+▼C1 DIRETTIVA (UE) 2024/1760 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar id-diliġenza dovuta korporattiva dwar is-sostenibbiltà u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859 ▼B (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
------+Artikolu 1 3.
------+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
------+Artikolu 2 3.
------+Artikolu 2 4.
------+Artikolu 2 5.
------+Artikolu 2 6.
------+Artikolu 2 7.
------+Artikolu 2 8.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 4 Livell ta’ armonizzazzjoni
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 5 Diliġenza dovuta
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 6 Appoġġ għad-diliġenza dovuta fil-livell ta’ grupp
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 7 L-integrazzjoni tad-diliġenza dovuta fil-politiki u fis-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju tal-kumpaniji
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 8 Identifikazzjoni u valutazzjoni tal-impatti negattivi reali u potenzjali
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 2a.
------+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 9 Prijoritizzazzjoni tal-impatti negattivi reali u potenzjali identifikati
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
------+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 10 Prevenzjoni ta’ impatti negattivi potenzjali
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
------+Artikolu 10 4.
------+Artikolu 10 5.
------+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 11 Temm tal-impatti negattivi reali
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
------+Artikolu 11 3.
------+Artikolu 11 4.
------+Artikolu 11 5.
------+Artikolu 11 6.
------+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 12 Rimedju għall-impatti negattivi reali
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 13 Komunikazzjoni sinifikattiva mal-partijiet ikkonċernati
------+Artikolu 13 1.
------+Artikolu 13 2.
------+Artikolu 13 3.
------+Artikolu 13 4.
------+Artikolu 13 5.
------+Artikolu 13 6.
------+Artikolu 13 7.
---+Artikolu 14 Mekkaniżmu ta’ notifika u proċedura tal-ilmenti
------+Artikolu 14 1.
------+Artikolu 14 2.
------+Artikolu 14 3.
------+Artikolu 14 4.
------+Artikolu 14 5.
------+Artikolu 14 6.
------+Artikolu 14 7.
---+Artikolu 15 Monitoraġġ
---+Artikolu 16 Komunikazzjoni
------+Artikolu 16 1.
------+Artikolu 16 2.
------+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 17 Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
------+Artikolu 17 1.
------+Artikolu 17 2.
------+Artikolu 17 3.
------+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 18 Mudelli ta’ klawżoli kuntrattwali
---+Artikolu 19 Linji gwida
------+Artikolu 19 1.
------+Artikolu 19 2.
------+Artikolu 19 3.
------+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 20 Miżuri ta’ akkumpanjament
------+Artikolu 20 1.
------+Artikolu 20 2.
------+Artikolu 20 3.
------+Artikolu 20 4.
------+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 21 Helpdesk uniku
------+Artikolu 21 1.
------+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 23 Rappreżentant awtorizzat
------+Artikolu 23 1.
------+Artikolu 23 2.
------+Artikolu 23 3.
------+Artikolu 23 4.
------+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 24 Awtoritajiet superviżorji
------+Artikolu 24 1.
------+Artikolu 24 2.
------+Artikolu 24 3.
------+Artikolu 24 4.
------+Artikolu 24 5.
------+Artikolu 24 6.
------+Artikolu 24 7.
------+Artikolu 24 8.
------+Artikolu 24 9.
------+Artikolu 24 10.
---+Artikolu 25 Setgħat tal-awtoritajiet superviżorji
------+Artikolu 25 1.
------+Artikolu 25 2.
------+Artikolu 25 3.
------+Artikolu 25 4.
------+Artikolu 25 5.
------+Artikolu 25 6.
------+Artikolu 25 7.
------+Artikolu 25 8.
------+Artikolu 25 9.
---+Artikolu 26 Tħassib sostanzjat
------+Artikolu 26 1.
------+Artikolu 26 2.
------+Artikolu 26 3.
------+Artikolu 26 4.
------+Artikolu 26 5.
------+Artikolu 26 6.
---+Artikolu 27 Penali
------+Artikolu 27 1.
------+Artikolu 27 2.
------+Artikolu 27 3.
------+Artikolu 27 4.
------+Artikolu 27 5.
---+Artikolu 28 Network Ewropew ta’ Awtoritajiet Superviżorji
------+Artikolu 28 1.
------+Artikolu 28 2.
------+Artikolu 28 3.
------+Artikolu 28 4.
------+Artikolu 28 5.
------+Artikolu 28 6.
------+Artikolu 28 7.
------+Artikolu 28 8.
------+Artikolu 28 9.
------+Artikolu 28 10.
---+Artikolu 29 Responsabbiltà ċivili tal-kumpaniji u d-dritt għal kumpens sħiħ
------+Artikolu 29 2.
------+Artikolu 29 3.
------+Artikolu 29 4.
------+Artikolu 29 5.
------+Artikolu 29 6.
---+Artikolu 30 Rapportar ta’ ksur u protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw
---+Artikolu 31 Appoġġ pubbliku, akkwist pubbliku u konċessjonijiet pubbliċi
---+Artikolu 32 Emenda tad-Direttiva (UE) 2019/1937
---+Artikolu 33 Emenda tar-Regolament (UE) 2023/2859
---+Artikolu 34 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 34 1.
------+Artikolu 34 2.
------+Artikolu 34 3.
------+Artikolu 34 4.
------+Artikolu 34 5.
------+Artikolu 34 6.
---+Artikolu 35 Proċedura ta’ kumitat
------+Artikolu 35 1.
------+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 36 Rieżami u rapportar
---+Artikolu 37 Traspożizzjoni
------+Artikolu 37 1.
------+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 38 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 39 Destinatarji
---+ANNESS
English - European Union - Corporate Law - Environment - Sustainability -

▼C1 DIRETTIVA (UE) 2024/1760 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar id-diliġenza dovuta korporattiva dwar is-sostenibbiltà u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859 ▼B (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

▼C1

DIRETTIVA (UE) 2024/1760 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Ġunju 2024

dwar id-diliġenza dovuta korporattiva dwar is-sostenibbiltà u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859

▼B

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett
Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 3 Definizzjonijiet
Artikolu 4 Livell ta’ armonizzazzjoni
Artikolu 5 Diliġenza dovuta
Artikolu 6 Appoġġ għad-diliġenza dovuta fil-livell ta’ grupp
Artikolu 7 L-integrazzjoni tad-diliġenza dovuta fil-politiki u fis-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju tal-kumpaniji
Artikolu 8 Identifikazzjoni u valutazzjoni tal-impatti negattivi reali u potenzjali
Artikolu 9 Prijoritizzazzjoni tal-impatti negattivi reali u potenzjali identifikati
Artikolu 10 Prevenzjoni ta’ impatti negattivi potenzjali
Artikolu 11 Temm tal-impatti negattivi reali
Artikolu 12 Rimedju għall-impatti negattivi reali
Artikolu 13 Komunikazzjoni sinifikattiva mal-partijiet ikkonċernati
Artikolu 14 Mekkaniżmu ta’ notifika u proċedura tal-ilmenti
Artikolu 15 Monitoraġġ

Artikolu 15

Monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jwettqu valutazzjonijiet perjodiċi tal-operazzjonijiet u l-miżuri tagħhom stess, dawk tas-sussidjarji tagħhom u, meta relatati mal-katina tal-attivitajiet tal-kumpanija, dawk tas-sħab kummerċjali tagħhom, biex jivvalutaw l-implimentazzjoni u biex jimmonitorjaw l-adegwatezza u l-effettività tal-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, il-mitigazzjoni, it-tmiem u l-minimizzazzjoni tal-firxa tal-impatti negattivi. Tali valutazzjonijiet għandhom ikunu bbażati, meta jkun xieraq, fuq indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi u għandhom jitwettqu mingħajr dewmien żejjed wara li sseħħ bidla sinifikanti, iżda mill-inqas kull 5 snin u kull meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-miżuri ma għadhomx adegwati jew effettivi jew li nħolqu jew jistgħu jinħolqu riskji ġodda tal-okkorrenza ta’ dawk l-impatti negattivi. Meta jkun xieraq, il-politika tad-diliġenza dovuta, l-impatti negattivi identifikati u l-miżuri xierqa derivati għandhom jiġu aġġornati f’konformità mal-eżitu ta’ tali valutazzjonijiet u b’kunsiderazzjoni xierqa tal-informazzjoni rilevanti mill-partijiet ikkonċernati.

Artikolu 16 Komunikazzjoni
Artikolu 17 Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
Artikolu 18 Mudelli ta’ klawżoli kuntrattwali

Artikolu 18

Mudelli ta’ klawżoli kuntrattwali

Sabiex tipprovdi appoġġ lill-kumpaniji u tiffaċilita l-konformità tagħhom mal-Artikolu 10(2), il-punt (b), u l-Artikolu 11(3), il-punt (c), il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati, għandha tadotta gwida dwar mudelli ta’ klawżoli kuntrattwali volontarji, sas-26 ta’ Lulju 2027.

Artikolu 19 Linji gwida
Artikolu 20 Miżuri ta’ akkumpanjament
Artikolu 21 Helpdesk uniku
Artikolu 23 Rappreżentant awtorizzat
Artikolu 24 Awtoritajiet superviżorji
Artikolu 25 Setgħat tal-awtoritajiet superviżorji
Artikolu 26 Tħassib sostanzjat
Artikolu 27 Penali
Artikolu 28 Network Ewropew ta’ Awtoritajiet Superviżorji
Artikolu 29 Responsabbiltà ċivili tal-kumpaniji u d-dritt għal kumpens sħiħ
Artikolu 30 Rapportar ta’ ksur u protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw

Artikolu 30

Rapportar ta’ ksur u protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-Direttiva (UE) 2019/1937 tapplika għar-rapportar ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u għall-protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw tali ksur.

Artikolu 31 Appoġġ pubbliku, akkwist pubbliku u konċessjonijiet pubbliċi

Artikolu 31

Appoġġ pubbliku, akkwist pubbliku u konċessjonijiet pubbliċi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konformità mal-obbligi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, jew l-implimentazzjoni volontarja tagħhom, tikkwalifika bħala aspett ambjentali jew soċjali li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu, f’konformità mad-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE, iqisu bħala parti mill-kriterji għall-aġġudikazzjoni għal kuntratti pubbliċi u ta’ konċessjoni, u bħala kundizzjoni ambjentali jew soċjali li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu, f’konformità ma’ dawk id-Direttivi, jistabbilixxu fir-rigward tal-prestazzjoni tal-kuntratti pubbliċi u ta’ konċessjoni.

Artikolu 32 Emenda tad-Direttiva (UE) 2019/1937

Artikolu 32

Emenda tad-Direttiva (UE) 2019/1937

Fid-Direttiva (UE) 2019/1937, il-punt E.2 tal-Parti I tal-Anness, jiżdied il-punt li ġej:

“(vii) 

id-Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2024 dwar id- ►C1  diliġenza dovuta korporattiva dwar is-sostenibbiltà ◄ u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859 (ĠU L, 2024/1760, 5.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1760/oj).”.

Artikolu 33 Emenda tar-Regolament (UE) 2023/2859

Artikolu 33

Emenda tar-Regolament (UE) 2023/2859

Fir-Regolament (UE) 2023/2859, il-parti B tal-Anness, jiżdied il-punt li ġej:

“17. id-Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2024 dwar id- ►C1  diliġenza dovuta korporattiva dwar is-sostenibbiltà ◄ u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859 (ĠU L, 2024/1760, 5.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1760/oj).”.

Artikolu 34 Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 35 Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 36 Rieżami u rapportar

Artikolu 36

Rieżami u rapportar

▼M2 —————

▼B

2.  

►M2  Sas-26 ta’ Lulju 2031, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-effettività u l-effiċjenza tagħha fl-ilħuq tal-objettivi tagħha, b’mod partikolari fl-indirizzar tal-impatti negattivi. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva. L-ewwel rapport għandu, fost l-oħrajn, jivvaluta l-kwistjonijiet li ġejjin: ◄

(a) 

l-impatti ta’ din id-Direttiva fuq l-SMEs, flimkien ma’ valutazzjoni tal-effettività tal-miżuri u l-għodod differenti għall-appoġġ ipprovduti lill-SMEs mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri;

(b) 

il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-kumpaniji koperti, jekk din tiżgurax l-effettività ta’ din id-Direttiva fid-dawl tal-objettivi tagħha, kundizzjonijiet ekwi bejn l-entitajiet koperti u li l-kumpaniji ma jistgħux jevitaw l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż:

— 
jekk l-Artikolu 3(1), il-punt (a), jeħtieġx jiġi rivedut sabiex l-entitajiet kostitwiti bħala forom legali differenti minn dawk elenkati fl-Anness I jew l-Anness II tad-Direttiva 2013/34/UE ikunu koperti minn din id-Direttiva;
— 
jekk il-mudelli tan-negozju jew il-forom ta’ kooperazzjoni ekonomika ma’ kumpaniji terzi għajr dawk koperti mill-Artikolu 2 jeħtieġx jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva;

▼M2

— 
jekk il-livelli limitu rigward il-fatturat rilevanti u, għal kumpaniji li huma ffurmati f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, l-għadd ta’ impjegati stipulat fl-Artikolu 2 jeħtieġx li jiġi rivedut u jekk jeħtieġx jiġi introdott approċċ speċifiku għas-settur f’setturi b’riskju għoli, u, b’mod partikolari, jekk il-kumpaniji b’fatturat rilevanti ta’ aktar minn EUR 450 000 000 u, għall-kumpaniji li huma ffurmati f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, aktar minn medja ta’ 1 000 impjegat matul is-sena finanzjarja u, barra minn hekk, il-kumpaniji li joperaw f’setturi b’impatt għoli għandhomx ikunu koperti b’din id-Direttiva

▼B

— 
jekk il-kriterju tal-fatturat nett iġġenerat fl-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(2) jeħtieġx jiġi rivedut;
(c) 

jekk id-definizzjoni tat-terminu “katina ta’ attivitajiet” jeħtieġx tiġi riveduta;

(d) 

jekk l-Anness ta’ din id-Direttiva jeħtieġx jiġi modifikat, inkluż fid-dawl tal-iżviluppi internazzjonali, u jekk jenħtieġx li jiġi estiż biex ikopri impatti negattivi addizzjonali, b’mod partikolari impatti negattivi fuq il-governanza tajba;

▼M2 —————

▼M2

(f) 

l-effettività tal-mekkaniżmi ta’ infurzar stabbiliti fil-livell nazzjonali, inklużi l-effetti protettivi tagħhom fuq id-detenturi tad-drittijiet;

▼B

(g) 

jekk humiex meħtieġa bidliet fil-livell ta’ armonizzazzjoni previsti f’din id-Direttiva biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji fis-suq intern, inkluż il-konverġenza u d-diverġenza bejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

Artikolu 37 Traspożizzjoni
Artikolu 38 Dħul fis-seħħ

Artikolu 38

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 39 Destinatarji

Artikolu 39

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

ANNESS




ANNESS

Parti I

1.    DRITTIJIET U PROJBIZZJONIJIET INKLUŻI FI STRUMENTI INTERNAZZJONALI DWAR ID-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM

1. Id-dritt għall-ħajja, interpretat skont l-Artikolu 6(1) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi. L-abbuż ta’ dak id-dritt jinkludi, iżda mhuwiex ristrett għal, gwardji tas-sigurtà privati jew pubbliċi li jipproteġu r-riżorsi, il-faċilitajiet jew il-persunal tal-kumpanija li jikkawżaw il-mewt ta’ persuna minħabba nuqqas ta’ struzzjoni jew kontroll mill-kumpanija;

2. Il-projbizzjoni tat-tortura, it-trattament krudili, inuman jew degradanti, interpretata skont l-Artikolu 7 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi. Din tinkludi, iżda mhijiex ristretta għal, gwardji tas-sigurtà privati jew pubbliċi li jipproteġu r-riżorsi, il-faċilitajiet jew il-persunal tal-kumpanija li jissoġġettaw persuna għal tortura jew trattament krudili, inuman jew degradanti minħabba nuqqas ta’ struzzjoni jew kontroll mill-kumpanija;

3. Id-dritt għal-libertà u s-sigurtà, interpretat skont l-Artikolu 9(1) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

4. Il-projbizzjoni ta’ interferenza arbitrarja jew illegali fil-privatezza, il-familja, id-dar jew il-korrispondenza ta’ persuna u attakki illegali fuq l-unur jew ir-reputazzjoni tagħha, interpretat skont l-Artikolu 17 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

5. Il-projbizzjoni ta’ interferenza mal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, interpretata skont l-Artikolu 18 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

6. Id-dritt li jgawdu minn kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u favorevoli, inkluż paga ġusta u paga adegwata li tiggarantixxi l-għajxien għall-ħaddiema impjegati u introjtu adegwat għall-għajxien għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom u għal sidien żgħar, li jaqilgħu lura mix-xogħol u l-produzzjoni tagħhom, għajxien deċenti, kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa u limitazzjoni raġonevoli tas-sigħat tax-xogħol, interpretat skont l-Artikoli 7 u 11 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;

7. Il-projbizzjoni li jiġi ristrett l-aċċess tal-ħaddiema għal akkomodazzjoni adegwata, jekk il-ħaddiema jkunu joqogħdu f’akkomodazzjoni pprovduta mill-kumpanija, u li jiġi ristrett l-aċċess tal-ħaddiema għal ikel, ħwejjeġ u ilma u sanitazzjoni adegwati fuq il-post tax-xogħol, interpretata skont l-Artikolu 11 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;

8. Id-dritt tat-tfal għall-ogħla standard ta’ saħħa li jista’ jintlaħaq interpretat skont l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; id-dritt għall-edukazzjoni interpretat skont l-Artikolu 28 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; id-dritt għal standard ta’ għajxien adegwat, interpretat skont l-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; id-dritt tat-tfal li jkunu protetti mill-isfruttament ekonomiku u milli jwettqu kwalunkwe xogħol li x’aktarx ikun perikoluż jew li jinterferixxi mal-edukazzjoni tat-tfal, jew li jkun ta’ ħsara għas-saħħa jew għall-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali jew soċjali tat-tfal, interpretat skont l-Artikolu 32 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; id-dritt tat-tfal li jkunu protetti minn kull forma ta’ sfruttament sesswali u abbuż sesswali u li jkunu protetti milli jiġu maħtufa, mibjugħa jew spostati illegalment lejn post differenti fil-pajjiż tagħhom jew barra mill-pajjiż għall-fini ta’ sfruttament, interpretat skont l-Artikoli 34 u 35 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal;

9. Il-projbizzjoni tal-impjegar ta’ tfal taħt l-età tat-tmiem tal-iskola obbligatorja u, fi kwalunkwe każ, ta’ taħt il-15-il sena, ħlief meta l-liġi tal-post tal-impjieg tipprevedi hekk skont l-Artikolu 2(4) tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar l-Età Minima, 1973 (Nru 138), interpretata skont l-Artikoli 4 sa 8 tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar l-Età Minima, 1973 (Nru 138);

10. Il-projbizzjoni tal-agħar forom ta’ tħaddim tat-tfal (persuni taħt it-18-il sena), interpretata skont l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar l-Agħar Forom ta’ Xogħol tat-Tfal, 1999 (Nru 182). Dan jinkludi:

(a) 

il-forom kollha ta’ skjavitù jew prattiki simili għall-iskjavitù, bħall-bejgħ u t-traffikar tat-tfal, il-jasar tad-dejn u s-servitù, kif ukoll ix-xogħol furzat jew obbligatorju, inkluż ir-reklutaġġ furzat jew obbligatorju tat-tfal għall-użu f’kunflitti armati;

(b) 

l-użu, l-akkwist jew l-offerta ta’ tfal għall-prostituzzjoni, għall-produzzjoni ta’ pornografija jew għal spettakli pornografiċi;

(c) 

l-użu, l-akkwist jew l-offerta ta’ tfal għal attivitajiet illeċiti, b’mod partikolari għall-produzzjoni jew it-traffikar ta’ drogi;

(d) 

xogħol li, min-natura tiegħu jew miċ-ċirkostanzi li jitwettaq fihom, x’aktarx li jagħmel ħsara lis-saħħa, lis-sikurezza jew lill-morali tat-tfal;

11. Il-projbizzjoni ta’ xogħol furzat jew obbligatorju, jiġifieri x-xogħol jew is-servizz kollu li kwalunkwe persuna tiġi mġiegħla tagħmel taħt theddida ta’ kwalunkwe penali u li għalih il-persuna msemmija ma tkunx offriet lilha nnifisha b’mod volontarju, pereżempju bħala riżultat tal-jasar tad-dejn jew tat-traffikar ta’ bnedmin, interpretata skont l-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar ix-Xogħol Furzat, 1930 (Nru 29). Xogħol furzat jew obbligatorju ma għandux ifisser kwalunkwe xogħol jew servizz li jikkonforma mal-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar ix-Xogħol Furzat, 1930 (Nru 29) jew mal-Artikolu 8(3), il-punti (b) u (c) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

12. Il-projbizzjoni ta’ kull forma ta’ skjavitù u ta’ kummerċ tal-iskjavi, inkluż prattiki simili għall-iskjavitù, servitù jew forom oħra ta’ dominazzjoni jew oppressjoni fuq il-post tax-xogħol, bħal sfruttament u umiljazzjoni ekonomiċi jew sesswali estremi, jew traffikar ta’ bnedmin, interpretata skont l-Artikolu 8 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

13. Id-dritt għal-libertà ta’ assoċjazzjoni, ta’ għaqda, id-drittijiet ta’ organizzazzjoni u tan-negozjar kollettiv, interpretat skont l-Artikoli 21 u 22 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, l-Artikolu 8 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, 1948 (Nru 87), u l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar id-Dritt ta’ Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, 1949 (Nru 98). Dawk id-drittijiet jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

il-ħaddiema huma liberi li jiffurmaw trade unions jew li jingħaqdu magħhom;

(b) 

il-formazzjoni ta’ trade union u li wieħed jingħaqad jew jissieħeb ma’ trade union ma għandhomx jintużaw bħala raġuni għal diskriminazzjoni jew ritaljazzjoni inġustifikata;

(c) 

it-trade unions huma liberi li joperaw skont il-kostituzzjonijiet u r-regoli tagħhom, mingħajr indħil mill-awtoritajiet; u

(d) 

id-dritt tal-istrajkjar u d-dritt ta’ negozjar kollettiv;

14. Il-projbizzjoni ta’ trattament inugwali fl-impjieg, sakemm dan ma jkunx ġustifikat mir-rekwiżiti tal-impjieg, interpretata skont l-Artikoli 2 u 3 tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar ir-Rimunerazzjoni Indaqs, 1951 (Nru 100), l-Artikoli 1 u 2 tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar id-Diskriminazzjoni (Impjiegi u Xogħol), 1958 (Nru 111), u l-Artikolu 7 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali. B’mod partikolari, dan jinkludi:

(a) 

il-ħlas ta’ rimunerazzjoni inugwali għal xogħol ta’ valur ugwali;

(b) 

id-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ estrazzjoni nazzjonali jew oriġini soċjali, razza, kulur, sess, reliġjon, opinjoni politika;

15. Il-projbizzjoni mill-ikkawżar ta’ kwalunkwe degradazzjoni ambjentali li tista’ titkejjel, bħal tibdil dannuż tal-ħamrija, tniġġis tal-ilma jew tal-arja, emissjonijiet dannużi, konsum eċċessiv tal-ilma, degradazzjoni tal-art, jew impatt ieħor fuq ir-riżorsi naturali, bħad-deforestazzjoni, li:

(a) 

tfixkel b’mod sostanzjali l-bażijiet naturali għall-preservazzjoni u l-produzzjoni tal-ikel;

(b) 

iċċaħħad lil persuna milli jkollha aċċess għal ilma tax-xorb sikur u nadif;

(c) 

tagħmilha diffiċli għal persuna biex taċċessa faċilitajiet sanitarji jew jeqridhom;

(d) 

tagħmel ħsara lis-saħħa, lis-sikurezza, lill-użu normali tal-art jew lill-beni akkwistati legalment ta’ persuna;

(e) 

taffettwa b’mod negattiv b’mod sostanzjali s-servizzi tal-ekosistema li permezz tagħhom ekosistema tikkontribwixxi direttament jew indirettament għall-benesseri tal-bniedem;

interpretata skont l-Artikolu 6(1) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Artikoli 11 u 12 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;

16. Id-dritt ta’ individwi, gruppi u komunitajiet għal artijiet u riżorsi u d-dritt li ma jiġux imċaħħda minn mezzi ta’ sussistenza, li jinvolvi l-projbizzjoni ta’ evakwazzjoni jew teħid ta’ art, foresti u ilmijiet b’mod illegali meta jiġu akkwistati, żviluppati jew inkella jintużaw art, foresti u ilmijiet, inkluż permezz tad-deforestazzjoni, li l-użu tagħhom jiżgura l-għajxien ta’ persuna interpretata skont l-Artikoli 1 u 27 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Artikoli 1, 2 u 11 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali.

2.    STRUMENTI DWAR ID-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM U L-LIBERTAJIET FUNDAMENTALI

— 
Il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;
— 
Il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;
— 
Il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal;
— 
Il-konvenzjonijiet ewlenin/fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol:
— 
Il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, 1948 (Nru 87);
— 
Il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta’ Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, 1949 (Nru 98);
— 
Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930 (Nru 29) u l-Protokoll tal-2014 tagħha;
— 
Il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, 1957 (Nru 105);
— 
Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima, 1973 (Nru 138);
— 
Il-Konvenzjoni dwar l-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, 1999 (Nru 182);
— 
Il-Konvenzjoni dwar ir-Rimunerazzjoni Indaqs, 1951 (Nru 100);
— 
Il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni (Impjiegi u Xogħol), 1958 (Nru 111).

Parti II

PROJBIZZJONIJIET U OBBLIGI INKLUŻI FI STRUMENTI AMBJENTALI

1. L-obbligu li jiġu evitati jew minimizzati l-impatti negattivi fuq id-diversità bijoloġika, interpretat skont l-Artikolu 10, il-punt (b), tal-Konvenzjoni tal-1992 dwar id-Diversità Bijoloġika u l-liġi applikabbli fil-ġuriżdizzjoni rilevanti, inkluż l-obbligi tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar l-iżvilupp, it-trattament, it-trasport, l-użu, it-trasferiment u r-rilaxx ta’ organiżmi modifikati ħajjin u tal-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tat-12 ta’ Ottubru 2014.

2. Il-projbizzjoni tal-importazzjoni, l-esportazzjoni, ir-riesportazzjoni jew l-introduzzjoni bil-baħar ta’ kwalunkwe eżemplar inkluż fl-Appendiċi I sa III tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) tat-3 ta’ Marzu 1973 mingħajr permess, interpretata skont l-Artikoli III, IV u V tal-Konvenzjoni;

3. Il-projbizzjoni tal-manifattura, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti miżjudin bil-merkurju elenkati fl-Anness A, il-Parti I, tal-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju, tal-10 ta’ Ottubru 2013 (il-Konvenzjoni ta’ Minamata), interpretata skont l-Artikolu 4(1) tal-Konvenzjoni;

4. Il-projbizzjoni tal-użu tal-merkurju jew tal-komposti tal-merkurju fil-proċessi tal-manifattura elenkati fl-Anness B, il-Parti I, tal-Konvenzjoni ta’ Minamata wara d-data tal-eliminazzjoni gradwali speċifikata fil-Konvenzjoni għall-proċessi individwali, interpretata skont l-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni;

5. Il-projbizzjoni tat-trattament illegali tal-iskart tal-merkurju, interpretata skont l-Artikolu 11(3) tal-Konvenzjoni ta’ Minamata u l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 );

6. Il-projbizzjoni tal-produzzjoni u l-użu ta’ sustanzi kimiċi elenkati fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (il-Konvenzjoni dwar il-POPs), tat-22 ta’ Mejju 2001, interpretata skont l-Artikolu 3(1), il-punt (a), il-punt (i), tal-Konvenzjoni u r-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 );

7. Il-projbizzjoni tat-trattament, il-ġbir, il-ħżin u r-rimi illegali tal-iskart, interpretata skont l-Artikolu 6(1), il-punt (d), il-punti (i) u (ii), tal-Konvenzjoni dwar il-POPs u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1021;

8. Il-projbizzjoni tal-importazzjoni jew l-esportazzjonita’ sustanza kimika elenkata fl-Anness III tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (UNEP/FAO), tal-10 ta’ Settembru 1998, interpretata skont l-Artikolu 10(1), l-Artikolu 11(1), il-punt (b), u l-Artikolu 11(2) tal-Konvenzjoni u indikazzjoni mill-Parti importatriċi jew esportatriċi fil-Konvenzjoni skont il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-quddiem (PIC);

9. Il-projbizzjoni tal-produzzjoni, il-konsum, l-importazzjoni u l-esportazzjoni illegali tas-sustanzi kontrollati elenkati fl-Annessi A, B, C u E tal-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu għall-Konvenzjoni ta’ Vjenna għall-Ħarsien tas-Saff tal-Ożonu, interpretata skont l-Artikolu 4B tal-Protokoll ta’ Montreal u d-dispożizzjonijiet dwar il-liċenzjar skont il-liġi applikabbli fil-ġuriżdizzjoni rilevanti;

10. Il-projbizzjoni tal-esportazzjoni ta’ skart perikoluż jew skart ieħor, interpretata skont l-Artikolu 1(1) u (2) tal-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment barra l-konfini ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi tiegħu, tat-22 ta’ Marzu 1989, (il-Konvenzjoni ta’ Basel) u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ):

(a) 

lil parti għall-Konvenzjoni li pprojbiet l-importazzjoni ta’ tali skart perikoluż u skart ieħor, interpretata skont l-Artikolu 4(1), il-punt (b), tal-Konvenzjoni ta’ Basel;

(b) 

lil stat ta’ importazzjoni li ma jagħtix il-kunsens bil-miktub għall-importazzjoni speċifika, f’każ li dak l-istat ta’ importazzjoni ma jkunx ipprojbixxa l-importazzjoni ta’ tali skart perikoluż, interpretata skont l-Artikolu 4(1), il-punt (c), tal-Konvenzjoni ta’ Basel;

(c) 

lil non-parti għall-Konvenzjoni ta’ Basel, interpretata skont l-Artikolu 4(5) tal-Konvenzjoni ta’ Basel;

(d) 

lil stat ta’ importazzjoni jekk tali skart perikoluż jew skart ieħor ma jiġix ġestit b’mod ambjentalment korrett f’dak l-istat jew xi mkien ieħor, interpretata skont l-Artikolu 4(8), l-ewwel sentenza, tal-Konvenzjoni ta’ Basel;

11. Il-projbizzjoni tal-esportazzjoni ta’ skart perikoluż mill-pajjiżi elenkati fl-Anness VII tal-Konvenzjoni ta’ Basel lejn pajjiżi mhux elenkati fl-Anness VII għall-operazzjonijiet elenkati fl-Anness IV tal-Konvenzjoni ta’ Basel, interpretata skont l-Artikolu 4 A tal-Konvenzjoni ta’ Basel u l-Artikoli 34 u 36 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006;

12. Il-projbizzjoni tal-importazzjoni ta’ skart perikoluż u skart ieħor mingħand non-Parti li ma rratifikatx il-Konvenzjoni ta’ Basel, interpretata skont l-Artikolu 4(5) tal-Konvenzjoni ta’ Basel;

13. L-obbligu li jiġu evitati jew minimizzati l-impatti negattivi fuq il-proprjetajiet delineati bħala wirt naturali kif definit fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Patrimonju Dinji Kulturali u Naturali tas-16 ta’ Novembru 1972 (il-Konvenzjoni dwar il-Patrimonju Dinji), interpretat skont l-Artikolu 5, il-punt (d), tal-Konvenzjoni dwar il-Patrimonju Dinji u l-liġi applikabbli fil-ġuriżdizzjoni rilevanti;

14. L-obbligu li jiġu evitati jew minimizzati l-impatti negattivi fuq l-artijiet mistagħdra kif definit fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Artijiet Mistagħdra ta’ Importanza Internazzjonali speċjalment bħala l-Ħabitat għall-Għasafar tal-Ilma tat-2 ta’ Frar 1971 (il-Konvenzjoni ta’ Ramsar), interpretat skont l-Artikolu 4(1) tal-Konvenzjoni ta’ Ramsar u l-liġi applikabbli fil-ġuriżdizzjoni rilevanti;

15. L-obbligu li jiġi prevenut it-tniġġis mill-vapuri, interpretat skont il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri tat-2 ta’ Novembru 1973, kif emendata mill-Protokoll tal-1978 (MARPOL 73/78). Dan jinkludi:

(a) 

il-projbizzjoni tal-iskariku fil-baħar ta’:

(i) 

żejt jew taħlitiet ta’ żejt kif definiti fir-Regolament 1 tal-Anness I tal-MARPOL 73/78, interpretata skont ir-Regolamenti 9 sa 11 tal-Anness I tal-MARPOL 73/78;

(ii) 

sustanzi likwidi noċivi kif definiti fir-Regolament 1(6) tal-Anness II tal-MARPOL 73/78, interpretata skont ir-Regolamenti 5 u 6 tal-Anness II tal-MARPOL 73/78; u

(iii) 

dranaġġ kif definit fir-Regolament 1(3) tal-Anness IV tal-MARPOL 73/78, interpretata skont ir-Regolamenti 8 u 9 tal-Anness IV tal-MARPOL 73/78;

(b) 

il-projbizzjoni ta’ tniġġis illegali minn sustanzi perikolużi trasportati bil-baħar f’forma ppakkjata kif definiti fir-Regolament 1 tal-Anness III tal-MARPOL 73/78, interpretata skont ir-Regolamenti 1 sa 7 tal-Anness III tal-MARPOL 73/78; u

(c) 

il-projbizzjoni ta’ tniġġis illegali minn żibel minn bastimenti kif definit fir-Regolament 1 tal-Anness V tal-MARPOL 73/78, interpretata skont ir-Regolamenti 3 sa 6 tal-Anness V tal-MARPOL 73/78;

16. L-obbligu tal-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġis tal-ambjent tal-baħar permezz tar-rimi, interpretat skont l-Artikolu 210 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 (UNCLOS) u l-liġi applikabbli fil-ġuriżdizzjoni rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.