+REGOLAMENT (UE) 2022/858 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar reġim pilota għall-infrastrutturi tas-suq ibbażati fuq it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 1 (a)
------+Artikolu 1 (b)
------+Artikolu 1 (c)
------+Artikolu 1 (d)
------+Artikolu 1 (e)
------+Artikolu 1 (f)
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
------+Artikolu 2 (1)
------+Artikolu 2 (2)
------+Artikolu 2 (3)
------+Artikolu 2 (4)
------+Artikolu 2 (5)
------+Artikolu 2 (6)
------+Artikolu 2 (7)
------+Artikolu 2 (8)
------+Artikolu 2 (9)
------+Artikolu 2 (10)
------+Artikolu 2 (11)
------+Artikolu 2 (12)
------+Artikolu 2 (13)
------+Artikolu 2 (14)
------+Artikolu 2 (15)
------+Artikolu 2 (16)
------+Artikolu 2 (17)
------+Artikolu 2 (18)
------+Artikolu 2 (19)
------+Artikolu 2 (20)
------+Artikolu 2 (21)
---+Artikolu 3 Limitazzjonijiet fuq l-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar f’infrastruttura tas-suq tad-DLT jew irreġistrati minnha
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 3 3
------+Artikolu 3 4
------+Artikolu 3 5
------+Artikolu 3 6
------+Artikolu 3 7
---+Artikolu 4 Rekwiżiti u eżenzjonijiet fir-rigward tal-MTFs tad-DLT
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
------+Artikolu 4 3
------+Artikolu 4 4
------+Artikolu 4 5
------+Artikolu 4 6
---+Artikolu 5 Rekwiżiti u eżenzjonijiet fir-rigward tal-SSs tad-DLT
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 5 3
------+Artikolu 5 4
------+Artikolu 5 5
------+Artikolu 5 6
------+Artikolu 5 7
------+Artikolu 5 8
------+Artikolu 5 9
------+Artikolu 5 10
------+Artikolu 5 11
------+Artikolu 5 12
---+Artikolu 6 Rekwiżiti u eżenzjonijiet fir-rigward tat-TSS tad-DLT
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
---+Artikolu 7 Rekwiżiti addizzjonali għall-infrastrutturi tas-suq tad-DLT
------+Artikolu 7 1
------+Artikolu 7 2
------+Artikolu 7 3
------+Artikolu 7 4
------+Artikolu 7 5
------+Artikolu 7 6
------+Artikolu 7 7
------+Artikolu 7 8
------+Artikolu 7 9
------+Artikolu 7 10
---+Artikolu 8 Permess speċifiku biex titħaddem MTF tad-DLT
------+Artikolu 8 1
------+Artikolu 8 2
------+Artikolu 8 3
------+Artikolu 8 4
------+Artikolu 8 5
------+Artikolu 8 6
------+Artikolu 8 7
------+Artikolu 8 8
------+Artikolu 8 9
------+Artikolu 8 10
------+Artikolu 8 11
------+Artikolu 8 12
------+Artikolu 8 13
---+Artikolu 9 Permess speċifiku biex titħaddem SS tad-DLT
------+Artikolu 9 1
------+Artikolu 9 2
------+Artikolu 9 3
------+Artikolu 9 4
------+Artikolu 9 5
------+Artikolu 9 6
------+Artikolu 9 7
------+Artikolu 9 8
------+Artikolu 9 9
------+Artikolu 9 10
------+Artikolu 9 11
------+Artikolu 9 12
------+Artikolu 9 13
---+Artikolu 10 Permess speċifiku biex titħaddem TSS tad-DLT
------+Artikolu 10 1
------+Artikolu 10 2
------+Artikolu 10 3
------+Artikolu 10 4
------+Artikolu 10 5
------+Artikolu 10 6
------+Artikolu 10 7
------+Artikolu 10 8
------+Artikolu 10 9
------+Artikolu 10 10
------+Artikolu 10 11
------+Artikolu 10 12
------+Artikolu 10 13
---+Artikolu 11 Kooperazzjoni bejn l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT, l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA
------+Artikolu 11 1
------+Artikolu 11 2
------+Artikolu 11 3
------+Artikolu 11 4
------+Artikolu 11 5
------+Artikolu 11 6
---+Artikolu 12 Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti
------+Artikolu 12 1
------+Artikolu 12 2
------+Artikolu 12 3
---+Artikolu 13 Notifika tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 14 Rapport u rieżami
------+Artikolu 14 1
------+Artikolu 14 2
---+Artikolu 15 Rapporti intermedji
---+Artikolu 16 Emenda tar-Regolament (UE) Nru 600/2014
---+Artikolu 17 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 909/2014
---+Artikolu 18 Emendi għad-Direttiva 2014/65/UE
------+Artikolu 18 (1)
------+Artikolu 18 (2)
---+Artikolu 19 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
------+Artikolu 19 1
------+Artikolu 19 2
English - European Union - Financial Industry - Banking - ICT -

REGOLAMENT (UE) 2022/858 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar reġim pilota għall-infrastrutturi tas-suq ibbażati fuq it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (UE) 2022/858 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Mejju 2022

dwar reġim pilota għall-infrastrutturi tas-suq ibbażati fuq it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji tkun adattata għall-era diġitali u tikkontribwixxi għal ekonomija li tibqa’ valida fil-futur li taħdem għaċ-ċittadini, inkluż billi tiffaċilita l-użu ta’ teknoloġiji innovattivi. L-Unjoni għandha interess ta’ politika fl-esplorazzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-adozzjoni ta’ teknoloġiji trasformattivi fis-settur finanzjarju, inkluż l-adozzjoni ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit (“DLT”). Il-kriptoassi huma waħda mill-applikazzjonijiet ewlenin tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit fis-settur finanzjarju.

(2)

Il-biċċa l-kbira tal-kriptoassi huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji u joħolqu, fost l-oħrajn, sfidi f’termini ta’ protezzjoni tal-investituri, integrità tas-suq, konsum ta’ enerġija u stabbiltà finanzjarja. Tali kriptoassi, għalhekk, jirrikjedu qafas regolatorju ddedikat fil-livell tal-Unjoni. Għall-kuntrarju, kriptoassi oħra jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Sa fejn kriptoassi jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji skont dik id-Direttiva, sett sħiħ ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, inklużi r-Regolamenti (UE) Nru 236/2012 (5), (UE) Nru 596/2014 (6), (UE) Nru 909/2014 (7) u (UE) 2017/1129 (8) u d-Direttivi 98/26/KE (9) u 2013/50/UE (10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill potenzjalment japplika għall-emittenti ta’ tali kriptoassi u għal ditti li jwettqu attivitajiet relatati ma’ tali kriptoassi.

(3)

L-hekk imsejħa “tokenizzazzjoni” tal-istrumenti finanzjarji, jiġifieri r-rappreżentazzjoni diġitali ta’ strumenti finanzjarji f’reġistri distribwiti jew il-ħruġ ta’ klassijiet ta’ assi tradizzjonali f’forma tokenizzata biex ikunu jistgħu jinħarġu, jinħażnu u jiġu ttrasferiti fuq reġistru distribwit, hija mistennija li tiftaħ opportunitajiet għal titjib fl-effiċjenza fil-proċess tan-negozjar u ta’ wara n-negozjar. Madankollu, peress li kompromessi fundamentali li jinvolvu r-riskju tal-kreditu u l-likwidità jibqgħu f’dinja tokenizzata, is-suċċess tas-sistemi bbażati fuq it-token se jiddependi, tal-anqas għalissa, minn kemm jinteraġixxu tajjeb mas-sistemi tradizzjonali bbażati fuq il-kontabbiltà.

(4)

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji ġiet imfassla mingħajr ma tqiesu t-teknoloġija ta’ reġistru distribwit u l-kriptoassi, u fiha dispożizzjonijiet li potenzjalment jipprekludu jew jillimitaw l-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit fil-ħruġ, fin-negozjar u fis-saldu ta’ kriptoassi li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji. Bħalissa, hemm ukoll nuqqas ta’ infrastrutturi tas-suq finanzjarji awtorizzati li jużaw id-DLT biex jipprovdu servizzi ta’ negozjar jew ta’ saldu, jew taħlita ta’ tali servizzi, għal kriptoassi li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji. L-iżvilupp ta’ suq sekondarju għal tali kriptoassi jista’ jġib benefiċċji multipli, bħal effiċjenza, trasparenza u kompetizzjoni msaħħa fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ negozjar u saldu.

(5)

Fl-istess ħin, jeżistu lakuni regolatorji minħabba speċifiċitajiet legali, teknoloġiċi u operazzjonali relatati mal-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit u mal-kriptoassi li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji. Pereżempju, ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ trasparenza, affidabbiltà jew sikurezza impost fuq il-protokolli u l-“kuntratti intelliġenti”, li jirfdu l-kriptoassi li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji. It-teknoloġija sottostanti tista’ wkoll toħloq xi forom ġodda ta’ riskji li mhumiex indirizzati b’mod adegwat mir-regoli eżistenti. Diversi proġetti għan-negozjar ta’ kriptoassi li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji u servizzi u attivitajiet ta’ wara n-negozjar relatati ġew żviluppati fl-Unjoni, iżda ftit minnhom diġà qed joperaw, u dawk li qed joperaw huma ta’ portata limitata. Barra minn hekk, kif enfasizzat mill-Grupp Konsultattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar l-Infrastrutturi tas-Suq għat-Titoli u l-Kollateral u l-Grupp Konsultattiv tiegħu dwar l-Infrastrutturi tas-Suq għall-Ħlasijiet, l-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit jinvolvi sfidi simili għal dawk li qed iħabbtu wiċċhom magħhom it-teknoloġija konvenzjonali, bħal kwistjonijiet ta’ frammentazzjoni u ta’ interoperabbiltà u, fl-istess ħin, potenzjalment joħolqu kwistjonijiet ġodda, pereżempju rigward il-validità legali tat-tokens. Minħabba l-esperjenza limitata fir-rigward tan-negozjar ta’ kriptoassi li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji u servizzi u attivitajiet ta’ wara n-negozjar, bħalissa kmieni wisq biex isiru modifiki sinifikanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji sabiex ikun possibbli l-użu sħiħ ta’ dawn il-kriptoassi u t-teknoloġija sottostanti tagħhom. Fl-istess ħin, il-ħolqien ta’ infrastruttura tas-suq finanzjarju għall-kriptoassi li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji bħalissa huwa ristrett minn rekwiżiti inkorporati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, li ma mhumiex adattati kompletament għall-kriptoassi li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji jew għall-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit. Pereżempju, il-pjattaformi għan-negozjar tal-kriptoassi normalment jagħtu aċċess dirett lill-investituri fil-livell tal-konsumatur, filwaqt li ċ-ċentri tan-negozjar tradizzjonali normalment jagħtu aċċess lill-investituri fil-livell tal-konsumatur biss permezz ta’ intermedjarji finanzjarji.

(6)

Sabiex ikun possibbli l-iżvilupp tal-kriptoassi li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji u l-iżvilupp ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit, filwaqt li jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-investituri, integrità tas-suq, stabbiltà finanzjarja u trasparenza u jiġu evitati arbitraġġ regolatorju u lakuni, ikun utli li jinħoloq reġim pilota biex l-infrastrutturi tas-suq ibbażat fuq teknoloġija ta’ reġistru distribwit jittestjaw tali infrastrutturi tas-suq tad-DLT (ir-“reġim pilota”). Ir-reġim pilota jenħtieġ li jippermetti li ċertu infrastruttura tas-suq tad-DLT tiġi temporanjament eżentata minn xi rekwiżiti speċifiċi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji li altrimenti jistgħu jżommu lil operaturi milli jiżviluppaw soluzzjonijiet għan-negozjar u għas-saldu ta’ tranżazzjonijiet fi kriptoassi li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji, mingħajr ma jiddgħajjef kwalunkwe rekwiżit u salvagwardja eżistenti applikati għall-infrastrutturi tradizzjonali tas-suq. L-infrastrutturi tas-suq tad-DLT u l-operaturi tagħhom jenħtieġ li jkollhom stabbiliti salvagwardji adegwati relatati mal-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit biex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tal-investituri, inklużi ktajjen definiti b’mod ċar ta’ responsabbiltà fil-konfront tal-klijenti għal kwalunkwe telf minħabba fallimenti operazzjonali. Jenħtieġ ukoll li r-reġim pilota jippermetti lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) (ESMA) u lill-awtoritajiet kompetenti jisiltu tagħlimiet mir-reġim pilota u jiksbu esperjenza mill-opportunitajiet u r-riskji speċifiċi marbuta mal-kriptoassi li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji, u mat-teknoloġija sottostanti tagħhom. Jenħtieġ li l-esperjenza miksuba bir-reġim pilota tgħin biex jiġu identifikati proposti prattiċi possibbli għal qafas regolatorju xieraq sabiex isiru aġġustamenti mmirati lil-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-ħruġ, il-kustodja u l-amministrazzjoni tal-assi, in-negozjar u s-saldu ta’ strumenti finanzjarji tad-DLT.

(7)

Sabiex jintlaħaq l-objettiv tar-reġim pilota, jenħtieġ li jinħoloq status tal-Unjoni ġdid bħala infrastruttura tas-suq tad-DLT sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun tista’ taqdi rwol ta’ tmexxija fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji f’forma tokenizzata u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ suq sekondarju għal tali assi. Jenħtieġ li l-istatus bħala l-infrastruttura tas-suq tad-DLT ikun fakultattiv u ma jżommx lill-infrastrutturi tas-suq finanzjarju, bħaċ-ċentri tan-negozjar, id-depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) u l-kontropartijiet ċentrali (CCPs), milli jiżviluppaw servizzi u attivitajiet tan-negozjar u ta’ wara n-negozjar għall-kriptoassi li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji, jew li huma bbażati fuq it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji eżistenti.

(8)

Jenħtieġ li infrastrutturi tas-suq tad-DLT jammettu għan-negozjar jew jirreġistraw biss strumenti finanzjarji f’reġistru distribwit. Jenħtieġ li l-istrumenti finanzjarji tad-DLT ikunu kriptoassi li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji u li jinħarġu, jiġu ttrasferiti u jinħażnu f’reġistru distribwit.

(9)

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji hija maħsuba biex tkun newtrali fir-rigward tal-użu ta’ kwalunkwe teknoloġija partikolari meta mqabbla ma’ oħra. Għalhekk, ir-referenzi għal tip speċifiku ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit għandhom jiġu evitati. Jenħtieġ li l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT jiżguraw li jkunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli kollha, irrispettivament mit-teknoloġija użata.

(10)

Meta jiġi applikat dan ir-Regolament, il-prinċipji tan-newtralità teknoloġika, tal-proporzjonalità, il-kundizzjonijiet ekwi ta’ kompetizzjoni, u “l-istess attività, l-istess riskji, l-istess regoli” jenħtieġ li jitqiesu sabiex jiġi żgurat li l-parteċipanti fis-suq ikollhom l-ispazju regolatorju biex ikunu innovattivi, sabiex jirrispettaw il-valuri tat-trasparenza, l-ekwità, l-istabbiltà, il-protezzjoni tal-investituri, l-obbligu ta’ rendikont u l-integrità tas-suq, u sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali kif garantit mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(11)

L-aċċess għar-reġim pilota jenħtieġ li ma jkunx limitat għall-operaturi stabbiliti iżda jenħtieġ li jkun miftuħ ukoll għall-parteċipanti l-ġodda. Entità li mhijiex awtorizzata skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 jew id-Direttiva 2014/65/UE tista’ tapplika għal awtorizzazzjoni skont dak ir-Regolament jew skont dik id-Direttiva, rispettivament, u, simultanjament, għal permess speċifiku skont dan ir-Regolament. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li ma tivvalutax jekk entità bħal din tissodisfax ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 jew tad-Direttiva 2014/65/UE li fir-rigward tagħhom tkun intalbet eżenzjoni skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tali entitajiet ikunu jistgħu jħaddmu biss infrastrutturi tas-suq tad-DLT f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni tagħhom tiġi revokata ladarba l-permess speċifiku tagħhom ikun skada, sakemm l-entitajiet ma jissottomettux talba kompluta għal awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 jew skont id-Direttiva 2014/65/UE.

(12)

Il-kunċett tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT tinkludi faċilitajiet multilaterali tan-negozjar tad-DLT (MTF tad-DLT), sistema ta’ saldu tat-titoli tad-DLT (SS tad-DLT) u sistemi ta’ negozjar u saldu tad-DLT (TSS tad-DLT). Jenħtieġ li l-infrastrutturi tas-suq tad-DLT ikunu jistgħu jikkooperaw ma’ parteċipanti oħra fis-suq biex jittestjaw soluzzjonijiet innovattivi bbażati fuq it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit f’diversi segmenti tal-katina tal-valur għas-servizzi finanzjarji.

(13)

Jenħtieġ li MTF tad-DLT tkun faċilità multilaterali tan-negozjar li titħaddem minn ditta tal-investiment jew operatur tas-suq awtorizzat skont id-Direttiva 2014/65/UE u li jkun irċieva permess speċifiku skont dan ir-Regolament. Istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE li tipprovdi servizzi ta’ investiment jew li twettaq attivitajiet ta’ investiment jenħtieġ li titħalla topera MTF tad-DLT biss meta tkun awtorizzata bħala ditta tal-investiment jew operatur tas-suq skont id-Direttiva 2014/65/UE. Jenħtieġ li MTFs tad-DLT u l-operatur tagħhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti kollha li japplikaw għal faċilità multilaterali tan-negozjar u l-operaturi tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), skont id-Direttiva 2014/65/UE jew skont kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra applikabbli tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, għajr għar-rekwiżiti li fir-rigward tagħhom tkun ingħatat eżenzjoni mill-awtorità kompetenti f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

(14)

L-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit, b’liema teknoloġija t-tranżazzjonijiet kollha jiġu rreġistrati f’reġistru distribwit, jista’ jħaffef u jikkombina n-negozjar u s-saldu kważi fil-ħin reali u jista’ jippermetti l-kombinament ta’ attivitajiet ta’ negozjar u ta’ wara n-negozjar. Madankollu, il-kombinament ta’ attivitajiet ta’ negozjar u ta’ servizzi u attivitajiet ta’ wara n-negozjar f’entità ġuridika unika bħalissa mhijiex prevista fir-regoli eżistenti, irrispettivament mit-teknoloġija użata, minħabba għażliet ta’ politika relatati mal-ispeċjalizzazzjoni u s-separazzjoni tar-riskji sabiex titħeġġeġ il-kompetizzjoni. Jenħtieġ li r-reġim pilota ma jkunx preċedent li jiġġustifika għal bidla fundamentali tas-separazzjoni tal-attivitajiet tan-negozjar u ta’ wara n-negozjar jew tax-xenarju tal-infrastrutturi tas-suq finanzjarju. Madankollu, fid-dawl tal-benefiċċji potenzjali tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit f’termini ta’ kombinament tan-negozjar u s-saldu, huwa ġġustifikat li tiġi prevista infrastruttura tas-suq tad-DLT iddedikata fir-reġim pilota, jiġifieri, it-TSS tad-DLT, li tikkombina l-attivitajiet normalment imwettqa minn faċilitajiet multilaterali tan-negozjar u sistemi ta’ saldu tat-titoli.

(15)

Jenħtieġ li TSS tad-DLT tkun jew MTF tad-DLT li tikkombina s-servizzi mwettqa minn MTF tad-DLT u minn SS tad-DLT, u jenħtieġ li titħaddem minn ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li jkunu rċevew permess speċifiku biex iħaddmu TSS tad-DLT skont dan ir-Regolament, jew jenħtieġ li tkun SS tad-DLT li tikkombina s-servizzi mwettqa minn MTF tad-DLT u minn SS tad-DLT, u jenħtieġ li titħaddem minn CSD li jkun irċieva permess speċifiku biex iħaddem TSS tad-DLT skont dan ir-Regolament. Istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE li tipprovdi servizzi ta’ investiment jew li twettaq attivitajiet ta’ investiment jenħtieġ li titħalla topera TSS tad-DLT biss meta tkun awtorizzata bħala ditta tal-investiment jew operatur tas-suq skont id-Direttiva 2014/65/UE. Jenħtieġ li ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li jħaddem TSS tad-DLT ikunu soġġetti għar-rekwiżiti kollha li japplikaw għal MTF tad-DLT, u CSD li jħaddem TSS tad-DLT jenħtieġ li jkun soġġett għar-rekwiżiti kollha li japplikaw għal SS tad-DLT. Peress li TSS tad-DLT tippermetti lil ditta tal-investiment jew operatur tas-suq jipprovdu wkoll servizzi ta’ saldu, u tippermetti lil CSD jipprovdi wkoll servizzi ta’ negozjar, huwa meħtieġ li d-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti li japplikaw għal SS tad-DLT, u li s-CSDs jikkonformaw mar-rekwiżiti li japplikaw għal MTF tad-DLT. Peress li s-CSDs mhumiex soġġetti għal ċerti rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni u organizzazzjonali skont id-Direttiva 2014/65/UE meta jipprovdu servizzi jew attivitajiet ta’ investiment f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 909/2014, huwa xieraq li jittieħed approċċ simili fir-reġim pilota kemm għad-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq kif ukoll għas-CSDs li jħaddmu TSS tad-DLT. Għalhekk, ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li jħaddem TSS tad-DLT jenħtieġ li jkunu eżentati minn sett limitat ta’ awtorizzazzjoni u rekwiżiti organizzazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014, peress li d-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq se jkunu meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni u organizzazzjonali skont id-Direttiva 2014/65/UE. Min-naħa l-oħra, CSD li jħaddem TSS tad-DLT jenħtieġ li jiġi eżentat minn sett limitat ta’ rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni u organizzazzjonali skont id-Direttiva 2014/65/UE, peress li s-CSD se jkun meħtieġ jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni u organizzazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014. Jenħtieġ li tali eżenzjonijiet ikunu temporanji u jenħtieġ li ma japplikawx għal infrastruttura tas-suq tad-DLT li topera barra r-reġim pilota. L-ESMA jenħtieġ li tkun tista’ tivvaluta l-istandards tekniċi dwar iż-żamma tar-reġistri u r-riskji operazzjonali adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 bil-għan li tiżgura li dawn jiġu applikati b’mod proporzjonat għad-ditti tal-investiment jew għall-operaturi tas-suq li jħaddmu TSS tad-DLT.

(16)

Jenħtieġ li l-operaturi tat-TSSs tad-DLT ikunu jistgħu jitolbu l-istess eżenzjonijiet bħal dawk disponibbli għall-operaturi tal-MTFs tad-DLT u tal-SSs tad-DLT, dment li dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet marbuta mal-eżenzjonijiet u ma’ kwalunkwe miżurata’ kumpens rikjesta mill-awtoritajiet kompetenti. Kunsiderazzjonijiet simili għal dawk li japplikaw għall-MTFs tad-DLT u għall-SSs tad-DLT jenħtieġ li japplikaw għall-eżenzjonijietli huma disponibbli għat-TSSs tad-DLT, għal kwalunkwe kundizzjoni marbuta ma’ dawk l-eżenzjonijiet, u l-miżuri ta’ kumpens.

(17)

Sabiex tiġi prevista flessibbiltà addizzjonali fl-applikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 għad-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li jħaddmu TSS tad-DLT filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi mas-CSDs li jipprovdu servizzi ta’ saldu taħt ir-reġim pilota, jenħtieġ li ċerti eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament li jikkonċernaw miżuri għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-fallimenti tas-saldu, mir-rekwiżiti għall-parteċipazzjoni u t-trasparenza, u mir-rekwiżiti biex jintużaw ċerti proċeduri ta’ komunikazzjoni mal-parteċipanti u infrastrutturi oħra tas-suq ikunu disponibbli għas-CSDs li jħaddmu SS tad-DLT jew TSS tad-DLT, u għad-ditti tal-investiment jew għall-operaturi tas-suq li jħaddmu TSS tad-DLT. Dawk l-eżenzjonijiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għal kundizzjonijiet marbuta magħhom, inkluż ċerti rekwiżiti minimi, u kwalunkwe kwalunkwe miżura ta’ kumpens rikjesta mill-awtorità kompetenti, sabiex tissodisfa l-objettivi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 li fir-rigward tagħhom tintalab eżenzjoni, jew sabiex tissalvagwardja l-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq jew l-istabbiltà finanzjarja. Jenħtieġ li l-operatur ta’ TSS tad-DLT juri li l-eżenzjoni mitluba hija proporzjonata u ġġustifikata mill-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit.

(18)

Jenħtieġ li SS tad-DLT tkun sistema ta’ saldu mħaddma minn CSD awtorizzat skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 li jkun irċieva permess speċifiku biex iħaddem SS tad-DLT skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li SS tad-DLT, u s-CSD li jħaddimha, ikunu soġġetti għar-rekwiżiti rilevanti kollha skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014, u kwalunkwe leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, ħlief għar-rekwiżiti li fir-rigward tagħhom tkun ingħatat eżenzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

(19)

Meta l-BĊE u l-banek ċentrali Ewropej, jew istituzzjonijiet oħra mmexxija minn Stati Membri li jwettqu funzjonijiet simili, jew korpi pubbliċi oħra inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku fl-Unjoni jew li jintervjenu fih, iħaddmu SS tad-DLT, jenħtieġ li dawn ma jkunux meħtieġa jitolbu permess minn awtorità kompetenti sabiex jibbenefikaw minn eżenzjoni skont dan ir-Regolament, peress li tali entitajiet mhumiex meħtieġa jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti jew jikkonformaw mal-istruzzjonijiet tagħhom, u huma soġġetti għal sett limitat ta’ rekwiżiti skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014.

(20)

Jenħtieġ li l-ħolqien tar-reġim pilota jkun mingħajr preġudizzju għall-kompiti u għar-responsabbiltajiet tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fil-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, biex jiġi promoss l-operat bla xkiel tas-sistemi ta’ pagament u jiġu żgurati sistemi ta’ kklerjar u ta’ pagament effiċjenti u sodi fl-Unjoni u ma’ pajjiżi terzi.

(21)

L-assenjazzjoni tar-responsabbiltajiet superviżorji previsti f’dan ir-Regolament hija ġġustifikata mill-karatteristiċi u r-riskji speċifiċi tar-reġim pilota. Għalhekk, l-arkitettura superviżorja tar-reġim pilota ma għandhiex tinftiehem bħala li tistabbilixxi preċedent għal kwalunkwe att futur tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji.

(22)

Jenħtieġ li l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT ikunu responsabbli fil-każ ta’ telf ta’ fondi, ta’ kollateral jew ta’ strument finanzjarju tad-DLT. Jenħtieġ li r-responsabbiltà tal-operatur ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT tkun limitata għall-valur tas-suq tal-assi mitluf meta jseħħ it-telf. Jenħtieġ li l-operatur ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT ma jkunx responsabbli għal avvenimenti li mhumiex attribwibbli għall-operatur, b’mod partikolari, kwalunkwe avveniment li l-operatur juri li seħħ indipendentement mill-operazzjonijiet tiegħu, inklużi problemi dovuti għal xi ħaġa li ġrat esternament lil hinn mill-kontroll raġonevoli tiegħu.

(23)

Sabiex l-innovazzjoni u l-isperimentazzjoni f’ambjent regolatorju sod ikunu possibbli filwaqt li jinżammu l-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq u l-istabbiltà finanzjarja, jenħtieġ li t-tip ta’ strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jew irreġistrati f’infrastruttura tas-suq tad-DLT, ikunu limitati għal ishma, bonds, u unitajiet fl-impriżi għal investiment kollettiv li jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta’ eżekuzzjoni biss skont id-Direttiva 2014/65/UE. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi limiti ta’ valur li jistgħu jitbaxxew f’ċerti sitwazzjonijiet. B’mod partikolari, sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ kwalunkwe riskju għall-istabbiltà finanzjarja, jenħtieġ li l-valur tas-suq totali tal-istrumenti finanzjarji tad-DLT ammessi għan-negozjar jew irreġistrati f’infrastruttura tas-suq tad-DLT ikunu limitati.

(24)

Sabiex nimxu lejn kundizzjonijiet ekwi għall-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar f’ċentri tan-negozjar tradizzjonali skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/65/UE u sabiex jiġu żgurati livelli għolja ta’ protezzjoni tal-investituri, ta’ integrità tas-suq u ta’ stabbilità finanzjarja, jenħtieġ li l-istrumenti finanzjarji tad-DLT, ammessi għan-negozjar f’MTF tad-DLT jew f’TSS tad-DLT, ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet li jipprojbixxu l-abbuż tas-suq skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014.

(25)

Fuq it-talba ta’ operatur ta’ MTF tad-DLT, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jitħallew jagħtu eżenzjoni waħda jew aktar fuq bażi temporanja, jekk l-operatur jikkonforma mal-kundizzjonijiet marbuta ma’ dawn l-eżenzjonijiet kif ukoll ma’ kwalunkwe rekwiżit addizzjonali stabbilit skont dan ir-Regolament biex jiġu indirizzati forom ġodda ta’ riskji li jirriżultaw mill-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit. Jenħtieġ ukoll li operatur ta’ MTF tad-DLT jikkonforma ma’ kwalunkwe miżura ta’ kumpens rikjesti mill-awtorità kompetenti sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-dispożizzjoni li għaliha tkun ġiet rikjesta eżenzjoni, jew sabiex jiġu salvagwardati l-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq jew l-istabbiltà finanzjarja.

(26)

Fuq it-talba ta’ operatur ta’ MTF tad-DLT, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jitħallew jagħtu eżenzjoni mill-obbligu ta’ intermedjazzjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE. Bħalissa, il-faċilitajiet ta’ negozjar tradizzjonali jitħallew jammettu bħala membri jew parteċipanti biss ditti tal-investiment, istituzzjonijiet ta’ kreditu u persuni oħra li għandhom livell suffiċjenti ta’ kapaċità ta’ negozjar u kompetenza u li jżommu arranġamenti u riżorsi organizzattivi adegwati. Għall-kuntrarju, ħafna pjattaformi għan-negozjar tal-kriptoassi joffru aċċess diżintermedjat u jipprovdu aċċess dirett għal investituri fil-livell tal-konsumatur. Għalhekk, ostaklu regolatorju potenzjali għall-iżvilupp ta’ faċilitajiet multilaterali tan-negozjar għal strumenti finanzjarji tad-DLT jista’ jkun l-obbligu tal-intermedjazzjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE. Fuq it-talba ta’ operatur ta’ MTF tad-DLT, l-awtorità kompetenti għalhekk jenħtieġ li titħalla tagħti eżenzjoni temporanja minn dak l-obbligu ta’ intermedjazzjoni sabiex tipprovdi aċċess dirett għall-investituri fil-livell tal-konsumatur u tippermettilhom jinnegozjaw f’isimhom stess, dment li jkun hemm fis-seħħ salvagwardji adegwati rigward il-protezzjoni tal-investituri, li tali investituri fil-livell tal-konsumatur jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet u li l-operatur jikkonformi ma’ kwalunkwe miżura addizzjonali ta’ protezzjoni tal-investituri li tirrikjedi l-awtorità kompetenti. L-investituri fil-livell tal-konsumatur li jkollhom aċċess dirett għal MTF tad-DLT bħala membri jew parteċipanti taħt eżenzjoni mill-obbligu ta’ intermedjazzjoni jenħtieġ li ma jitqisux bħala ditti tal-investiment fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2014/65/UE unikament minħabba li jkunu membri ta’ MTF tad-DLT jew parteċipanti fiha.

(27)

Fuq it-talba ta’ operatur ta’ MTF tad-DLT, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ ukoll li jitħallew jagħtu eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ rapportar tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, dment li l-MTF tad-DLT tissodisfa ċerti kundizzjonijiet.

(28)

Biex ikun eliġibbli għal eżenzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li operatur ta’ MTF tad-DLT juri li l-eżenzjoni mitluba hija proporzjonata u limitata għall-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit kif deskritt fil-pjan tan-negozju tiegħu, u li l-eżenzjoni mitluba hija limitata għall-MTF tad-DLT u ma testendix għal kwalunkwe faċilità tan-negozjar multilaterali oħra mħaddma mill-istess ditta tal-investiment jew operatur tas-suq.

(29)

Fuq talba ta’ CSD li jħaddem SS tad-DLT l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu permessi li jagħtu eżenzjoni waħda jew aktar fuq bażi temporanja, jekk jikkonforma mal-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali eżenzjonijiet kif ukoll ma’ kwalunkwe rekwiżit addizzjonali stabbilit skont dan ir-Regolament biex jiġu indirizzati forom ġodda ta’ riskji li jirriżultaw mill-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit. Jenħtieġ ukoll li CSD li jħaddem SS tad-DLT jikkonforma ma’ kwalunkwe miżura ta’ kumpens rikjesta mill-awtorità kompetenti sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-dispożizzjoni li għaliha ġiet mitluba eżenzjoni, jew sabiex jiġu salvagwardati l-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq jew l-istabbiltà finanzjarja.

(30)

Jenħtieġ li jkun permess li jiġu eżentati CSDs li jħaddmu SS tad-DLT minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 li x’aktarx joħolqu ostakli regolatorji għall-iżvilupp tal-SSs tad-DLT. Pereżempju, l-eżenzjonijiet jenħtieġ li jkunu possibbli sal-punt li r-regoli ta’ dak ir-Regolament applikabbli għal CSDs u li jirreferu għat-termini “forma dematerjalizzata”, “kont ta’ titoli” jew “ordnijiet ta’ trasferiment” ma japplikawx għal CSDs li jħaddmu SS tad-DLT, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti għal rabtiet tas-CSD li jenħtieġ li japplikaw mutatis mutandis. Fir-rigward tat-terminu “kont ta’ titoli”, l-eżenzjoni tkun tkopri r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni tat-titoli, l-integrità tal-ħruġ u s-segregazzjoni tal-kontijiet. Filwaqt li s-CSDs iħaddmu sistemi ta’ saldu tat-titoli billi jikkreditaw u jiddebitaw il-kontijiet tat-titoli tal-parteċipanti tagħhom, kontijiet tat-titoli biż-żamma tal-kotba b’kontroentrati jew b’entrati multipli mhux dejjem jistgħu jkunu fattibbli f’SS tad-DLT. Għalhekk, eżenzjoni jenħtieġ li tkun possibbli wkoll għal CSD li jħaddem SS tad-DLT mir-regoli fir-Regolament (UE) Nru 909/2014 li jirreferu għat-terminu ta’ “forma dematerjalizzata” fejn tali eżenzjoni tkun meħtieġa biex tkun possibbli r-reġistrazzjoni ta’ strumenti finanzjarji tad-DLT f’reġistru distribwit. Madankollu, CSD li jħaddem SS tad-DLT jenħtieġ li xorta jiżgura l-integrità tal-ħruġ tal-istrumenti finanzjarji tad-DLT fir-reġistru distribwit u s-segregazzjoni tal-istrumenti finanzjarji tad-DLT li jappartjenu għal diversi parteċipanti.

(31)

CSD li jħaddem SS tad-DLT jenħtieġ li dejjem jibqa’ soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, li skontu CSD li jesternalizza s-servizzi jew l-attivitajiet lil parti terza jibqa’ kompletament responsabbli mir-rispett tal-obbligi kollha tiegħu skont dak ir-Regolament u huwa meħtieġ jiżgura li kwalunkwe esternalizzazzjoni ma tirriżultax fid-delega tar-responsabbiltà tiegħu. Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014, jippermetti biss CSDs li jħaddmu SS tad-DLT biex jesternalizzaw servizz jew attività ewlenija wara li jirċievu awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti. CSD li jħaddem SS tad-DLT jenħtieġ, għalhekk, li jkun jista’ jitlob eżenzjoni minn dak ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni meta s-CSD juri li r-rekwiżit huwa inkompatibbli mal-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit kif previst fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tiegħu. Jenħtieġ li d-delega ta’ kompiti li jappartjenu għall-funzjonament ta’ SS tad-DLT, jew għall-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit, biex jitwettaq is-saldu, ma titqiesx bħala esternalizzazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 909/2014.

(32)

L-obbligu ta’ intermedjazzjoni permezz ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment sabiex l-investituri fil-livell tal-konsumaturi jinżammu milli jiksbu aċċess dirett għas-sistemi ta’ saldu u ta’ kunsenja mħaddma minn CSD jista’ joħloq ostaklu regolatorju għall-iżvilupp ta’ mudelli alternattivi ta’ saldu bbażati fuq teknoloġija ta’ reġistru distribwit li jippermetti aċċess dirett minn investituri fil-livell tal-konsumaturi. Għalhekk, jenħtieġ li tkun permessa eżenzjoni għas-CSDs li jħaddmu SS tad-DLT fis-sens li t-terminu “parteċipant” fid-Direttiva 98/26/KE huwa meqjus li jinkludi, taħt ċerti kundizzjonijiet, persuni oħra barra dawk imsemmija f’dik id-Direttiva. Meta jitlob eżenzjoni mill-obbligu ta’ intermedjazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, jenħtieġ li s-CSD li jħaddem SS tad-DLT jiżgura li l-persuni li għandhom jiġu ammessi bħala parteċipanti jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. Jenħtieġ ukoll li CSD li jħaddem SS tad-DLT jiżgura li l-parteċipanti tagħha jkollhom livell suffiċjenti ta’ abbiltà, kompetenza, esperjenza u għarfien dwar attivitajiet ta’ wara n-negozjar u l-funzjonament ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit.

(33)

Entitajiet li huma eliġibbli li jipparteċipaw f’CSD skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 jikkorrispondu għall-entitajiet li huma eliġibbli li jipparteċipaw f’sistema ta’ saldu tat-titoli li hija nnominata u nnotifikata f’konformità mad-Direttiva 98/26/KE, minħabba li r-Regolament (UE) Nru 909/2014 jeħtieġ li s-sistemi ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSDs jiġu nnominati u nnotifikati skont id-Direttiva 98/26/KE. B’dan, operatur ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli abbażi ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit li jitlob li jiġi eżentat mir-rekwiżiti ta’ parteċipazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 jirriżulta f’nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ parteċipazzjoni tad-Direttiva 98/26/KE. Konsegwentement, dik is-sistema ta’ saldu tat-titoli ma setgħetx tiġi nnominata u nnotifikata skont dik id-Direttiva u għal dik ir-raġuni ma tissejjaħx “sistema ta’ saldu tat-titoli tad-DLT” f’dan ir-Regolament iżda pjuttost bħala SS tad-DLT. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti lil CSD iħaddem SS tad-DLT li ma tikkwalifikax bħala sistema ta’ saldu tat-titoli nnominata skont id-Direttiva 98/26/KE, u jenħtieġ li tkun disponibbli eżenzjoni mir-regoli dwar il-finalità tas-saldu fir-Regolament (UE) Nru 909/2014, soġġetta għal ċerti miżuri ta’ kumpens, inklużi miżuri speċifiċi ta’ kumpens biex inaqqsu r-riskji li jirriżultaw mill-insolvenza, peress li l-miżuri ta’ protezzjoni f’każ ta’ insolvenza skont id-Direttiva 98/26/KE ma japplikawx. Madankollu, tali eżenzjoni ma tipprekludix SS tad-DLT li tikkonforma mar-rekwiżiti kollha tad-Direttiva 98/26/KE milli tiġi nnominata u nnotifikata bħala sistema ta’ saldu tat-titoli f’konformità ma’ dik id-Direttiva.

(34)

Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 jinkoraġġixxi s-saldu ta’ tranżazzjonijiet fi flus tal-bank ċentrali. Meta s-saldu ta’ pagamenti fi flus kontanti fi flus tal-bank ċentrali ma jkunx prattiku u disponibbli, għandu jkun possibbli li s-saldu jsir permezz tal-kontijiet proprji tas-CSD f’konformità ma’ dak ir-Regolament jew permezz ta’ kontijiet miftuħa ma’ istituzzjoni ta’ kreditu (“flus tal-bank kummerċjali”). Madankollu, din ir-regola tista’ tkun diffiċli biex tapplika għal CSD li jħaddem SS tad-DLT, minħabba li CSD bħal dan ikollu jaffettwa l-movimenti fil-kontijiet tal-flus fl-istess ħin mal-kunsenja tat-titoli rreġistrati fir-reġistru distribwit. Għalhekk jenħtieġ li tkun permessa eżenzjoni temporanja għas-CSDs li jħaddmu SS tad-DLT mid-dispożizzjoni ta’ dak ir-Regolament dwar is-saldu fi flus kontanti sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi taħt ir-reġim pilota billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-flus tal-banek kummerċjali, jew l-użu ta’ “tokens tal-flus elettroniċi”. Is-saldu fi flus tal-bank ċentrali jista’ jitqies bħala mhux prattiku u disponibbli jekk is-saldu fi flus tal-bank ċentrali f’reġistru distribwit ma jkunx disponibbli.

(35)

Minbarra r-rekwiżiti li wrew bi provi li mhumiex prattiċi f’ambjent ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit, ir-rekwiżiti marbuta mas-saldu fi flus kontanti skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 ikomplu japplikaw barra mir-reġim pilota. Għalhekk, jenħtieġ li l-operaturi tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT jiddeskrivu fil-pjanijiet tan-negozju tagħhom kif beħsiebhom jikkonformaw mat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 f’każ li eventwalment joħorġu mir-reġim pilota.

(36)

Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 jeħtieġ li CSD jipprovdi aċċess għal CSD ieħor, jew għal infrastrutturi tas-suq oħra, fuq bażi nondiskriminatorja u trasparenti. L-għoti ta’ aċċess lil CSD li jħaddem SS tad-DLT jista’ jkun teknikament aktar kumpless, oneruż jew diffiċli biex jinkiseb, minħabba li l-interoperabbiltà tas-sistemi miruta mat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit għadha ma ġietx ittestjata. Għalhekk jenħtieġ ukoll li jkun possibbli li tingħata lil SS tad-DLT eżenzjoni minn dak ir-rekwiżit jekk din turi li l-applikazzjoni tar-rekwiżit tkun sproporzjonata għall-iskala tal-attivitajiet tal-SS tad-DLT.

(37)

Irrispettivament mir-rekwiżit li ntalbet eżenzjoni relatata miegħu, jenħtieġ li CSD li jħaddem SS tad-DLT juri li l-eżenzjoni mitluba hija proporzjonata u ġġustifikata bl-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit. Jenħtieġ li l-eżenzjoni tkun limitata għall-SS tad-DLT u jenħtieġ li ma tkoprix sistemi ta’ saldu oħra mħaddma mill-istess CSD.

(38)

Jenħtieġ li l-infrastrutturi tas-suq tad-DLT u l-operaturi tagħhom ikunu soġġetti għal aktar rekwiżiti meta mqabbla mal-infrastrutturi tas-suq tradizzjonali. Ir-rekwiżiti addizzjonali huma meħtieġa biex jiġu evitati riskji relatati mal-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit jew il-mod li bih topera l-infrastruttura tas-suq tad-DLT. Għalhekk, jenħtieġ li operatur ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT jistabbilixxi pjan tan-negozju ċar li jagħti dettalji dwar kif se tintuża t-teknoloġija ta’ reġistru distribwit u t-termini legali applikabbli.

(39)

L-operaturi ta’ infrastrutturi tas-suq tad-DLT jenħtieġ li jistabbilixxu, jew jiddokumentaw, skont il-każ, regoli dwar il-funzjonament tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit li dawn jużaw, inklużi regoli dwar l-aċċess għal, u l-ammissjoni għan-negozjar dwar ir-reġistru distribwit, regoli dwar il-parteċipazzjoni ta’ nodi ta’ validazzjoni u regoli biex jiġu indirizzati l-kunflitti ta’ interess potenzjali, kif ukoll il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju.

(40)

Operatur ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT jenħtieġ li jkun meħtieġ li jipprovdi informazzjoni lill-membri, lill-parteċipanti, lill-emittenti u lill-klijenti dwar kif hu beħsiebu jwettaq l-attivitajiet tiegħu u kif l-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit jiddevja mill-mod kif servizzi normalment jiġi pprovduti minn faċilità tan-negozjar multilaterali tradizzjonali jew minn CSD li jħaddem sistema ta’ saldu tat-titoli.

(41)

Jenħtieġ li infrastrutturi tas-suq tad-DLT ikollha arranġamenti speċifiċi u robusti tal-IT u dawk ċibernetiċi relatati mal-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit. Jenħtieġ li tali arranġamenti jkunu proporzjonati man-natura, il-portata u l-kumplessità tal-pjan ta’ negozju tal-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT. Jenħtieġ ukoll li dawk l-arranġamenti jiżguraw il-kontinwità u t-trasparenza kontinwa, id-disponibbiltà, l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-servizzi pprovduti, inkluża l-affidabbiltà ta’ kwalunkwe kuntratt intelliġenti li jintuża, irrispettivament minn jekk dawk il-kuntratti intelliġenti jinħolqu mill-infrastruttura tas-suq tad-DLT innifisha jew minn parti terza wara proċeduri ta’ esternalizzazzjoni. Jenħtieġ ukoll li l-infrastrutturi tas-suq tad-DLT jiżguraw l-integrità, is-sigurtà, il-kunfidenzjalità, id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tad-data maħżuna fir-reġistru distribwit. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti għal infrastruttura tas-suq tad-DLT titħalla tirrikjedi awditu biex tiżgura li l-arranġamenti ġenerali tal-IT u dawk ċibernetiċi tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT huma adattati għall-iskop tagħhom. Jenħtieġ li l-kostijiet tal-awditu jitħallsu mill-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT.

(42)

Meta l-pjan tan-negozju ta’ operatur ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT jinvolvi l-kustodja tal-fondi tal-klijenti, bħal flus kontanti jew ekwivalenti ta’ flus, jew ta’ strumenti finanzjarji tad-DLT, jew tal-mezzi ta’ aċċess għal tali strumenti finanzjarji tad-DLT, inkluż fil-forma ta’ ċwievet kriptografiċi, jenħtieġ li l-infrastruttura tas-suq tad-DLT ikollha arranġamenti adegwati fis-seħħ biex tissalvagwardja dawk l-assi. Jenħtieġ li operaturi ta’ infrastrutturi tas-suq tad-DLT ma jużawx l-assi tal-klijenti f’isem dawk l-operaturi stess, għajr bil-kunsens espliċitu bil-miktub minn qabel mill-klijenti tagħhom. Jenħtieġ li infrastrutturi tas-suq tad-DLT jissegregaw il-fondi tal-klijenti u l-istrumenti finanzjarji tad-DLT, u l-mezzi ta’ aċċess għal dawn l-assi, mill-assi tagħhom stess jew minn assi ta’ klijenti oħra. Jenħtieġ li l-arranġamenti ġenerali tal-IT u dawk ċibernetiċi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT jiżguraw li l-assi tal-klijenti jiġu protetti kontra l-frodi, l-attakki ċibernetiċi u malfunzjonijiet operazzjonali serji oħra.

(43)

Fiż-żmien meta jingħata permess speċifiku, jenħtieġ li l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT ikollhom fis-seħħ ukoll strateġija ta’ ħruġ kredibbli f’każ li r-reġim pilota jiġi sospiż, il-permess speċifiku jew uħud mill-eżenzjonijiet mogħtija jiġu rtirati, jew il-limiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jinqabżu. Dik l-istrateġija għandha tinkludi t-tranżizzjoni jew it-treġġigħ lura tal-operazzjonijiet tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit tagħhom f’infrastrutturi tas-suq tradizzjonali. Għal dak il-għan, parteċipanti ġodda jew operaturi tat-TSS tad-DLT li ma jħaddmux infrastruttura tas-suq tradizzjonali fuq liema jistgħu jittrasferixxu strumenti finanzjarji tad-DLT jenħtieġ li jfittxu li jikkonkludu arranġamenti ma’ operaturi ta’ infrastrutturi tas-suq tradizzjonali. Dan huwa ta’ importanza partikolari għar-reġistrazzjoni tal-istrumenti finanzjarji tad-DLT. Għalhekk, is-CSDs jenħtieġ li jkunu soġġetti għal ċerti rekwiżiti biex jistabbilixxu tali arranġamenti. Barra minn hekk, is-CSDs jenħtieġ li jikkonkludu tali arranġamenti b’mod mhux diskriminatorju u jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddebitaw dritt kummerċjali raġonevoli bbażat fuq il-kostijiet reali.

(44)

Jenħtieġ li permess speċifiku mogħti lil operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT isegwi b’mod wiesa’ l-istess proċeduri bħal dawk għall-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 jew id-Direttiva 2014/65/UE. Madankollu, meta japplika għal permess speċifiku skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-applikant jindika l-eżenzjonijiet li jkun qed jitlob. Qabel ma jingħata permess speċifiku lil infrastruttura tas-suq tad-DLT, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tagħti lill-ESMA l-informazzjoni rilevanti kollha. Meta meħtieġ, jenħtieġ li l-ESMA toħroġ opinjoni mhux vinkolanti dwar l-eżenzjonijiet mitluba jew dwar l-adegwatezza tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tali opinjoni mhux vinkolanti ma titqiesx bħala opinjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Jenħtieġ li l-ESMA tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra meta tkun qed tħejji l-opinjoni tagħha. Mal-opinjoni mhux vinkolanti tagħha, jenħtieġ li l-ESMA jkollha l-għan li tiżgura l-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq u l-istabbiltà finanzjarja. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u kompetizzjoni ġusta fis-suq intern kollu, jenħtieġ li l-opinjoni mhux vinkolanti tal-ESMA u l-linji gwida jimmiraw li jiżguraw il-konsistenza u l-proporzjonalità tal-eżenzjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kompetenti differenti fl-Unjoni, inkluż meta tiġi evalwata l-adegwatezza ta’ diversi tipi ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit użati minn operaturi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(45)

Ir-reġistrazzjoni tat-titoli, iż-żamma tal-kontijiet tat-titoli u l-ġestjoni tas-sistemi tas-saldu huma attivitajiet li huma koperti minn dispożizzjonijiet mhux armonizzati tal-liġi nazzjonali, bħal-liġi soċjetarja u dwar it-titoli. Għalhekk huwa importanti li l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT jikkonformaw mar-regoli applikabbli kollha u jippermettu lill-utenti tagħhom jagħmlu dan.

(46)

Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti li teżamina applikazzjoni ppreżentata minn operatur ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT ikollha l-possibbiltà li tirrifjuta li tagħti permess speċifiku jekk ikun hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li l-infrastruttura tas-suq tad-DLT ma tkunx tista’ tikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni jew mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, jekk ikun hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li l-infrastruttura tas-suq tad-DLT tkun ta’ riskju għall-protezzjoni tal-investituri, għall-integrità tas-suq jew għall-istabbiltà finanzjarja, jew jekk l-applikazzjoni tkun tentattiv biex jiġu evitati r-rekwiżiti eżistenti.

(47)

Jenħtieġ li permess speċifiku mogħti minn awtorità kompetenti lil operatur ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT jindika l-eżenzjonijiet mogħtija lil dik l-infrastruttura tas-suq tad-DLT. Jenħtieġ li jkun validu fl-Unjoni kollha, iżda għall-perijodu ta’ żmien biss tar-reġim pilota. Jenħtieġ li l-ESMA tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT u lista tal-eżenzjonijiet mogħtija lil kull waħda minnhom.

(48)

Jenħtieġ li l-permessi speċifiċi u l-eżenzjonijiet jingħataw fuq bażi temporanja, għal perijodu ta’ mhux aktar minn sitt snin mid-data tal-permess speċifiku, u jenħtieġ li jkunu validi biss għat-tul tar-reġim pilota. Dak il-perijodu ta’ sitt snin jenħtieġ li jagħti lill-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT biżżejjed ħin biex jadattaw il-mudelli ta’ negozju tagħhom għal kwalunkwe modifika tar-reġim pilota u joperaw taħt ir-reġim pilota b’mod kummerċjalment vijabbli. Dan jippermetti wkoll lill-ESMA u lill-Kummissjoni jiġbru sett ta’ data utli dwar l-operazzjoni tar-reġim pilota wara l-għoti ta’ massa kritika ta’ permessi speċifiċi u eżenzjonijiet relatati. Fl-aħħar, dan jippermetti wkoll biżżejjed żmien lill-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT biex jieħdu l-passi meħtieġa jew biex iwaqqfu l-operazzjonijiet tagħhom jew biex jgħaddu għal qafas regolatorju ġdid wara r-rapporti maħruġa mill-ESMA u mill-Kummissjoni.

(49)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 909/2014 u għad-Direttiva 2014/65/UE, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jirtiraw permess speċifiku jew kwalunkwe eżenzjoni mogħtija lil infrastruttura tas-suq tad-DLT meta jkun ġie skopert difett fit-teknoloġija sottostanti jew fis-servizzi u fl-attivitajiet ipprovduti mill-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT, jekk dak id-difett ikun akbar mill-benefiċċji tas-servizz u tal-attivitajiet inkwistjoni, jew meta l-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT ikun kiser kwalunkwe obbligazzjoni marbuta mal-permessi jew l-eżenzjonijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti, jew meta l-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT ikun irreġistra strumenti finanzjarji li jaqbżu l-limiti stipulati f’dan ir-Regolament jew li ma jissodisfawx kundizzjonijiet oħra li japplikaw għall-istrumenti finanzjarji tad-DLT skont dan ir-Regolament. Matul l-attività tiegħu, l-operatur ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà li jitlob eżenzjonijiet addizzjonali għal dawk mitluba fiż-żmien tal-applikazzjoni inizjali. F’każ bħal dan, jenħtieġ li l-eżenzjonijiet addizzjonali mitluba mingħand l-awtorità kompetenti, bl-istess mod bħal dawk mitluba fiż-żmien tat-talba inizjali għal permess għall-infrastruttura tas-suq tad-DLT.

(50)

Peress li, taħt ir-reġim pilota, l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT ikunu jistgħu jirċievu eżenzjonijiet temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni, jenħtieġ li dawn jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti u mal-ESMA matul il-perijodu li fih il-permess speċifiku tagħhom ikun validu. Jenħtieġ li l-operaturi ta’ infrastrutturi tas-suq tad-DLT jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe bidla materjali fil-pjanijiet tan-negozju tagħhom jew għall-persunal kritiku tagħhom, bi kwalunkwe evidenza ta’ attakki ċibernetiċi jew theddid ċibernetiku ieħor, frodi jew malprassi serja, dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta fiż-żmien tal-applikazzjoni inizjali għall-permess speċifiku, dwar kwalunkwe diffikultà teknika jew operazzjonali, b’mod partikolari dawk marbuta mal-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit, u dwar kwalunkwe riskju għall-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq jew l-istabbiltà finanzjarja li ma kinux previsti fiż-żmien meta ngħata l-permess speċifiku. Sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq u l-istabbiltà finanzjarja, meta tiġi nnotifikata b’din il-bidla materjali, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tkun tista tirrikjedi li l-infrastruttura tas-suq tad-DLT tapplika għal permess speċifiku ġdid jew eżenzjoni, jew biex tieħu kwalunkwe miżura korrettiva l-awtorità kompetenti tqis li hi xierqa. Jenħtieġ li l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT jipprovdu wkoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti lill-awtorità kompetenti meta jintalbu jagħmlu dan. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jibgħatu l-informazzjoni li jirċievu mingħand l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT u l-informazzjoni dwar il-miżuri korrettivi lill-ESMA.

(51)

Jenħtieġ ukoll li operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT jissottomettu rapporti regolari lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Jenħtieġ li l-ESMA torganizza diskussjonijiet dwar dawk ir-rapporti sabiex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti kollha fl-Unjoni jiksbu esperjenza mill-impatt tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit u biex jifhmu jekk ikunx hemm emendi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji li jista’ jkun meħtieġ biex it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit tkun tista’ tintuża fuq skala akbar.

(52)

Matul ir-reġim pilota, huwa importanti li l-qafas u l-funzjonament tiegħu jkunu soġġetti għal monitoraġġ u evalwazzjoni frekwenti sabiex tiġi massimizzata l-informazzjoni għall-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT. Jenħtieġ li l-ESMA tippubblika rapporti annwali sabiex tipprovdi lill-parteċipanti fis-suq fehim aħjar tal-funzjonament u l-iżvilupp tas-swieq u tipprovdi kjarifika dwar l-applikazzjoni tar-reġim pilota. Dawk ir-rapporti annwali jenħtieġ li jinkludu aġġornamenti dwar l-aktar xejriet u riskji importanti. Dawk ir-rapporti annwali jenħtieġ li jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(53)

Tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-ESMA tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li jkun fih valutazzjoni tar-reġim pilota. Abbażi tar-rapport tal-ESMA, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Jenħtieġ li dak ir-rapport jivvaluta l-kostijiet u l-benefiċċji tal-estensjoni tar-reġim pilota għal perijodu ulterjuri, bl-estensjoni tar-reġim pilota għal tipi oħra ta’ strumenti finanzjarji, inkella bl-emendar tar-reġim pilota, biex ir-reġim pilota jsir permanenti billi jipproponi emendi xierqa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, jew itemm ir-reġim pilota. Ma jkunx mixtieq li jkun hemm żewġ reġimi paralleli għall-infrastrutturi tas-suq ibbażati fuq id-DLT u dawk mhux ibbażati fuq id-DLT. Jekk ir-reġim pilota jkun wieħed ta’ suċċess, dan jista’ jsir permanenti billi tiġi emendata l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji biex tistabbilixxi qafas uniku u koerenti.

(54)

Ġew identifikati xi lakuni potenzjali fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti dwar is-servizzi finanzjarji fir-rigward tal-applikazzjoni tagħha għal kriptoassi li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji. B’mod partikolari, l-istandards tekniċi regolatorji skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 b’rabta ma’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar tad-data u rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel u ta’ wara n-negozjar mhumiex adattati sew għall-istrumenti finanzjarji maħruġa permezz ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit. Is-swieq sekondarji fl-istrumenti finanzjarji maħruġa permezz ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit jew teknoloġija simili għadhom fil-bidu u għalhekk il-karatteristiċi tagħhom potenzjalment ivarjaw mis-swieq fl-istrumenti finanzjarji li jużaw teknoloġija tradizzjonali. Jenħtieġ li dawk l-istandards tekniċi regolatorji jiġu applikati għall-istrumenti finanzjarji kollha, irrispettivament mit-teknoloġija użata. Għalhekk, f’konformità mal-mandati eżistenti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 biex jiġi żviluppat abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, jenħtieġ li l-ESMA twettaq valutazzjoni komprensiva ta’ dawk l-istandards tekniċi regolatorji u tipproponi kwalunkwe emenda meħtieġa biex tiżgura li r-regoli stabbiliti fih ikunu jistgħu jiġu applikati b’mod effettiv għall-istrumenti finanzjarji tad-DLT. Fit-twettiq ta’ dik il-valutazzjoni, jenħtieġ li l-ESMA tqis l-ispeċifiċitajiet tal-istrumenti finanzjarji tad-DLT u jekk jeħtiġux l-adattament ta’ standards biex jippermettu l-iżvilupp ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji mingħajr ma jimminaw l-objettivi tar-regoli stabbiliti fl-istandards tekniċi regolatorji skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014.

(55)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-ostakoli għall-iżvilupp ta’ infrastrutturi tas-suq tad-DLT għall-kriptoassi li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni billi jiġu integrati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(56)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Fl-istess ħin, fir-rigward tal-entitajiet awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE, jenħtieġ li jintużaw il-mekkaniżmi għar-rappurtar ta’ ksur tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew tad-Direttiva 2014/65/UE kif stabbiliti skont dik id-Direttiva. Fir-rigward tal-entitajiet awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014, jenħtieġ li jintużaw il-mekkaniżmi għar-rappurtar ta’ ksur ta’ dak ir-Regolament kif stabbilit skont dak ir-Regolament.

(57)

It-tħaddim tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT jista’ jinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali. Meta huwa meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament li tiġi pproċessata data personali, dak l-ipproċessar jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (UE) 2016/679 (14) u (UE) 2018/1725 (15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, u ta l-opinjoni tiegħu fit-23 ta’ April 2021.

(58)

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jipprevedi perijodu ta’ tranżizzjoni li matulu l-aċċess mhux diskriminatorju għal CCP jew għal ċentru tan-negozjar skont ir-Regolament ma japplikax għas-CCPs jew għaċ-ċentri tan-negozjar li applikaw mal-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jibbenefikaw minn arranġamenti ta’ tranżizzjoni fir-rigward tad-derivattivi nnegozjati fil-borża. Il-perijodu li matulu CCP jew ċentru tan-negozjar jista’ jiġi eżentat mill-awtorità kompetenti tiegħu fir-rigward ta’ derivattivi nnegozjati fil-borża mir-regoli dwar l-aċċess mhux diskriminatorju skada fit-3 ta’ Lulju 2020. Iż-żieda fl-inċertezza u l-volatilità tas-swieq kellha impatt negattiv fuq ir-riskji operazzjonali tas-CCPs u taċ-ċentri tan-negozjar u, għalhekk, id-data ta’ applikazzjoni tar-reġim il-ġdid ta’ aċċess miftuħ għas-CCP u għaċ-ċentri tan-negozjar li joffru servizzi ta’ negozjar u kklerjar fir-rigward ta’ derivattivi nnegozjati fil-borża ġiet posposta mill-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) b’sena, sat-3 ta’ Lulju 2021. Ir-raġunijiet għall-posponiment tad-data ta’ applikazzjoni tar-reġim il-ġdid ta’ aċċess miftuħ għadhom jippersistu. Barra minn hekk, ir-reġim ta’ aċċess miftuħ jista’ jmur kontra l-objettivi ta’ politika paralleli biex jitrawmu l-kummerċ u l-innovazzjoni fl-Unjoni, peress li jista’ jiddiżinċentiva l-innovazzjoni fid-derivattivi nnegozjati fil-borża billi jippermetti lill-kompetituri, li huma benefiċjarji ta’ aċċess miftuħ, li jiddependu mill-infrastruttura u l-investimenti tal-operaturi stabbiliti sabiex joffru prodotti kompetituri bi spejjeż bil-quddiem baxxi. Iż-żamma ta’ sistema li fiha d-derivattivi jiġu kklerjati u nnegozjati f’entità integrata vertikalment hija konsistenti wkoll max-xejriet internazzjonali li ilhom jeżistu. Id-data ta’ applikazzjoni tar-reġim il-ġdid tal-aċċess miftuħ għandha għalhekk tiġi posposta b’sentejn oħra, sat-3 ta’ Lulju 2023.

(59)

Bħalissa, id-definizzjoni ta’ strument finanzjarju fid-Direttiva 2014/65/UE ma tinkludix b’mod espliċitu strumenti finanzjarji li jinħarġu permezz ta’ klassi ta’ teknoloġiji li tappoġġa r-reġistrazzjoni distribwita ta’ data kriptata, bħal, teknoloġija ta’ reġistru distribwit. Sabiex jiġi żgurat li tali strumenti finanzjarji jistgħu jiġu nnegozjati fis-suq taħt il-qafas ġuridiku eżistenti, id-definizzjoni ta’ strumenti finanzjarji fid-Direttiva 2014/65/UE jenħtieġ li tiġi emendata biex tinkludihom.

(60)

Filwaqt li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-qafas regolatorju għall-infrastrutturi tas-suq tad-DLT, inklużi dawk li jipprovdu servizzi ta’ saldu, il-qafas regolatorju ġenerali għas-sistemi ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSDs huwa stipulat fir-Regolament (UE) Nru 909/2014, li jinkludi dispożizzjonijiet dwar id-dixxiplina tas-saldu. Ir-reġim tad-dixxiplina tas-saldu jinkludi regoli għar-rappurtar ta’ fallimenti tas-saldu, il-ġbir u d-distribuzzjoni ta’ penali fi flus u xiri sfurzat obbligatorju. Skont standards tekniċi regolatorji adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014, id-dispożizzjonijiet dwar id-dixxiplina tas-saldu japplikaw mill-1 ta’ Frar 2022. Madankollu, il-partijiet ikkonċernati pprovdew evidenza li x-xiri sfurzat obbligatorju jista’ jżid il-pressjoni tal-likwidità u l-kostijiet tat-titoli f’riskju li jinxtraw b’xiri sfurzat. Impatt bħal dan jista’ jkompli jiġi aggravat f’każijiet ta’ volatilità tas-suq. F’dan il-kuntest, l-applikazzjoni tar-regoli dwar ix-xiri sfurzat obbligatorju kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 909/2014 jista’ jkollha impatt negattiv fuq l-effiċjenza u l-kompetittività tas-swieq kapitali fl-Unjoni. Dak l-impatt jista’ mbagħad iwassal għal firxiet usa’ bejn it-talba u l-offerta, tnaqqis fl-effiċjenza tas-suq u tnaqqis fl-inċentivi għas-self ta’ titoli fis-swieq tas-self u repo ta’ titoli u għas-saldu ta’ tranżazzjonijiet ma’ CSDs stabbiliti fl-Unjoni. Il-kostijiet tal-applikazzjoni tar-regoli dwar ix-xiri sfurzat obbligatorju huma, għalhekk, mistennija li jkunu akbar mill-benefiċċji potenzjali. Filwaqt li jitqies dak l-impatt negattiv potenzjali, ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 jenħtieġ li jiġi emendat biex jippermetti data differenti ta’ applikazzjoni għal kull miżura ta’ dixxiplina tas-saldu, sabiex id-data tal-applikazzjoni tar-regoli dwar ix-xiri sfurzat obbligatorju tkun tista’ tiġi posposta aktar. Dak il-posponiment jippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta, fil-kuntest tal-proposta leġiżlattiva li jmiss li tirrevedi r-Regolament (UE) Nru 909/2014, kif il-qafas tad-dixxiplina tas-saldu, u b’mod partikolari r-regoli dwar ix-xiri sfurzat obbligatorju, għandhom jiġu emendati biex iqisu u jindirizzaw il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq. Barra minn hekk, tali posponiment jiżgura li l-parteċipanti fis-suq, inklużi dawk l-infrastrutturi tas-suq tad-DLT li jkunu soġġetti għar-reġim tad-dixxiplina tas-saldu, ma jinkorrix f’kostijiet ta’ implimentazzjoni darbtejn f’każ li dawk ir-regoli jiġu emendati bħala riżultat tar-rieżami tar-Regolament (UE) Nru 909/2014.

(61)

Jenħtieġ li t-tħaddim ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT ma jdgħajjifx il-politiki dwar il-klima tal-Istati Membri. Għalhekk, huwa importanti li jitħeġġeġ aktar l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ reġistru distribwit b’emissjonijiet żero jew baxxi jew mingħajr emissjonijiet, kif ukoll l-investiment f’tali teknoloġiji,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

B. LE MAIRE

Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti fir-rigward tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT u l-operaturi tagħhom fir-rigward ta’:

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 3 Limitazzjonijiet fuq l-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar f’infrastruttura tas-suq tad-DLT jew irreġistrati minnha
Artikolu 4 Rekwiżiti u eżenzjonijiet fir-rigward tal-MTFs tad-DLT
Artikolu 5 Rekwiżiti u eżenzjonijiet fir-rigward tal-SSs tad-DLT
Artikolu 6 Rekwiżiti u eżenzjonijiet fir-rigward tat-TSS tad-DLT
Artikolu 7 Rekwiżiti addizzjonali għall-infrastrutturi tas-suq tad-DLT
Artikolu 8 Permess speċifiku biex titħaddem MTF tad-DLT
Artikolu 9 Permess speċifiku biex titħaddem SS tad-DLT
Artikolu 10 Permess speċifiku biex titħaddem TSS tad-DLT
Artikolu 11 Kooperazzjoni bejn l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT, l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA
Artikolu 12 Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti
Artikolu 13 Notifika tal-awtoritajiet kompetenti

Artikolu 13

Notifika tal-awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lil kwalunkwe awtorità kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (21)(c), lill-ESMA u lill-Kummissjoni. L-ESMA għandha tippubblika lista ta’ tali awtoritajiet kompetenti fis-sit web tagħha.

Artikolu 14 Rapport u rieżami
Artikolu 15 Rapporti intermedji

Artikolu 15

Rapporti intermedji

L-ESMA għandha tippubblika rapporti intermedji annwali sabiex tipprovdi lill-parteċipanti fis-suq informazzjoni dwar il-funzjonament tas-swieq, tindirizza l-imġiba mhux korretta tal-operaturi ta’ infrastrutturi tas-suq tad-DLT, tagħti kjarifiki dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u taġġorna l-indikazzjonijiet preċedenti abbażi tal-evoluzzjoni tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit. Dawk ir-rapporti għandhom jipprovdu wkoll deskrizzjoni ġenerali tal-applikazzjoni tar-reġim pilota previst f’dan ir-Regolament li jiffoka fuq ix-xejriet u r-riskji emerġenti u għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. L-ewwel rapport bħal dan għandu jiġi ppubblikat sal-24 ta’ Marzu 2024.

Artikolu 16 Emenda tar-Regolament (UE) Nru 600/2014

Artikolu 16

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 600/2014

Fl-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit bis-segwenti:

“Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemmx bżonn li d-derivattivi nnegozjati fil-borża jiġu esklużi mill-ambitu tal-Artikoli 35 u 36 f’konformità mal-Artikolu 52(12), CCP jew ċentru tan-negozjar jistgħu, qabel it-22 ta’ Ġunju 2022, japplikaw mal-awtorità kompetenti tagħha għal permess biex jagħmlu użu minn arranġamenti ta’ tranżizzjoni. L-awtorità kompetenti, filwaqt li tqis ir-riskji għall-funzjonament b’mod ordnat tas-CCP jew taċ-ċentri tan-negozjar rilevanti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 35 jew 36 fir-rigward tad-derivattivi nnegozjati fil-borża, tista’ tiddeċiedi li l-Artikolu 35 jew 36 ma japplikax għas-CCP jew għaċ-ċentru tan-negozjar rilevanti, rispettivament, fir-rigward tad-derivattivi nnegozjati fil-borża, għal perijodu ta’ tranżizzjoni sat-3 ta’ Lulju 2023. Meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li japprovaw tali perijodu ta’ tranżizzjoni, is-CCP jew iċ-ċentru tan-negozjar ma għandhomx jibbenefikaw mid-drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 35 jew 36, fir-rigward tad-derivattivi nnegozjati fil-borża matul id-durata tal-perijodu ta’ tranżizzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA u fil-każ ta’ CCP, lill-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti għal dik is-CCP, kull meta tapprova perijodu ta’ tranżizzjoni.”.

Artikolu 17 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 909/2014

Artikolu 17

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 909/2014

Fl-Artikolu 76(5) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit bis-segwenti:

“Kull waħda mill-miżuri dixxiplinari tas-saldu msemmija fl-Artikolu 7(1) sa (13) għandha tapplika mid-data ta’ applikazzjoni speċifikata għal kull miżura dixxiplinari tas-saldu fl-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(15).".

Artikolu 18 Emendi għad-Direttiva 2014/65/UE

Id-Direttiva 2014/65/UE hija emendata kif ġej:

Artikolu 19 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.06.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0858
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.