprovduta separatament għall-infrastruttura tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiża għall-vetturi ħfief u għall-vetturi tqal:
—
l-għadd ta’ punti tal-irriċarġjar, li għandhom jiġu rrappurtati għal kull waħda mill-kategoriji fil-punt 2;
—
l-għadd ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, li għandhom jiġu rrappurtati għal kull waħda mill-kategoriji fil-punt 2;
—
il-potenza tal-output aggregata totali tal-istazzjonijiet tal-irriċarġjar.
|
|
ANNESS IV Tabella ta’ korrelazzjoni
|
ANNESS IV
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Direttiva 2014/94/UE
|
Dan ir-Regolament
|
|
Artikolu 1
|
Artikolu 1
|
|
Artikolu 2
|
Artikolu 2
|
|
Artikolu 3
|
Artikolu 14
|
|
Artikolu 4
|
Artikoli 3, 4, 5, 9 u 10
|
|
Artikolu 5
|
Artikolu 6
|
|
—
|
Artikolu 7
|
|
Artikolu 6
|
Artikoli 8 u 11
|
|
—
|
Artikolu 12
|
|
—
|
Artikolu 13
|
|
Artikolu 7
|
Artikolu 19
|
|
Artikolu 8
|
Artikolu 22
|
|
Artikolu 9
|
Artikolu 23
|
|
Artikolu 10
|
Artikoli 15, 16 u 24
|
|
—
|
Artikolu 17
|
|
—
|
Artikolu 18
|
|
—
|
Artikolu 20
|
|
—
|
Artikolu 21
|
|
—
|
Artikolu 25
|
|
Artikolu 11
|
—
|
|
Artikolu 12
|
Artikolu 26
|
|
Artikolu 13
|
—
|
|
Anness I
|
Anness I
|
|
Anness II
|
Anness II
|
|
—
|
Anness III
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1804
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|