+REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1085 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-metodoloġija ta’ valutazzjoni li permezz tagħha l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti sabiex jintużaw mudelli interni għar-riskju tas-suq (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
------+Artikolu 1 Struttura tal-valutazzjoni
---------+Artikolu 1 1
---------+Artikolu 1 2
---------+Artikolu 1 3
---------+Artikolu 1 4
------+Artikolu 2 Proporzjonalità — kategoriji ta’ prodotti u kumplessitajiet tal-mudelli
---------+Artikolu 2 (a)
---------+Artikolu 2 (b)
---------+Artikolu 2 (c)
------+Artikolu 3 Kwalità u awditjar tad-dokumentazzjoni
---------+Artikolu 3 2
---------+Artikolu 3 (a)
---------+Artikolu 3 (b)
---------+Artikolu 3 (c)
---------+Artikolu 3 (d)
---------+Artikolu 3 (e)
------+Artikolu 4 Esternalizzazzjoni
---------+Artikolu 4 1
---------+Artikolu 4 2
---------+Artikolu 4 3
---------+Artikolu 4 4
---+KAPITOLU 2 VALUTAZZJONI TAR-REKWIŻITI KWALITATTIVI
------+Artikolu 5 Ħarsa ġenerali lejn il-valutazzjoni tar-rekwiżiti kwalitattivi
---------+Artikolu 5 (a)
---------+Artikolu 5 (b)
---------+Artikolu 5 (c)
---------+Artikolu 5 (d)
---------+Artikolu 5 (e)
---------+Artikolu 5 (f)
---------+Artikolu 5 (g)
---------+Artikolu 5 (h)
---------+Artikolu 5 (i)
---------+Artikolu 5 (j)
---------+Artikolu 5 (k)
---------+Artikolu 5 (l)
---------+Artikolu 5 (m)
---------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 6 Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kompożizzjoni u tar-rwol tal-korp maniġerjali u tal-maniġment superjuri
---------+Artikolu 6 1
---------+Artikolu 6 2
---------+Artikolu 6 3
---------+Artikolu 6 4
------+Artikolu 7 Valutazzjoni ta’ jekk il-postijiet tan-negozjar jikkonformawx mal-Artikolu 104b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
---------+Artikolu 7 (a)
---------+Artikolu 7 (b)
---------+Artikolu 7 (c)
---------+Artikolu 7 (d)
---------+Artikolu 7 (e)
---------+Artikolu 7 (f)
---------+Artikolu 7 (g)
---------+Artikolu 7 (h)
---------+Artikolu 7 2
---------+Artikolu 7 3
------+Artikolu 8 Valutazzjoni tal-governanza interna u tas-sorveljanza tal-istituzzjoni fir-rigward tal-unità ta’ kontroll tar-riskji
---------+Artikolu 8 1
---------+Artikolu 8 2
---------+Artikolu 8 3
------+Artikolu 9 Valutazzjoni tal-politika dwar prodotti ġodda
---------+Artikolu 9 (a)
---------+Artikolu 9 (b)
---------+Artikolu 9 (c)
---------+Artikolu 9 (d)
---------+Artikolu 9 (e)
---------+Artikolu 9 (f)
---------+Artikolu 9 (g)
---------+Artikolu 9 (h)
---------+Artikolu 9 (i)
------+Artikolu 10 Rieżami indipendenti tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji
---------+Artikolu 10 1
---------+Artikolu 10 2
---------+Artikolu 10 3
------+Artikolu 11 Valutazzjoni tal-validazzjoni ta’ kwalunkwe mudell intern tal-kejl tar-riskji, u tal-eżitu ta’ validazzjoni bħal din
---------+Artikolu 11 1
---------+Artikolu 11 2
------+Artikolu 12 Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-ambitu u tal-kompletezza tal-validazzjoni interna
---------+Artikolu 12 1
---------+Artikolu 12 2
---------+Artikolu 12 3
------+Artikolu 13 Valutazzjoni tal-adegwatezza tar-rapportar
---------+Artikolu 13 (a)
---------+Artikolu 13 (b)
------+Artikolu 14 Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-limiti ta’ negozjar
---------+Artikolu 14 (a)
---------+Artikolu 14 (b)
---------+Artikolu 14 (c)
---------+Artikolu 14 (d)
---------+Artikolu 14 (e)
---------+Artikolu 14 (f)
---------+Artikolu 14 (g)
---------+Artikolu 14 2
------+Artikolu 15 Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-proċess sabiex jiġu aġġornati l-limiti ta’ negozjar
---------+Artikolu 15 1
---------+Artikolu 15 2
------+Artikolu 16 Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-proċess relatat mal-ksur tal-limitu ta’ negozjar
---------+Artikolu 16 1
---------+Artikolu 16 2
------+Artikolu 17 Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-programm ta’ ttestjar tal-istress
---------+Artikolu 17 1
---------+Artikolu 17 2
---------+Artikolu 17 3
------+Artikolu 18 Valutazzjoni tal-adegwatezza ta’ xenarji ta’ test tal-kawżi possibbli ta’ eżiti ta’ kriżi speċifiċi uad hoc
---------+Artikolu 18 1
---------+Artikolu 18 2
------+Artikolu 19 Valutazzjoni tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji fir-rigward tar-robustezza tas-sistemi tal-IT
---------+Artikolu 19 1
---------+Artikolu 19 2
------+Artikolu 20 Valutazzjoni tal-akkuratezza raġonevoli tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji, inkluż il-mudell tal-ipprezzar
---------+Artikolu 20 1
---------+Artikolu 20 2
---------+Artikolu 20 3
------+Artikolu 21 Valutazzjoni tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji fir-rigward ta’ programmi addizzjonali ta’ ttestjar retrospettiv
---------+Artikolu 21 1
---------+Artikolu 21 2
---+KAPITOLU 3 VALUTAZZJONI TAL-MUDELL INTERN TAL-KEJL TAR-RISKJI UŻAT SABIEX JIĠU KKALKOLATI L-KEJL TAR-RISKJU TAN-NUQQAS MISTENNI U L-KEJL TAR-RISKJU TAX-XENARJU TA’ STRESS
------+TAQSIMA 1 Ħarsa ġenerali lejn il-valutazzjoni
---------+Artikolu 22 Introduzzjoni għall-valutazzjoni tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji użat sabiex jiġu kkalkolati l-kejl tan-nuqqas mistenni u l-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress
------------+Artikolu 22 (a)
------------+Artikolu 22 (b)
------------+Artikolu 22 (c)
------------+Artikolu 22 (d)
------------+Artikolu 22 (e)
------+TAQSIMA 2 Valutazzjoni tal-kompożizzjoni u tal-proprjetajiet tal-fatturi tar-riskju tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji
---------+Sottotaqsima 1 Valutazzjoni tal-kompożizzjoni tal-fatturi tar-riskju tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji
------------+Artikolu 23 Valutazzjoni tal-kopertura tar-riskju tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji
---------------+Artikolu 23 1
---------------+Artikolu 23 2
---------------+Artikolu 23 3
------------+Artikolu 24 Valutazzjoni tal-fatturi tar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax
---------------+Artikolu 24 1
---------------+Artikolu 24 2
------------+Artikolu 25 Valutazzjoni tal-fatturi tar-riskju ta’ ekwità
---------------+Artikolu 25 1
---------------+Artikolu 25 2
------------+Artikolu 26 Valutazzjoni tal-fatturi tar-riskju ta’ firxiet tal-kreditu
---------------+Artikolu 26 1
---------------+Artikolu 26 2
------------+Artikolu 27 Valutazzjoni tal-fatturi tar-riskju tal-kambju
---------------+Artikolu 27 1
---------------+Artikolu 27 2
------------+Artikolu 28 Valutazzjoni tal-fatturi tar-riskju tal-komoditajiet
---------------+Artikolu 28 1
---------------+Artikolu 28 2
------------+Artikolu 29 Valutazzjoni tal-kurvi
---------------+Artikolu 29 1
---------------+Artikolu 29 2
---------------+Artikolu 29 3
---------------+Artikolu 29 4
---------------+Artikolu 29 5
---------------+Artikolu 29 6
------------+Artikolu 30 Valutazzjoni tas-superfiċi ta’ volatilità implikata
---------------+Artikolu 30 1
---------------+Artikolu 30 2
---------------+Artikolu 30 3
------------+Artikolu 31 Valutazzjoni tal-fatturi tar-riskju ta’ korrelazzjoni
---------+Sottotaqsima 2 Valutazzjoni tal-proprjetajiet tal-fatturi tar-riskju
------------+Artikolu 32 Valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju
---------------+Artikolu 32 1
---------------+Artikolu 32 2
---------------+Artikolu 32 3
---------------+Artikolu 32 4
---------------+Artikolu 32 5
---------------+Artikolu 32 6
---------------+Artikolu 32 7
------------+Artikolu 33 Valutazzjoni tal-perjodu ta’ likwidità tal-fatturi tar-riskju
---------------+Artikolu 33 1
---------------+Artikolu 33 2
---------------+Artikolu 33 3
---------------+Artikolu 33 4
------+TAQSIMA 3 Valutazzjoni tal-indikaturi u tal-kwalità tad-data
---------+Artikolu 34 Valutazzjoni tal-indikaturi
------------+Artikolu 34 1
------------+Artikolu 34 2
------------+Artikolu 34 3
------------+Artikolu 34 4
------------+Artikolu 34 5
---------+Artikolu 35 Valutazzjoni tal-kwalità tad-data
------------+Artikolu 35 1
------------+Artikolu 35 2
------------+Artikolu 35 3
------+TAQSIMA 4 valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti relatati mal-ittestjar retrospettiv u mat-test tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf
---------+Artikolu 36 Valutazzjoni tal-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdil reali u ipotetiku fil-valur tal-portafoll għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv
------------+Artikolu 36 1
------------+Artikolu 36 2
------------+Artikolu 36 3
---------+Artikolu 37 Valutazzjoni tal-analiżi tal-qabżiet fil-valur
------------+Artikolu 37 1
------------+Artikolu 37 2
------------+Artikolu 37 3
------------+Artikolu 37 4
---------+Artikolu 38 Valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżit ta’ attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf
------------+Artikolu 38 1
------------+Artikolu 38 2
------------+Artikolu 38 3
------------+Artikolu 38 4
------------+Artikolu 38 5
------------+Artikolu 38 6
------------+Artikolu 38 7
------------+Artikolu 38 8
------+TAQSIMA 5 Valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti relatati mat-trattament tar-riskju tal-kambju u tal-komoditajiet fil-portafoll mhux tan-negozjar
---------+Artikolu 39 Valutazzjoni tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju u tal-komoditajiet fil-portafoll mhux tan-negozjar
------------+Artikolu 39 1
------------+Artikolu 39 2
------------+Artikolu 39 3
------------+Artikolu 39 4
------------+Artikolu 39 5
------------+Artikolu 39 6
------------+Artikolu 39 7
------------+Artikolu 39 8
------------+Artikolu 39 9
------+TAQSIMA 6 Valutazzjoni tal-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni u tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress
---------+Sottotaqsima 1 Valutazzjoni tal-aspetti li huma rilevanti kemm għall-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni kif ukoll għall-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress
------------+Artikolu 40 Valutazzjoni tal-kapaċità tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji sabiex ikopri t-tendenzi mhux lineari
---------------+Artikolu 40 1
---------------+Artikolu 40 2
---------+Sottotaqsima 2 Valutazzjoni tal-aspetti li huma rilevanti għall-kalkolu tal-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni
------------+Artikolu 41 Valutazzjoni tal-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni
---------------+Artikolu 41 1
---------------+Artikolu 41 2
---------------+Artikolu 41 3
------------+Artikolu 42 Valutazzjoni tal-kalkoli tal-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni
---------------+Artikolu 42 1
---------------+Artikolu 42 2
---------------+Artikolu 42 3
---------------+Artikolu 42 4
------------+Artikolu 43 Valutazzjoni tas-suppożizzjoni distributtiva u statistika
---------------+Artikolu 43 1
---------------+Artikolu 43 2
---------------+Artikolu 43 3
---------+Sottotaqsima 3 Valutazzjoni tal-aspetti li huma rilevanti għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress
------------+Artikolu 44 Valutazzjoni tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress
---------------+Artikolu 44 1
---------------+Artikolu 44 2
---------------+Artikolu 44 3
---------------+Artikolu 44 4
---------------+Artikolu 44 5
---------------+Artikolu 44 6
---------------+Artikolu 44 7
---------------+Artikolu 44 8
---------------+Artikolu 44 9
---------------+Artikolu 44 10
---------------+Artikolu 44 11
---------------+Artikolu 44 12
---------------+Artikolu 44 13
---------------+Artikolu 44 14
---------------+Artikolu 44 15
---------------+Artikolu 44 16
---+KAPITOLU 4 VALUTAZZJONI TAL-MUDELL INTERN TAR-RISKJU TA’ INADEMPJENZA UŻAT SABIEX JIĠI KKALKOLAT IR-REKWIŻIT TA’ FONDI PROPRJI ADDIZZJONALI GĦAR-RISKJU TA’ INADEMPJENZA
------+TAQSIMA 1 Ħarsa ġenerali lejn il-valutazzjoni
---------+Artikolu 45 Valutazzjoni tal-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza użat sabiex jiġi kkalkolat ir-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għar-riskju ta’ inadempjenza
------------+Artikolu 45 (a)
------------+Artikolu 45 (b)
------------+Artikolu 45 (c)
------+TAQSIMA 2 Valutazzjoni tar-rekwiżiti ġenerali
---------+Artikolu 46 Valutazzjoni tal-ambitu tal-pożizzjonijiet soġġetti għal riskju ta’ inadempjenza
------------+Artikolu 46 1
------------+Artikolu 46 2
---------+Artikolu 47 Valutazzjoni tal-akkuratezza u tal-frekwenza tal-kalkolu tar-rekwiżit ta’ fond proprju għar-riskju ta’ inadempjenza
------------+Artikolu 47 1
------------+Artikolu 47 2
------+TAQSIMA 3 Valutazzjoni tal-estimi tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza u tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza
---------+Artikolu 48 Valutazzjoni tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza
------------+Artikolu 48 1
------------+Artikolu 48 2
------------+Artikolu 48 3
---------+Artikolu 49 Valutazzjoni tat-telf fil-każ ta’ inadempjenzi
------------+Artikolu 49 1
------------+Artikolu 49 2
------------+Artikolu 49 3
------+TAQSIMA 4 valutazzjoni tal-korrelazzjoni, tal-iħħeġġjar u ta’ rekwiżiti partikolari
---------+Artikolu 50 Valutazzjoni tal-istruttura ta’ korrelazzjoni
------------+Artikolu 50 1
------------+Artikolu 50 2
---------+Artikolu 51 Valutazzjoni tar-rikonoxximent tal-iħħeġġjar
------------+Artikolu 51 (a)
------------+Artikolu 51 (b)
------------+Artikolu 51 (c)
------------+Artikolu 51 (d)
------------+Artikolu 51 2
------------+Artikolu 51 3
------------+Artikolu 51 4
------------+Artikolu 51 (a)
------------+Artikolu 51 (b)
------------+Artikolu 51 (c)
---------+Artikolu 52 Valutazzjoni tal-konformità ma’ rekwiżiti partikolari
------------+Artikolu 52 (a)
------------+Artikolu 52 (b)
------------+Artikolu 52 (c)
------------+Artikolu 52 (d)
------------+Artikolu 52 2
------------+Artikolu 52 3
------------+Artikolu 52 4
------------+Artikolu 52 5
------------+Artikolu 52 6
---+KAPITOLU 5 DISPOŻIZZJONI FINALI
------+Artikolu 53 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
---------+Artikolu 53 2
---------+Artikolu 53 3
English - European Union - Financial Industry - Banking -

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1085 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-metodoloġija ta’ valutazzjoni li permezz tagħha l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti sabiex jintużaw mudelli interni għar-riskju tas-suq (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1085

tat-13 ta’ Marzu 2024

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-metodoloġija ta’ valutazzjoni li permezz tagħha l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti sabiex jintużaw mudelli interni għar-riskju tas-suq

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 325az(8), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u t-tielet subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

L-istituzzjonijiet jitħallew jużaw biss mudelli interni għar-riskju tas-suq jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet mhux biss jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti meta japplikaw għal permess sabiex jużaw dawk il-mudelli interni, iżda wkoll meta jużaw dawk il-mudelli, u meta japplikaw għal estensjonijiet jew għal bidliet sinifikanti f’dawn il-mudelli interni. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit li l-awtoritajiet kompetenti, meta jivverifikaw jekk l-istituzzjonijiet jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti, japplikaw l-istess kriterji u l-istess metodoloġija ta’ valutazzjoni għal kull waħda minn dawk il-fażijiet. Madankollu, għal raġunijiet ta’ effiċjenza u sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti, meta jivvalutaw il-konformità mill-istituzzjonijiet li diġà ngħataw permess sabiex jużaw tali mudelli interni alternattivi, jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa jivvalutaw mill-ġdid permess bħal dan. Minflok, jenħtieġ li jivvalutaw biss il-konformità ma’ dawk ir-regoli li huma rilevanti għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni kkonċernata, u jibnu, f’kull każ, fuq il-konklużjonijiet minn valutazzjonijiet preċedenti.

(2)

Sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jikkonformaw fuq bażi kontinwa mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jevalwaw il-kwalità ġenerali tas-soluzzjonijiet, tas-sistemi u tal-approċċi implimentati minn istituzzjoni, u jitolbu titjib u adattamenti kostanti għal ċirkostanzi mibdulin.

(3)

Sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u l-komparabbiltà tal-prattiki superviżorji f’ġuriżdizzjonijiet differenti, il-valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta’ jekk l-istituzzjonijiet jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li tikkonforma ma’ tekniki ta’ valutazzjoni preskrittivi. Madankollu, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jqisu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-istruttura u tal-mudell tan-negozju ta’ istituzzjoni, il-kumplessità tal-mudelli interni alternattivi, in-natura tal-prodotti finanzjarji li jkopru dawk il-mudelli, il-kwalità tal-informazzjoni pprovduta mill-istituzzjoni kkonċernata, u r-riżorsi li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom. Għalhekk, meta jivvalutaw jekk istituzzjoni tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw ċerta diskrezzjoni, li tippermettilhom iwettqu kontrolli addizzjonali u li japplikaw l-aktar metodi xierqa għall-verifika tal-konformità ma’ rekwiżiti partikolari. Barra minn hekk, sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu dik il-valutazzjoni b’mod proporzjonat, u minħabba l-firxa wiesgħa ta’ prodotti finanzjarji disponibbli f’attivitajiet ta’ negozjar, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti kategoriji ta’ prodotti finanzjarji ta’ livell dejjem akbar ta’ kumplessità, li fuqhom l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jibbażaw il-valutazzjoni tagħhom.

(4)

Sabiex jiġi żgurat fehim intern suffiċjenti tal-mudell intern alternattiv, inklużi l-operazzjonijiet esternalizzati, huwa neċessarju li jiġi stabbilit li, minkejja kwalunkwe esternalizzazzjoni ta’ xi għodod ta’ riskju, ta’ sistemi tal-IT, u ta’ soluzzjonijiet għall-ġestjoni tar-riskji, il-kompiti, l-attivitajiet jew il-funzjonijiet ewlenin kollha relatati mal-mudell intern għandhom jitwettqu mill-unità ta’ kontroll tar-riskji msemmija fl-Artikolu 325bi(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li dawk ir-regoli jirrikjedu wkoll li l-unità ta’ kontroll tar-riskji timplimenta kontrolli adegwati u twettaq testijiet ta’ kwalità u ta’ validazzjoni għal kwalunkwe soluzzjoni esternalizzata, li d-dokumentazzjoni sħiħa dwar dawk il-kontrolli u t-test tkun disponibbli fil-każijiet kollha, u li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw kwalunkwe għodda u soluzzjoni tal-IT miksuba minn bejjiegħa terzi b’mod simili għal każijiet li fihom ikunu ġew żviluppati bis-sħiħ permezz ta’ proċessi interni.

(5)

L-aspetti ta’ governanza u operazzjonali jaqdu rwol ċentrali fil-funzjonament xieraq tal-mudell intern alternattiv. Għalhekk, jenħtieġ li l-metodoloġija sabiex jiġi vverifikat jekk istituzzjoni tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“metodoloġija ta’ valutazzjoni”) tivvaluta b’mod komprensiv dawk l-aspetti ta’ governanza u operazzjonali, inkluż l-istabbiliment ta’ post tan-negozjar, ir-rwol tal-maniġment superjuri u tal-korp maniġerjali, l-unità ta’ kontroll tar-riskji, u r-rieżami indipendenti tal-mudell intern alternattiv innifsu.

(6)

Il-metodoloġija ta’ valutazzjoni relatata mal-aspetti ta’ governanza jenħtieġ li tqis li ċerti istituzzjonijiet li jitolbu permess sabiex jużaw l-approċċ ta’ mudell intern alternattiv diġà kisbu l-approvazzjoni, qabel ma r-Regolament (UE) Nru 575/2013 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), sabiex jużaw mudell intern għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli ta’ valutazzjoni li jkunu simili għal dawk stabbiliti fil-passat għal dawk l-aspetti li ma ġewx emendati bir-Regolament (UE) 2019/876, u li jiġu introdotti regoli ġodda li jkopru dispożizzjonijiet ġodda introdotti b’dak ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti tal-post tan-negozjar stabbiliti fl-Artikolu 104b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(7)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti għall-validazzjoni u għar-rieżami ta’ mudelli interni alternattivi, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu l-validazzjoni interna tal-mudell tal-anqas darba fis-sena. Filwaqt li l-validazzjoni inizjali jenħtieġ li tkopri l-metodoloġiji kollha applikati matul il-mudell intern, huwa xieraq li jiġi stabbilit, b’kunsiderazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq il-persunal u fuq ir-riżorsi, li l-validazzjoni annwali tiffoka fuq tal-anqas il-kwistjonijiet ewlenin identifikati jew fil-validazzjonijiet interni preċedenti jew fl-awditi interni preċedenti, u fuq kwalunkwe bidla jew metodoloġija ġdida introdotta fil-mudell intern alternattiv.

(8)

L-attivitajiet ta’ negozjar u s-swieq finanzjarji qegħdin jevolvu b’mod kostanti u rapidu. Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jqisu dawk il-karatteristiċi meta jivvalutaw jekk l-istituzzjonijiet jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-metodoloġija ta’ valutazzjoni jkun fiha standards kwalitattivi u proċedurali fir-rigward tal-approvazzjoni formali mill-istituzzjoni ta’ strumenti u ta’ prodotti finanzjarji ġodda, u l-introduzzjoni tagħhom fil-qasam tan-negozjar. L-istandards għal politika formali għall-approvazzjoni tal-prodotti ġodda huma neċessarji sabiex jiġi żgurat li l-introduzzjoni ta’ strumenti u ta’ prodotti finanzjarji ġodda, li jistgħu joħolqu fatturi tar-riskju addizzjonali jew jeħtieġu bidliet metodoloġiċi fil-mudelli interni għall-kejl tar-riskju, tkun kompletament kompatibbli mal-kontroll u mal-validazzjoni komprensivi.

(9)

Il-kwalità tad-data u l-akkuratezza tal-istima tar-riskji u tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq jiddependu ħafna fuq l-affidabbiltà tas-sistemi tal-IT użati għal dak l-għan. Bl-istess mod, il-kontinwità u l-konsistenza tal-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskji u tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq jistgħu jiġu żgurati biss meta t-tali sistemi tal-IT ikunu sikuri, siguri u affidabbli, u meta l-infrastruttura tal-IT tkun robusta biżżejjed. Għalhekk huwa neċessarju li, meta jivvalutaw il-mudelli interni tar-riskju tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw ukoll l-affidabbiltà tas-sistemi tal-IT tal-istituzzjoni u r-robustezza tal-infrastruttura tal-IT użata għall-mudelli interni.

(10)

Waħda min-novitajiet tal-qafas il-ġdid tar-riskju tas-suq stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 1b, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, hija d-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq il-bażi ta’ miżuri tan-nuqqas mistenni. Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw b’mod attiv l-akkuratezza ta’ dawk iċ-ċifri. Għalhekk, huwa xieraq li l-istituzzjonijiet jintalbu jittestjaw direttament b’mod retrospettiv il-miżuri tan-nuqqas mistenni tagħhom bħala parti mill-programm ta’ ttestjar retrospettiv intern meħtieġ mill-Artikolu 325bj tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Peress li għad ma hemmx metodoloġija stabbilita fost il-parteċipanti fis-suq għall-ittestjar retrospettiv ta’ kejl tan-nuqqas mistenni, jenħtieġ li ma tiġi preskritta l-ebda metodoloġija speċifika, u jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jitħallew liberi li jqisu l-evoluzzjoni ta’ tekniki ġodda u tal-aħjar prattiki f’dak ir-rigward, f’konformità mar-rekwiżiti kwalitattivi stabbiliti fl-Artikolu 325bi ta’ dak ir-Regolament.

(11)

Il-mudelli ta’ kejl tar-riskju intern jistgħu jitqiesu biss bħala implimentati b’integrità, kif imsemmi fl-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta jkunu ssodisfati r-rekwiżiti regolatorji kollha. Barra minn hekk, diversi elementi kostitwenti tar-riformi ta’ Basel fil-qasam tar-riskju tas-suq ġew implimentati fid-dritt tal-Unjoni permezz ta’ atti delegati, fost l-oħrajn ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2058 (3), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2059 (4), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2060 (5), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1577 (6), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1578 (7) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/397 (8). Minn dan isegwi li l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkunsidraw jekk l-istituzzjonijiet jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, filwaqt li jqisu dawk l-atti delegati. Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni komprensiva tal-konformità tal-mudelli interni tar-riskju tas-suq, huwa neċessarju li jiġu speċifikati tekniki għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjonijiet mal-aspetti koperti kemm mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll minn dawk ir-regolamenti delegati. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jeżaminaw dokumentazzjoni speċifika li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jipproduċu.

(12)

Ir-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv u tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf jipprovdu bażi solida għal monitoraġġ kritiku tal-prestazzjoni tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli ta’ valutazzjoni sabiex jitqiesu r-riżultati ta’ dawk it-testijiet. Fir-rigward tal-ittestjar retrospettiv, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-qabżiet tal-valur jiġu analizzati b’mod kritiku sabiex jiġu identifikati dgħufijiet potenzjali fil-mudell, u li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw jekk il-bidliet fil-valuri tal-portafolli jkunux xprunati minn fatturi tar-riskju mudellabbli jew mhux mudellabbli. Barra minn hekk, fid-dawl tar-riżultati tat-test tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw l-akkuratezza tal-funzjonijiet tal-ipprezzar użati mill-istituzzjoni, billi l-akkuratezza tagħhom hija essenzjali għal kalkolu tajjeb tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji.

(13)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bh tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa neċessarju li dawk ir-rekwiżiti jiġu speċifikati ulterjorment. Jekk l-istituzzjonijiet jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-kategoriji wisgħin tal-fattur tar-riskju msemmijin fit-Tabella 2 tal-Artikolu 325bd tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għalhekk, għal kull waħda minn dawk il-kategoriji, huwa neċessarju li jiġi stabbilit kif l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk ir-riskju ta’ bażi jkunx kopert, u jekk it-trattament tal-kurvi u tas-superfiċi fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji jkunx tajjeb.

(14)

Minħabba n-natura li tinbidel malajr u li dejjem tevolvi tas-swieq finanzjarji, data mhux affidabbli, mhux akkurata, inkompluta jew skaduta tirriżulta fi żbalji fl-istima tar-riskji u fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji, inkluż f’mudelli tar-riskju tas-suq. Fil-kuntest tal-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskji ta’ istituzzjoni, data żbaljata bħal din tista’ twassal ukoll għal deċiżjonijiet ħżiena dwar il-ġestjoni. Konsegwentement, sabiex jiġu żgurati l-affidabbiltà u l-kwalità għolja tad-data u l-użu xieraq tagħha fil-proċessi interni u fil-proċessi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji, il-mod kif tinġabar u tinħażen id-data u l-proċeduri għal tali ġbir u ħżin jenħtieġ li jkunu ddokumentati sew, inkluża deskrizzjoni sħiħa tal-karatteristiċi, tal-kontrolli tal-kwalità, tal-filtri awtomatiċi, u tas-sorsi speċifiċi tad-data ta’ kuljum. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, meta jivvalutaw il-mudelli interni tar-riskju tas-suq, jagħtu attenzjoni partikolari lill-kwalità u lill-affidabbiltà tad-data użata għall-finijiet ta’ mmudellar, u lill-proċessi applikati sabiex jiġi żgurat li tali kwalità u affidabbiltà jinżammu.

(15)

Sabiex jiġi żgurat kalkolu korrett tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji, l-awtoritajiet kompetenti, meta jivvalutaw il-kwalità ġenerali tad-data, jenħtieġ li jivvalutaw jekk l-approċċ użat mill-istituzzjoni għall-indikazzjoni tas-serje kronoloġika jkunx wieħed tajjeb. Għalhekk, jenħtieġ li l-metodoloġija ta’ valutazzjoni tivverifika li r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jirregolaw l-użu ta’ indikaturi jiġu ssodisfati. Meta rilevanti, ir-regoli stabbiliti f’dik il-metodoloġija ta’ valutazzjoni jenħtieġ li jvarjaw skont jekk is-serje kronoloġika li għaliha ntuża indikatur tkunx relatata ma’ fattur tar-riskju li għadda mill-valutazzjoni tal-mudellabbiltà, jew ma’ fattur tar-riskju li ma għaddiex minnha.

(16)

Fir-rigward tal-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza, u b’mod aktar partikolari l-Artikoli 325bn, 325bo, 325bp tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa neċessarju li l-metodoloġija ta’ valutazzjoni tiżgura li dawk il-mudelli tar-riskju jwasslu għal riżultati akkurati. Għalhekk, ir-regoli stabbiliti fil-metodoloġija ta’ valutazzjoni jenħtieġ li jkopru l-aspetti kollha li jaffettwaw l-eżitu ta’ dawk il-mudelli, inkluż l-ambitu tal-pożizzjonijiet koperti minn dawk il-mudelli, l-istimi tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza u t-telf fil-każ ta’ inadempjenza, l-għażla ta’ fatturi tar-riskju sistematiku sabiex jissimulaw l-inadempjenza tal-emittenti, u s-suppożizzjonijiet kollha tal-immudellar magħmulin mill-istituzzjoni, inkluża kwalunkwe suppożizzjoni ta’ kopula magħmula għas-simulazzjoni tal-inadempjenza ta’ emittenti multipli.

(17)

Ir-riskji li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima u minn kwistjonijiet ambjentali usa’ qegħdin ibiddlu l-istampa tar-riskju għas-settur finanzjarju u huma mistennijin isiru saħansitra aktar prominenti. Meta titqies l-importanza ta’ dawk il-motivaturi tar-riskju, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw li l-istituzzjonijiet iqisu dawk il-motivaturi tar-riskju fil-programmi tagħhom ta’ ttestjar tal-istress imsemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (g), ir-Regolament (UE) Nru 575/2013. F’dak il-kuntest, l-istituzzjonijiet diġà ħadu passi sabiex jinkludu r-riskji ambjentali fil-programmi tagħhom ta’ ttestjar tal-istress. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ikollhom biżżejjed żmien sabiex jirriflettu bis-sħiħ dawk ir-riskji fil-programmi tagħhom ta’ ttestjar tal-istress, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjonijiet ma’ kwalunkwe rekwiżit relatat mat-tibdil fil-klima u ma’ aspetti usa’ relatati mal-ambjent biss mill-1 ta’ Jannar 2025. Bl-istess mod, fid-dawl tal-kumplessità tal-implimentazzjoni tal-ittestjar retrospettiv dirett tan-nuqqas mistenni, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jingħataw perjodu addizzjonali qabel ma l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il-konformità tagħhom f’dan il-qasam. Għalhekk, jenħtieġ li d-data relatata tal-applikazzjoni tal-valutazzjoni tiġi stabbilita li tibda mill-1 ta’ Jannar 2026.

(18)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea.

(19)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU 2 VALUTAZZJONI TAR-REKWIŻITI KWALITATTIVI KAPITOLU 2 VALUTAZZJONI TAR-REKWIŻITI KWALITATTIVI
KAPITOLU 3 VALUTAZZJONI TAL-MUDELL INTERN TAL-KEJL TAR-RISKJI UŻAT SABIEX JIĠU KKALKOLATI L-KEJL TAR-RISKJU TAN-NUQQAS MISTENNI U L-KEJL TAR-RISKJU TAX-XENARJU TA’ STRESS KAPITOLU 3 VALUTAZZJONI TAL-MUDELL INTERN TAL-KEJL TAR-RISKJI UŻAT SABIEX JIĠU KKALKOLATI L-KEJL TAR-RISKJU TAN-NUQQAS MISTENNI U L-KEJL TAR-RISKJU TAX-XENARJU TA’ STRESS
KAPITOLU 4 VALUTAZZJONI TAL-MUDELL INTERN TAR-RISKJU TA’ INADEMPJENZA UŻAT SABIEX JIĠI KKALKOLAT IR-REKWIŻIT TA’ FONDI PROPRJI ADDIZZJONALI GĦAR-RISKJU TA’ INADEMPJENZA KAPITOLU 4 VALUTAZZJONI TAL-MUDELL INTERN TAR-RISKJU TA’ INADEMPJENZA UŻAT SABIEX JIĠI KKALKOLAT IR-REKWIŻIT TA’ FONDI PROPRJI ADDIZZJONALI GĦAR-RISKJU TA’ INADEMPJENZA
KAPITOLU 5 DISPOŻIZZJONI FINALI KAPITOLU 5 DISPOŻIZZJONI FINALI

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.