+REGOLAMENT (UE) 2018/1139 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+KAPITOLU I PRINĊIPJI
------+Artikolu 1 Suġġett u objettivi
---------+Artikolu 1 1.
---------+Artikolu 1 2.
---------+Artikolu 1 3.
------+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
---------+Artikolu 2 1.
---------+Artikolu 2 2.
---------+Artikolu 2 3.
---------+Artikolu 2 4.
---------+Artikolu 2 5.
---------+Artikolu 2 6.
---------+Artikolu 2 7.
---------+Artikolu 2 8.
---------+Artikolu 2 9.
---------+Artikolu 2 10.
---------+Artikolu 2 11.
------+Artikolu 3 Definizzjonijiet
------+Artikolu 4 Prinċipji għal miżuri skont dan ir-Regolament
---------+Artikolu 4 1.
---------+Artikolu 4 2.
---+KAPITOLU II ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA TAL-AVJAZZJONI
------+Artikolu 5 Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni
---------+Artikolu 5 1.
---------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 6 Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni
---------+Artikolu 6 1.
---------+Artikolu 6 2.
---------+Artikolu 6 3.
------+Artikolu 7 Programm tal-Istat għas-Sikurezza
---------+Artikolu 7 1.
---------+Artikolu 7 2.
---------+Artikolu 7 3.
------+Artikolu 8 Pjan tal-Istat għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni
---------+Artikolu 8 1.
---------+Artikolu 8 2.
---+KAPITOLU III REKWIŻITI SOSTANTIVI
------+TAQSIMA I Ajrunavigabbiltà u protezzjoni ambjentali
---------+Artikolu 9 Rekwiżiti essenzjali
------------+Artikolu 9 1.
------------+Artikolu 9 2.
---------+Artikolu 10 Konformità
------------+Artikolu 10 1.
------------+Artikolu 10 2.
---------+Artikolu 11 Disinn tal-prodotti
---------+Artikolu 12 Disinn tal-parts
---------+Artikolu 13 Disinn ta' tagħmir mhux installat
---------+Artikolu 14 Inġenji tal-ajru individwali
------------+Artikolu 14 1.
------------+Artikolu 14 2.
---------+Artikolu 15 Organizzazzjonijiet
------------+Artikolu 15 1.
------------+Artikolu 15 2.
------------+Artikolu 15 3.
------------+Artikolu 15 4.
------------+Artikolu 15 5.
---------+Artikolu 16 Persunal
------------+Artikolu 16 1.
------------+Artikolu 16 2.
------------+Artikolu 16 3.
---------+Artikolu 17 Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà
------------+Artikolu 17 1.
------------+Artikolu 17 2.
------------+Artikolu 17 3.
---------+Artikolu 18 Derogi
------------+Artikolu 18 1.
------------+Artikolu 18 2.
---------+Artikolu 19 Setgħat delegati
------------+Artikolu 19 1.
------------+Artikolu 19 2.
------------+Artikolu 19 3.
------------+Artikolu 19 4.
------+TAQSIMA II Ekwipaġġ tal-ajru
---------+Artikolu 20 Rekwiżiti essenzjali
---------+Artikolu 21 Bdoti
------------+Artikolu 21 1.
------------+Artikolu 21 2.
------------+Artikolu 21 3.
------------+Artikolu 21 4.
------------+Artikolu 21 5.
------------+Artikolu 21 6.
---------+Artikolu 22 Ekwipaġġ tal-kabina
------------+Artikolu 22 1.
------------+Artikolu 22 2.
------------+Artikolu 22 3.
------------+Artikolu 22 4.
------------+Artikolu 22 5.
------------+Artikolu 22 6.
---------+Artikolu 23 Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-bdoti u l-ekwipaġġ tal-kabina
------------+Artikolu 23 1.
------------+Artikolu 23 2.
---------+Artikolu 24 Organizzazzjonijiet ta' taħriġ u ċentri ajrumediċi
------------+Artikolu 24 1.
------------+Artikolu 24 2.
------------+Artikolu 24 3.
------------+Artikolu 24 4.
------------+Artikolu 24 5.
------------+Artikolu 24 6.
---------+Artikolu 25 Apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir
------------+Artikolu 25 1.
------------+Artikolu 25 2.
------------+Artikolu 25 3.
------------+Artikolu 25 4.
------------+Artikolu 25 5.
---------+Artikolu 26 Għalliema u eżaminaturi
------------+Artikolu 26 1.
------------+Artikolu 26 2.
------------+Artikolu 26 3.
------------+Artikolu 26 4.
------------+Artikolu 26 5.
---------+Artikolu 27 Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tat-taħriġ, l-ittestjar, il-verifika u l-valutazzjoni medika
------------+Artikolu 27 1.
------------+Artikolu 27 2.
------------+Artikolu 27 3.
---------+Artikolu 28 Setgħat delegati
------------+Artikolu 28 1.
------------+Artikolu 28 2.
------+TAQSIMA III Operazzjonijiet fl-ajru
---------+Artikolu 29 Rekwiżiti essenzjali
---------+Artikolu 30 Operaturi tal-inġenji tal-ajru
------------+Artikolu 30 1.
------------+Artikolu 30 2.
------------+Artikolu 30 3.
------------+Artikolu 30 4.
------------+Artikolu 30 5.
------------+Artikolu 30 6.
------------+Artikolu 30 7.
---------+Artikolu 31 Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-ajru
------------+Artikolu 31 1.
------------+Artikolu 31 2.
------------+Artikolu 31 3.
---------+Artikolu 32 Setgħat delegati
------------+Artikolu 32 1.
------------+Artikolu 32 2.
------------+Artikolu 32 3.
------+TAQSIMA IV Ajrudromi
---------+Artikolu 33 Rekwiżiti essenzjali
---------+Artikolu 34 Ċertifikazzjoni tal-ajrudrom
------------+Artikolu 34 1.
------------+Artikolu 34 2.
------------+Artikolu 34 3.
------------+Artikolu 34 4.
------------+Artikolu 34 5.
---------+Artikolu 35 Tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza
------------+Artikolu 35 1.
------------+Artikolu 35 2.
------------+Artikolu 35 3.
------------+Artikolu 35 4.
---------+Artikolu 36 Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-ajrudromi u t-tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza
------------+Artikolu 36 1.
------------+Artikolu 36 2.
------------+Artikolu 36 3.
---------+Artikolu 37 Organizzazzjonijiet
------------+Artikolu 37 1.
------------+Artikolu 37 2.
---------+Artikolu 38 Protezzjoni tal-inħawi tal-ajrudromi
------------+Artikolu 38 1.
------------+Artikolu 38 2.
------------+Artikolu 38 3.
---------+Artikolu 39 Setgħat delegati
------------+Artikolu 39 1.
------------+Artikolu 39 2.
------------+Artikolu 39 3.
------+TAQSIMA V ATM/ANS
---------+Artikolu 40 Rekwiżiti essenzjali
------------+Artikolu 40 1.
------------+Artikolu 40 2.
---------+Artikolu 41 Fornituri ta' ATM/ANS
------------+Artikolu 41 1.
------------+Artikolu 41 2.
------------+Artikolu 41 3.
------------+Artikolu 41 3a.
------------+Artikolu 41 4.
------------+Artikolu 41 5.
------------+Artikolu 41 6.
---------+Artikolu 42 Organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, il-manifattura jew il-manutenzjoni ta' sistemi tal-ATM/ANS u ta' kostitwenti ATM/ANS
------------+Artikolu 42 1.
------------+Artikolu 42 2.
------------+Artikolu 42 3.
------------+Artikolu 42 4.
---------+Artikolu 43 Atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-fornituri ta’ ATM/ANS u l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, il-produzzjoni jew il-manutenzjoni ta’ sistemi tal-ATM/ANS u kostitwenti tal-ATM/ANS
------------+Artikolu 43 1.
------------+Artikolu 43 2.
------------+Artikolu 43 3.
------------+Artikolu 43 4.
---------+Artikolu 44 Atti ta' implimentazzjoni rigward l-użu tal-ispazju tal-ajru u d-disinn tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru
------------+Artikolu 44 1.
------------+Artikolu 44 2.
------------+Artikolu 44 3.
---------+Artikolu 45 Sistemi tal-ATM/ANS u kostitwenti tal-ATM/ANS
------------+Artikolu 45 1.
------------+Artikolu 45 2.
---------+Artikolu 46 Disinn tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru
---------+Artikolu 47 Setgħat delegati
------------+Artikolu 47 1.
------------+Artikolu 47 2.
------------+Artikolu 47 3.
------+TAQSIMA VI Kontrolluri tat-traffiku tal-ajru
---------+Artikolu 48 Rekwiżiti essenzjali
---------+Artikolu 49 Kontrolluri tat-traffiku tal-ajru
------------+Artikolu 49 1.
------------+Artikolu 49 2.
------------+Artikolu 49 3.
------------+Artikolu 49 4.
------------+Artikolu 49 5.
---------+Artikolu 50 Atti ta' implimentazzjoni rigward il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru
------------+Artikolu 50 1.
------------+Artikolu 50 2.
------------+Artikolu 50 3.
---------+Artikolu 51 Organizzazzjonijiet ta' taħriġ għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u ċentri ajrumediċi
------------+Artikolu 51 1.
------------+Artikolu 51 2.
------------+Artikolu 51 3.
------------+Artikolu 51 4.
---------+Artikolu 52 Għalliema, assessuri u eżaminaturi ajrumediċi
------------+Artikolu 52 1.
------------+Artikolu 52 2.
------------+Artikolu 52 3.
------------+Artikolu 52 4.
---------+Artikolu 53 Atti ta' implimentazzjoni rigward it-taħriġ, l-ittestjar, il-verifika u l-valutazzjoni medika
------------+Artikolu 53 1.
------------+Artikolu 53 2.
------------+Artikolu 53 3.
---------+Artikolu 54 Setgħat delegati
------+TAQSIMA VII Inġenji tal-ajru Mingħajr Bdot Abbord
---------+Artikolu 55 Rekwiżiti Essenzjali għal Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord
---------+Artikolu 56 Konformità tal-Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord
------------+Artikolu 56 1.
------------+Artikolu 56 2.
------------+Artikolu 56 3.
------------+Artikolu 56 4.
------------+Artikolu 56 5.
------------+Artikolu 56 6.
------------+Artikolu 56 7.
------------+Artikolu 56 8.
---------+Artikolu 57 Atti ta' implimentazzjoni rigward inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord
---------+Artikolu 58 Setgħat delegati
------------+Artikolu 58 1.
------------+Artikolu 58 2.
------------+Artikolu 58 3.
------+TAQSIMA VIII Inġenji tal-ajru li jintużaw minn operatur ta' pajjiż terz lejn l-Unjoni, fiha jew 'il barra minnha
---------+Artikolu 59 Regoli applikabbli
---------+Artikolu 60 Konformità
------------+Artikolu 60 1.
------------+Artikolu 60 2.
------------+Artikolu 60 3.
---------+Artikolu 61 Setgħat delegati
------------+Artikolu 61 1.
------------+Artikolu 61 2.
---+KAPITOLU IV SISTEMA KONĠUNTA TA' ĊERTIFIKAZZJONI, SORVELJANZA U INFURZAR
------+Artikolu 62 Ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar
---------+Artikolu 62 1.
---------+Artikolu 62 2.
---------+Artikolu 62 2a.
---------+Artikolu 62 3.
---------+Artikolu 62 4.
---------+Artikolu 62 5.
---------+Artikolu 62 6.
---------+Artikolu 62 7.
---------+Artikolu 62 8.
---------+Artikolu 62 9.
---------+Artikolu 62 10.
---------+Artikolu 62 11.
---------+Artikolu 62 12.
---------+Artikolu 62 13.
---------+Artikolu 62 14.
---------+Artikolu 62 15.
------+Artikolu 63 Grupp ta' spetturi Ewropej tal-avjazzjoni
---------+Artikolu 63 1.
---------+Artikolu 63 2.
---------+Artikolu 63 3.
---------+Artikolu 63 4.
---------+Artikolu 63 5.
---------+Artikolu 63 6.
------+Artikolu 64 Riallokazzjoni tar-responsabbiltà fuq talba tal-Istati Membri
---------+Artikolu 64 1.
---------+Artikolu 64 2.
---------+Artikolu 64 3.
---------+Artikolu 64 4.
---------+Artikolu 64 5.
---------+Artikolu 64 6.
---------+Artikolu 64 7.
---------+Artikolu 64 8.
------+Artikolu 65 Riallokazzjoni tar-responsabbiltà wara talba tal-organizzazzjonijiet li joperaw f'aktar minn Stat Membru wieħed
---------+Artikolu 65 1.
---------+Artikolu 65 2.
---------+Artikolu 65 3.
---------+Artikolu 65 4.
---------+Artikolu 65 5.
---------+Artikolu 65 6.
------+Artikolu 66 Mekkaniżmu ta' appoġġ għas-sorveljanza
---------+Artikolu 66 1.
---------+Artikolu 66 2.
---------+Artikolu 66 3.
---------+Artikolu 66 4.
---------+Artikolu 66 5.
------+Artikolu 67 Validità u rikonoxximent ta' ċertifikati u dikjarazzjonijiet
---------+Artikolu 67 1.
---------+Artikolu 67 2.
---------+Artikolu 67 3.
---------+Artikolu 67 4.
------+Artikolu 68 Aċċettazzjoni ta' ċertifikazzjoni minn pajjiż terz
---------+Artikolu 68 1.
---------+Artikolu 68 2.
---------+Artikolu 68 3.
------+Artikolu 69 Entitajiet kwalifikati
---------+Artikolu 69 1.
---------+Artikolu 69 2.
---------+Artikolu 69 3.
---------+Artikolu 69 4.
---------+Artikolu 69 5.
------+Artikolu 70 Dispożizzjonijiet ta' salvagwardja
---------+Artikolu 70 1.
---------+Artikolu 70 2.
---------+Artikolu 70 3.
---------+Artikolu 70 4.
------+Artikolu 71 Dispożizzjonijiet dwar flessibbiltà
---------+Artikolu 71 1.
---------+Artikolu 71 2.
---------+Artikolu 71 3.
------+Artikolu 72 Ġbir, skambju u analiżi ta' informazzjoni
---------+Artikolu 72 1.
---------+Artikolu 72 2.
---------+Artikolu 72 3.
---------+Artikolu 72 4.
---------+Artikolu 72 5.
---------+Artikolu 72 6.
---------+Artikolu 72 7.
------+Artikolu 73 Protezzjoni tas-sorsi ta' informazzjoni
---------+Artikolu 73 1.
---------+Artikolu 73 2.
---------+Artikolu 73 3.
---------+Artikolu 73 4.
---------+Artikolu 73 5.
---------+Artikolu 73 6.
------+Artikolu 74 Repożitorju ta' informazzjoni
---------+Artikolu 74 1.
---------+Artikolu 74 2.
---------+Artikolu 74 3.
---------+Artikolu 74 4.
---------+Artikolu 74 5.
---------+Artikolu 74 6.
---------+Artikolu 74 7.
---------+Artikolu 74 8.
---+KAPITOLU V L-AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦAS-SIKUREZZA TAL-AVJAZZJONI
------+TAQSIMA I Kompiti
---------+Artikolu 75 Stabbiliment u funzjonijiet tal-Aġenzija
------------+Artikolu 75 1.
------------+Artikolu 75 2.
---------+Artikolu 76 Miżuri tal-aġenzija
------------+Artikolu 76 1.
------------+Artikolu 76 2.
------------+Artikolu 76 3.
------------+Artikolu 76 4.
------------+Artikolu 76 5.
------------+Artikolu 76 6.
------------+Artikolu 76 7.
---------+Artikolu 77 Ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u ambjentali
------------+Artikolu 77 1.
------------+Artikolu 77 2.
------------+Artikolu 77 3.
---------+Artikolu 78 Ċertifikazzjoni tal-ekwipaġġ tal-ajru
------------+Artikolu 78 1.
------------+Artikolu 78 2.
---------+Artikolu 79 Ċertifikazzjoni ta' Tagħmir tal-Ajrudrom Relatat mas-Sikurezza
---------+Artikolu 80 ATM/ANS
------------+Artikolu 80 1.
------------+Artikolu 80 2.
---------+Artikolu 81 Ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru
---------+Artikolu 82 Operaturi ta' inġenji tal-ajru minn pajjiżi terzi u s-sorveljanza tas-sikurezza internazzjonali
------------+Artikolu 82 1.
------------+Artikolu 82 2.
------------+Artikolu 82 3.
---------+Artikolu 83 Investigazzjonijiet mill-Aġenzija
------------+Artikolu 83 1.
------------+Artikolu 83 2.
------------+Artikolu 83 3.
------------+Artikolu 83 4.
---------+Artikolu 84 Multi u ħlasijiet penali perjodiċi
------------+Artikolu 84 1.
------------+Artikolu 84 2.
------------+Artikolu 84 3.
------------+Artikolu 84 4.
------------+Artikolu 84 5.
------------+Artikolu 84 6.
---------+Artikolu 85 Monitoraġġ tal-Istati Membri
------------+Artikolu 85 1.
------------+Artikolu 85 2.
------------+Artikolu 85 3.
------------+Artikolu 85 4.
------------+Artikolu 85 5.
------------+Artikolu 85 6.
------------+Artikolu 85 7.
------------+Artikolu 85 8.
------------+Artikolu 85 9.
---------+Artikolu 86 Riċerka u innovazzjoni
------------+Artikolu 86 1.
------------+Artikolu 86 2.
------------+Artikolu 86 3.
------------+Artikolu 86 4.
------------+Artikolu 86 5.
---------+Artikolu 87 Protezzjoni ambjentali
------------+Artikolu 87 1.
------------+Artikolu 87 2.
------------+Artikolu 87 3.
------------+Artikolu 87 4.
---------+Artikolu 88 Interdipendenzi bejn is-sikurezza u s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili
------------+Artikolu 88 1.
------------+Artikolu 88 2.
------------+Artikolu 88 3.
---------+Artikolu 89 Interdipendenzi bejn is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u fatturi soċjoekonomiċi
------------+Artikolu 89 1.
------------+Artikolu 89 2.
------------+Artikolu 89 3.
---------+Artikolu 90 Kooperazzjoni internazzjonali
------------+Artikolu 90 1.
------------+Artikolu 90 2.
------------+Artikolu 90 3.
------------+Artikolu 90 4.
------------+Artikolu 90 5.
------------+Artikolu 90 6.
---------+Artikolu 91 Maniġġar ta' Kriżijiet fl-Avjazzjoni
------------+Artikolu 91 1.
------------+Artikolu 91 2.
---------+Artikolu 92 Taħriġ vokazzjonali
------------+Artikolu 92 1.
------------+Artikolu 92 2.
---------+Artikolu 93 Implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew
------+SEZZJONI II L-Istruttura interna
---------+Artikolu 94 Status ġuridiku, sede u uffiċċji lokali
------------+Artikolu 94 1.
------------+Artikolu 94 2.
------------+Artikolu 94 3.
------------+Artikolu 94 4.
------------+Artikolu 94 5.
---------+Artikolu 95 Persunal
------------+Artikolu 95 1.
------------+Artikolu 95 2.
---------+Artikolu 96 Privileġġi u immunitajiet
---------+Artikolu 97 Responsabbiltà
------------+Artikolu 97 1.
------------+Artikolu 97 2.
------------+Artikolu 97 3.
------------+Artikolu 97 4.
------------+Artikolu 97 5.
---------+Artikolu 98 Il-Funzjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija
------------+Artikolu 98 1.
------------+Artikolu 98 2.
------------+Artikolu 98 3.
------------+Artikolu 98 4.
------------+Artikolu 98 5.
------------+Artikolu 98 6.
---------+Artikolu 99 Il-kompożizzjoni tal-Bord ta' Tmexxija
------------+Artikolu 99 1.
------------+Artikolu 99 2.
------------+Artikolu 99 3.
------------+Artikolu 99 4.
------------+Artikolu 99 5.
---------+Artikolu 100 Il-President tal-Bord ta' Tmexxija
------------+Artikolu 100 1.
------------+Artikolu 100 2.
---------+Artikolu 101 Il-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija
------------+Artikolu 101 1.
------------+Artikolu 101 2.
------------+Artikolu 101 3.
------------+Artikolu 101 4.
------------+Artikolu 101 5.
------------+Artikolu 101 6.
---------+Artikolu 102 Ir-regoli tal-Bord ta' Tmexxija dwar il-votazzjoni
------------+Artikolu 102 1.
------------+Artikolu 102 2.
------------+Artikolu 102 3.
------------+Artikolu 102 4.
---------+Artikolu 103 Direttur Eżekuttiv
------------+Artikolu 103 1.
------------+Artikolu 103 2.
------------+Artikolu 103 3.
------------+Artikolu 103 4.
------------+Artikolu 103 5.
------------+Artikolu 103 6.
------------+Artikolu 103 7.
------------+Artikolu 103 8.
---------+Artikolu 104 Ir-Responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv
------------+Artikolu 104 1.
------------+Artikolu 104 2.
------------+Artikolu 104 3.
------------+Artikolu 104 4.
---------+Artikolu 105 Setgħat tal-Bord tal-Appell
------------+Artikolu 105 1.
------------+Artikolu 105 2.
---------+Artikolu 106 Membri tal-Bord tal-Appell
------------+Artikolu 106 1.
------------+Artikolu 106 2.
------------+Artikolu 106 3.
------------+Artikolu 106 4.
------------+Artikolu 106 5.
------------+Artikolu 106 6.
---------+Artikolu 107 Esklużjoni u oġġezzjoni
------------+Artikolu 107 1.
------------+Artikolu 107 2.
------------+Artikolu 107 3.
------------+Artikolu 107 4.
---------+Artikolu 108 Deċiżjonijiet soġġetti għal appell
------------+Artikolu 108 1.
------------+Artikolu 108 2.
------------+Artikolu 108 3.
---------+Artikolu 109 Persuni intitolati għal appell
---------+Artikolu 110 Limitu ta' żmien u forma
---------+Artikolu 111 Reviżjoni interlokutorja
------------+Artikolu 111 1.
------------+Artikolu 111 2.
---------+Artikolu 112 Eżami ta' appelli
------------+Artikolu 112 1.
------------+Artikolu 112 2.
---------+Artikolu 113 Deċiżjonijiet fuq appell
---------+Artikolu 114 Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
------------+Artikolu 114 1.
------------+Artikolu 114 2.
------------+Artikolu 114 3.
------------+Artikolu 114 4.
------+SEZZJONI III Metodi ta' ħidma
---------+Artikolu 115 Proċeduri għall-iżvilupp ta' opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħra, mezzi aċċettabbli ta' konformità u materjal ta' gwida
------------+Artikolu 115 1.
------------+Artikolu 115 2.
------------+Artikolu 115 3.
---------+Artikolu 116 Proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet
------------+Artikolu 116 1.
------------+Artikolu 116 2.
---------+Artikolu 117 Programmazzjoni annwali u pluriennali
------------+Artikolu 117 1.
------------+Artikolu 117 2.
------------+Artikolu 117 3.
------------+Artikolu 117 4.
---------+Artikolu 118 Rapport annwali kkonsolidat dwar l-attività
------------+Artikolu 118 1.
------------+Artikolu 118 2.
---------+Artikolu 119 Trasparenza u komunikazzjoni
------------+Artikolu 119 1.
------------+Artikolu 119 2.
------------+Artikolu 119 3.
------------+Artikolu 119 4.
------------+Artikolu 119 5.
------------+Artikolu 119 6.
------+TAQSIMA IV Rekwiżiti finanzjarji
---------+Artikolu 120 Baġit
------------+Artikolu 120 1.
------------+Artikolu 120 2.
------------+Artikolu 120 3.
------------+Artikolu 120 4.
------------+Artikolu 120 5.
------------+Artikolu 120 6.
------------+Artikolu 120 7.
------------+Artikolu 120 8.
------------+Artikolu 120 9.
------------+Artikolu 120 10.
------------+Artikolu 120 11.
------------+Artikolu 120 12.
---------+Artikolu 121 Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit
------------+Artikolu 121 1.
------------+Artikolu 121 2.
------------+Artikolu 121 3.
------------+Artikolu 121 4.
------------+Artikolu 121 5.
------------+Artikolu 121 6.
------------+Artikolu 121 7.
------------+Artikolu 121 8.
------------+Artikolu 121 9.
------------+Artikolu 121 10.
---------+Artikolu 122 Ġlieda kontra l-frodi
------------+Artikolu 122 1.
------------+Artikolu 122 2.
------------+Artikolu 122 3.
------------+Artikolu 122 4.
------------+Artikolu 122 5.
---------+Artikolu 123 Ir-regoli ta' sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata u ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata
---------+Artikolu 124 Evalwazzjoni
------------+Artikolu 124 1.
------------+Artikolu 124 2.
------------+Artikolu 124 3.
---------+Artikolu 125 Regoli finanzjarji
---------+Artikolu 126 Tariffi u imposti
------------+Artikolu 126 1.
------------+Artikolu 126 2.
------------+Artikolu 126 3.
------------+Artikolu 126 4.
---+KAPITOLU VI DISPOSIZZJONIJIET FINALI
------+Artikolu 127 Proċedura tal-kumitat
---------+Artikolu 127 1.
---------+Artikolu 127 2.
---------+Artikolu 127 3.
---------+Artikolu 127 4.
------+Artikolu 128 Eżerċizzju tad-delega
---------+Artikolu 128 1.
---------+Artikolu 128 2.
---------+Artikolu 128 3.
---------+Artikolu 128 4.
---------+Artikolu 128 5.
---------+Artikolu 128 6.
------+Artikolu 129 Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi Ewropej
------+Artikolu 130 Il-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u l-kondizzjonijiet tal-operat
---------+Artikolu 130 1.
---------+Artikolu 130 2.
------+Artikolu 131 Penali
------+Artikolu 132 Proċessar ta' data personali
---------+Artikolu 132 1.
---------+Artikolu 132 2.
------+Artikolu 133 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2111/2005
---------+Article 133 ‘1.
---------+Artikolu 133 2.
---------+Artikolu 133 3.
------+Artikolu 134 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008
------+Artikolu 135 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 996/2010
---------+Artikolu 135 1.
---------+Artikolu 135 2.
---------+Artikolu 135 3.
---------+Artikolu 135 4.
---------+Artikolu 135 5.
---------+Artikolu 135 6.
------+Artikolu 136 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 376/2014
------+Artikolu 137 Emendi għad-Direttiva 2014/30/UE
------+Artikolu 138 Emendi għad-Direttiva 2014/53/UE
------+Artikolu 139 Tħassir
---------+Artikolu 139 1.
---------+Artikolu 139 2.
---------+Artikolu 139 3.
---------+Artikolu 139 4.
------+Artikolu 140 Dispożizzjonijiet tranżitorji
---------+Artikolu 140 1.
---------+Artikolu 140 2.
---------+Artikolu 140 3.
---------+Artikolu 140 4.
---------+Artikolu 140 5.
---------+Artikolu 140 6.
------+Artikolu 141 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS I
---+ANNESS II
---+ANNESS III
---+ANNESS IV
---+ANNESS V
---+ANNESS VI
---+ANNESS VII
---+ANNESS VIII
---+ANNESS IX
---+ANNESS X
|
English -
European Union -
Aviation -
REGOLAMENT (UE) 2018/1139 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT (UE) 2018/1139 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-4 ta' Lulju 2018
dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
KAPITOLU I PRINĊIPJI
|
KAPITOLU I PRINĊIPJI
|
|
KAPITOLU II ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA TAL-AVJAZZJONI
|
KAPITOLU II ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA TAL-AVJAZZJONI
|
|
KAPITOLU III REKWIŻITI SOSTANTIVI
|
KAPITOLU III REKWIŻITI SOSTANTIVI
|
|
KAPITOLU IV SISTEMA KONĠUNTA TA' ĊERTIFIKAZZJONI, SORVELJANZA U INFURZAR
|
KAPITOLU IV SISTEMA KONĠUNTA TA' ĊERTIFIKAZZJONI, SORVELJANZA U INFURZAR
|
|
KAPITOLU V L-AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦAS-SIKUREZZA TAL-AVJAZZJONI
|
KAPITOLU V L-AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦAS-SIKUREZZA TAL-AVJAZZJONI
|
|
KAPITOLU VI DISPOSIZZJONIJIET FINALI
|
KAPITOLU VI DISPOSIZZJONIJIET FINALI
|
|
ANNESS I
|
ANNESS I
Inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 2(3)
1. Il-kategoriji ta' inġenji tal-ajru bi bdot abbord li għalihom ma japplikaw dan ir-Regolament:
(a)
inġenji tal-ajru storiċi li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:
(i)
inġenji tal-ajru li:
—
id-disinn inizjali tagħhom ġie stabbilit qabel l-1 ta' Jannar 1955, u
—
li ma baqgħux jiġu mmanifatturati wara l-1 ta' Jannar 1975;
jew
(ii)
inġenji tal-ajru li għandhom rilevanza storika ċara, marbuta ma':
—
parteċipazzjoni f'avveniment storiku notevoli,
—
pass ewlieni fl-iżvilupp tal-avjazzjoni, jew
—
rwol prinċipali fil-forzi armati ta' Stat Membru;
jew
(b)
inġenji tal-ajru speċifikament iddisinjati jew immodifikati għal skopijiet sperimentali, xjentifiċi jew ta' riċerka, u x'aktarx prodotti f'numri limitati ħafna;
(c)
inġenji tal-ajru, inkluż dawk fornuti f'forma ta' kit, fejn mill-inqas 51 % tal-kompiti ta' fabbrikazzjoni u assemblaġġ jitwettqu minn dilettant, jew assoċjazzjoni ta' dilettanti mingħajr skop ta' profitt, għall-finijiet tagħhom stess u mingħajr ebda għan kummerċjali;
(d)
inġenji tal-ajru li kienu fis-servizz tal-forzi militari, ħlief jekk l-inġenju tal-ajru huwa ta' tip li għalih l-Aġenzija tkun adottat standard tad-disinn;
(e)
ajruplani li jkollhom veloċità minima ta' titjir li tista' titkejjel jew veloċità kostanti ta' titjir fil-konfigurazzjoni tal-inżul li ma taqbiżx il-35 mil nawtiku fis-siegħa bħala veloċità kalibrata fl-ajru (CAS), ħelikopters, paraxuts bil-mutur, gliders u gliders bil-mutur, li ma jkollhomx aktar minn żewġ sits u massa massima ta' tluq (MTOM), kif irreġistrata mill-Istati Membri, ta' mhux aktar minn:
|
|
Ajruplan/Ħelikopter/Paraxut bil-mutur/glider bil-mutur
|
Gliders
|
Amfibju jew ajruplan galleġġjanti/ħelikopter
|
Paraxut ta' rkupru totali mmuntat fuq qafas ta' inġenju tal-ajru
|
|
B'sit wieħed
|
300 kg MTOM
|
250 kg MTOM
|
Żieda ta' 30 kg MTOM
|
Żieda ta' 15 kg MTOM
|
|
B'żewġ sits
|
450 kg MTOM
|
400 kg MTOM
|
Żieda ta' 45 kg MTOM
|
Żieda ta' 25 kg MTOM
|
|
Meta amfibju jew ajruplan galleġġjanti/ħelikopter jopera kemm bħala ajruplan galleġġjanti/ħelikopter kif ukoll bħala ajruplan tal-art/ħelikopter, dan għandu jaqa' taħt il-limitu MTOM applikabbli.
|
(f)
ġiroplani b'sit wieħed jew b'żewġ sits b'MTOM li ma teċċedix is-600 kg;
(g)
repliki ta' inġenji tal-ajru li jissodisfaw il-kriterji tal-punti (a) jew (d), li d-disinn strutturali tagħhom huwasimili għal dak tal-inġenji tal-ajru oriġinali;
(h)
blalen tal-arja u iġfna tal-ajru li għandhom post għal wieħed jew tnejn u volum massimu ta' disinn ta' mhux aktar minn 1 200 m3, u fil-każ ta' gassijiet reffejja oħra mhux aktar minn 400 m3;
(i)
kwalunkwe inġenju tal-ajru ieħor bi bdot abbord b'massa vojta massima, inkluż il-fjuwil, ta' mhux aktar minn 70 kg.
2. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma japplikax għal:
(a)
inġenji tal-ajru marbuta mingħajr ebda sistema ta' propulsjoni, fejn it-tul massimu tal-irbit huwa ta' 50 m, u fejn:
(i)
il-MTOM tal-inġenju tal-ajru, inkluż it-tagħbija tiegħu, hija ta' inqas minn 25 kg, jew
(ii)
fil-każ ta' inġenji tal-ajru eħfef mill-arja, il-volum tad-disinn massimu tal-inġenju tal-ajru huwa ta' inqas minn 40 m3;
(b)
inġenji tal-ajru marbuta b'MTOM ta' mhux aktar minn 1 kg.
|
|
ANNESS II
|
ANNESS II
Rekwiżiti essenzjali għall-ajrunavigabbiltà
1. INTEGRITÀ TAL-PRODOTT
L-integrità tal-prodott, inkluż il-protezzjoni kontra t-theddid għas-sigurtà tal-informazzjoni, trid tiġi aċċertata għall-kondizzjonijiet antiċipati kollha ta' titjir għall-ħajja operazzjonali tal-inġenju tal-ajru. Il-konformità mar-rekwiżiti kollha trid tintwera permezz ta' valutazzjoni jew ta' analiżi, sostnuta, fejn hemm bżonn, b'testijiet.
1.1. Strutturi u materjali
|
1.1.1.
|
L-integrità tal-istruttura trid tiġi aċċertata f'kull waqt, u biżżejjed lil hinn miż-żona operazzjonali għall-inġenju tal-ajru, inkluż is-sistema ta' propulsjoni tiegħu, u trid tinżamm għall-ħajja operattiva tal-inġenju tal-ajru.
|
|
1.1.2.
|
Il-parts kollha tal-inġenju tal-ajru, li jekk tinqalgħalhom il-ħsara jistgħu jnaqqsu l-integrità strutturali, iridu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin mingħajr deformazzjoni detrimentali jew ħsara. Dan jinkludi l-oġġetti kollha ta' massa sinifikanti u l-mezzi tagħhom ta' trażżin.
(a)
Iridu jiġu kkunsidrati l-kombinazzjonijiet kollha ta' tagħbija li jkunu raġonevolment mistennija li jseħħu fil-piżijiet, fil-firxa taċ-ċentru tal-gravità, fiż-żona operazzjonali u fil-ħajja tal-inġenju tal-ajru u biżżejjed lil hinn minnhom. Dan jinkludi tagħbijiet dovuti għal buffuri, manuvri, pressjoni għolja, superfiċji mobbli, sistemi ta' kontroll u ta' propulsjoni kemm fl-ajru kif ukoll fuq l-art.
(b)
Trid tingħata kunsiderazzjoni lit-tagħbijiet u lill-ħsarat probabbli kkawżati bi nżul ta' emerġenza fuq l-art jew fuq il-baħar.
(c)
Skont kif inhu adatt għat-tip ta' operazzjoni, l-effetti dinamiċi jridu jiġu koperti fir-rispons strutturali għal dawk it-tagħbijiet, b'kunsiderazzjoni għad-daqs u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru.
|
|
1.1.3.
|
L-inġenju tal-ajru ma jrid ikollu ebda instabbiltà ajruelastika u vibrazzjoni eċċessiva.
|
|
1.1.4.
|
Il-proċessi tal-produzzjoni u l-materjali użati fil-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru jridu jirriżultaw fi proprjetajiet strutturali magħrufa u riproduċibbli. Irid jittieħed kont ta' kwalunkwe tibdil fil-prestazzjoni tal-materjali relatata mal-ambjent operazzjonali.
|
|
1.1.5.
|
Hemm bżonn li jiġi żgurat li sa fejn huwa prattikabbli, l-effetti tat-tagħbija ċiklika, id-degradazzjoni ambjentali, il-ħsara aċċidentali u li ġejja minn sors diskret ma jnaqqsux l-integrità strutturali taħt livell aċċettabbli ta' saħħa residwa. L-istruzzjonijiet kollha meħtieġa biex tiġi żgurata ajrunavigabbiltà kontinwa f'dan ir-rigward iridu jiġu promulgati.
|
1.2. Propulsjoni
|
1.2.1.
|
L-integrità tas-sistema ta' propulsjoni (jiġifieri l-magna u, meta jkun xieraq, l-iskrun) trid tintwera f'kull waqt, u biżżejjed lil hinn miż-żona operazzjonali tas-sistema ta' propulsjoni u trid tinżamm tul il-ħajja operattiva tas-sistema ta' propulsjoni, filwaqt li jiġi kkunsidrat ir-rwol tas-sistema ta' propulsjoni fil-kunċett ġenerali tas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru.
|
|
1.2.2.
|
Is-sistema ta' propulsjoni trid tipproduċi, fil-limiti dikjarati tagħha, il-forza propulsiva jew il-potenza mitluba minnha fil-kondizzjonijiet kollha meħtieġa tat-titjir, filwaqt li jitqiesu l-effetti u l-kondizzjonijiet ambjentali.
|
|
1.2.3.
|
Il-proċess tal-produzzjoni u l-materjali użati fil-kostruzzjoni tas-sistema ta' propulsjoni jridu jirriżultaw f'imġiba strutturali magħrufa u riproduċibbli. Irid jittieħed kont ta' kwalunkwe tibdil fil-prestazzjoni tal-materjali relatata mal-ambjent operazzjonali.
|
|
1.2.4.
|
L-effetti tat-tagħbija ċiklika, id-degradazzjoni ambjentali u operazzjonali u ħsarat sussegwenti probabbli fil-parts ma għandhomx inaqqsu l-integrità tas-sistema ta' propulsjoni taħt livelli aċċettabbli. L-istruzzjonijiet kollha meħtieġa biex tiġi żgurata ajrunavigabbiltà kontinwa f'dan ir-rigward iridu jiġu promulgati.
|
|
1.2.5.
|
L-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u r-rekwiżiti kollha meħtieġa għall-interfaċċa sikura u korretta bejn is-sistema ta' propulsjoni u l-inġenju tal-ajru jridu jiġu promulgati.
|
1.3. Sistemi u tagħmir (għajr it-tagħmir mhux installat):
|
1.3.1.
|
L-inġenju tal-ajru ma jridx ikollu karatteristiċi jew dettalji ta' disinn li l-esperjenza wriet li huma perikolużi.
|
|
1.3.2.
|
L-inġenju tal-ajru, inkluż dawk is-sistemi u t-tagħmir meħtieġa għall-valutazzjoni tad-disinn tat-tip, jew bir-regoli tal-operazzjoni, irid jiffunzjona dejjem, kif ippjanat f'kwalunkwe kondizzjoni tal-operazzjoni prevista, u biżżejjed lil hinn, mill-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru, b'konsiderazzjoni xierqa tas-sistema jew tal-ambjent tal-operazzjoni tat-tagħmir. Sistemi jew tagħmir oħra mhux meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni tat-tip, jew bir-regoli tal-operazzjoni, kemm jekk jiffunzjonaw tajjeb kif ukoll jekk le, ma jridux inaqqsu s-sikurezza u ma jridux jaffettwaw ħażin il-funzjonament kif suppost ta' kull tip ta' sistema jew tagħmir ieħor. Is-sistemi u t-tagħmir iridu jkunu operabbli mingħajr ma jeħtieġu ħila jew saħħa eċċezzjonali.
|
|
1.3.3.
|
Is-sistemi u t-tagħmir tal-inġenji tal-ajru, ikkunsidrati separatament u f'relazzjoni ma' xulxin, iridu jiġu ddisinjati b'tali mod li kwalunkwe kondizzjoni ta' ħsara katastrofika ma tirriżultax minn ħsara waħda li ma tidhirx li hija estremament improbabbli u trid teżisti relazzjoni inversa bejn il-probabbiltà ta' kondizzjoni ta' xi ħsara u s-severità tal-effett tagħha fuq l-inġenju tal-ajru u fuq l-okkupanti tiegħu. Fir-rigward tal-kriterju ta' ħsara waħda msemmi hawn fuq, huwa aċċettat li jrid ikun hemm riserva dovuta għad-daqs u l-konfigurazzjoni wiesgħa tal-inġenju tal-ajru u li dan jista' jostakola lil dan il-kriterju ta' ħsara waħda milli jiġi sodisfatt fir-rigward ta' xi parts u xi sistemi fuq ħelikopters u ajruplani żgħar.
|
|
1.3.4.
|
L-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq sikur tat-titjira u l-informazzjoni li tikkonċerna kondizzjonijiet mhux sikuri trid tiġi pprovduta lill-ekwipaġġ, jew lill-persunal ta' manutenzjoni, kif xieraq, b'mod ċar, konsistenti u mhux ambigwu. Iridu jiġu ddisinjati u mpoġġija sistemi, tagħmir u kontrolli, inkluż sinjali u avviżi biex jiġu minimizzati l-iżbalji li jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' perikli.
|
|
1.3.5.
|
Iridu jittieħdu prekawzjonijiet tad-disinn sabiex jitnaqqsu l-perikli għall-inġenji tal-ajru u għall-okkupanti minn theddid raġonevolment probabbli, inkluż theddidiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, kemm ġewwa kif ukoll barra l-inġenju tal-ajru, inkluż il-protezzjoni kontra l-possibbiltà ta' ħsara sinifikanti jew ta' tfixkil f'xi tagħmir mhux installat.
|
1.4. Tagħmir mhux installat
|
1.4.1.
|
It-tagħmir mhux installat irid iwettaq il-funzjoni ta' sikurezza tiegħu jew funzjoni rilevanti għas-sikurezza kif maħsub fi kwalunkwe kondizzjoni tal-operazzjoni prevista sakemm dik il-funzjoni ma tkunx tista' titwettaq ukoll permezz ta' mezzi oħra.
|
|
1.4.2.
|
It-tagħmir mhux installat irid ikun operabbli mingħajr ma jeħtieġ ħila jew saħħa eċċezzjonali.
|
|
1.4.3.
|
It-tagħmir mhux installat, kemm jekk jiffunzjona kif suppost kif ukoll jekk le, ma jridx inaqqas is-sikurezza u ma jridx jaffettwa ħażin il-funzjonament kif suppost ta' kwalunkwe tagħmir, sistema, jew apparat ieħor.
|
1.5. Ajrunavigabbiltà kontinwa
|
1.5.1.
|
Id-dokumenti kollha meħtieġa inkluż l-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa jridu jiġu stabbiliti u jkunu disponibbli biex ikun żgurat li jinżamm l-istandard tal-ajrunavigabbiltà relatat mat-tip ta' inġenju tal-ajru u kwalnukwe parti assoċjata tul il-ħajja operazzjonali tal-inġenju tal-ajru.
|
|
1.5.2.
|
Iridu jiġu pprovduti mezzi sabiex jippermettu l-ispezzjoni, l-aġġustament, il-lubrikazzjoni, it-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta' parts u ta' tagħmir mhux installat kif meħtieġ għall-ajrunavigabbiltà kontinwa.
|
|
1.5.3.
|
L-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa jridu jkunu fil-forma ta' manwal jew ta' manwali, kif adattat għall-kwantità ta' data li trid tiġi pprovduta. Il-manwali jridu jkopru manutenzjoni u struzzjonijiet ta' tiswija, informazzjoni dwar is-servizz ta' manutenzjoni, proċeduri ta' individwazzjoni ta' soluzzjonijiet u ta' spezzjoni, f'format li jipprevedi arranġament prattiku.
|
|
1.5.4.
|
L-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa jrid ikun fihom limitazzjonijiet ta' ajrunavigabbiltà li jistabbilixxu kull ħin obbligatorju ta' sostituzzjoni, intervall ta' spezzjoni u proċedura relatata ta' spezzjoni.
|
2. ASPETTI TA' AJRUNAVIGABBILTÀ TAL-OPERAZZJONI TAL-PRODOTT
|
2.1.
|
Dan li ġej irid jintwera li ġie indirizzat sabiex tiġi żgurata is-sikurezza għal dawk abbord jew fuq l-art tul l-operazzjoni tal-prodott:
(a)
It-tipi ta' operazzjoni li għalihom l-inġenju tal-ajru huwa approvat iridu jiġu stabbiliti u l-limitazzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa għal operazzjoni sikura, inkluż il-limitazzjonijiet ambjentali u l-prestazzjoni, iridu jiġu stabbiliti;
(b)
L-inġenju tal-ajru jrid jkun kontrollabbli u manuvrabbli b'mod sikur fil-kondizzjonijiet kollha antiċipati ta' operazzjoni inkluż wara li tinqala' ħsara f'sistema ta' propulsjoni waħda jew skont il-każ, f'iktar minn waħda, b'kunsiderazzjoni għad-daqs u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru. Iridu jiġu kkunsidrati s-saħħa tal-bdot, l-ambjent tal-kabina tal-bdot, l-ammont ta' xogħol tal-bdot u kunsiderazzjonijiet oħra tal-fattur uman u l-fażi tat-titjira u t-tul tagħha;
(c)
Irid ikun possibbli li ssir transizzjoni mingħajr xkiel minn fażi waħda ta' titjira għal oħra mingħajr ma tkun meħtieġa xi ħila eċċezzjonali ta' pilotaġġ, riflessi tajba, saħħa jew ammont ta' xogħol f'kwalunkwe tip ta' kondizzjoni tal-operazzjoni probabbli;
(d)
L-inġenju tal-ajru jrid ikollu din it-tip ta' stabbiltà sabiex ikun żgurat li dak li hu mistenni mill-bdot ma jkunx eċċessiv filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-fażi u t-tul tat-titjira;
(e)
Iridu jiġu stabbiliti proċeduri għall-operazzjoni normali, il-ħsara u l-kondizzjonijiet ta' emerġenza;
(f)
Iridu jiġu pprovduti twissijiet jew deterrenti oħra maħsuba sabiex jevitaw li titħarbat in-normalità tat-titjira, b'mod adattat għat-tip ta' inġenju tal-ajru;
(g)
Il-karatteristiċi tal-inġenju tal-ajru u s-sistemi tiegħu jridu jippermettu ritorn sikur mill-estremi tat-titjira li jistgħu jiġu ffaċċjati.
|
|
2.2.
|
Il-limitazzjonijiet tal-operazzjoni u informazzjoni oħra meħtieġa għal operazzjoni sikura jridu jkunu disponibbli għall-membri tal-ekwipaġġ.
|
|
2.3.
|
L-operazzjonijiet tal-prodotti jridu jiġu protetti minn perikli li jirriżultaw minn kondizzjonijiet avversi esterni u interni, inkluż kondizzjonijiet ambjentali.
(a)
B'mod partikolari u skont it-tip ta' operazzjoni, l-ebda kondizzjoni mhux sikura ma trid tinħoloq mill-esponiment għal fenomeni bħal, iżda mhux biss, temp ikrah, sajjetti, ħbit ma' għasafar, għelieqi radjati bi frekwenza għolja, l-ożonu, eċċ., raġonevolment mistennija li jseħħu tul l-operazzjoni tal-prodott, b'kunsiderazzjoni għad-daqs u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
(b)
Il-kompartimenti tal-kabina, kif xieraq għat-tip ta' operazzjonijiet, iridu jipprovdu lill-passiġġieri b'kondizzjonijiet ta' trasport adattati u bi protezzjoni adegwata kontra kwalunkwe periklu mistenni li jirriżulta fl-operazzjonijiet ta' titjir jew li jirriżulta f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inkluż perikli ta' nar, duħħan, gassijiet tossiċi u dekompressjoni rapida, b'kunsiderazzjoni għad-daqs u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru. Iridu jsiru dispożizzjonijiet sabiex l-okkupanti jingħataw kull ċans raġonevoli sabiex jiġi evitat korriment serju, sabiex jiġu evakwati malajr mill-inġenju tal-ajru u sabiex ikunu protetti mill-effett tal-forzi ta' deċelerazzjoni fil-każ ta' nżul ta' emerġenza fuq l-art jew fuq il-baħar. Iridu jiġu pprovduti sinjali jew notifiki ċari u mhux ambigwi, kif meħtieġ, sabiex l-okkupanti jingħataw struzzjonijiet dwar imġiba sikura adattata u dwar il-post u l-użu korrett tat-tagħmir tas-sikurezza. It-tagħmir ta' sikurezza meħtieġ irid ikun faċilment aċċessibbli;
(c)
Il-kompartimenti tal-ekwipaġġ, kif xieraq għat-tip ta' operazzjonijiet, iridu jiġu rranġati sabiex jiġu ffaċilitati l-operazzjonijiet ta' titjir, inkluż mezzi li jipprovdu għarfien tas-sitwazzjoni, u ġestjoni ta' kwalunkwe tip ta' sitwazzjoni u emerġenza previsti. L-ambjent tal-kompartimenti tal-ekwipaġġ ma jridx jipperikola l-abbiltà tal-ekwipaġġ milli jwettaq il-kompiti tiegħu u jrid jiġi ddisinjat b'tali mod li jevita l-interferenza matul l-operazzjoni u l-użu ħażin tal-kontrolli.
|
3. ORGANIZZAZZJONIJIET (INKLUŻ PERSUNI FIŻIĊI RESPONSABBLI MID-DISINN, IL-PRODUZZJONI, IL-ĠESTJONI JEW IL-MANUTENZJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ KONTINWA)
|
3.1.
|
Kif adatt għat-tip ta' attività, l-approvazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet iridu jinħarġu meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-organizzazzjoni jrid ikollha l-mezzi kollha meħtieġa għall-ambitu tax-xogħol. Dawk il-mezzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin: faċilitajiet, persunal, tagħmir, għodda u materjali, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u żamma ta' reġistri;
(b)
kif adatt għat-tip ta' attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, l-organizzazzjoni trid timplimenta u żżomm sistema ta' ġestjoni sabiex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness, tiġġestixxi r-riskji tas-sikurezza u timmira għal titjib kontinwu ta' dik is-sistema;
(c)
l-organizzazzjoni trid tistabbilixxi arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, kif meħtieġ, sabiex tiżgura konformità kontinwa mar-rekwiżiti essenzjali għall-ajrunavigabbiltà stabbiliti f'dan l-Anness;
(d)
l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni skont il-punt (b) u l-arranġamenti skont il-punt (c), sabiex tikkontribwixxi għall-għan ta' titjib kontinwu tas-sikurezza. Is-sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi għandha tkun konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni.
|
|
3.2.
|
Fil-każ ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ dwar il-manutenzjoni, il-kondizzjonijiet fil-punti 3.1(c) u 3.1(d) ma japplikawx.
|
|
3.3.
|
Persuni fiżiċi li jwettqu l-manutenzjoni għandhom jiksbu u jżommu livelli ta' għarfien teoretiku, ħiliet prattiċi u esperjenza kif xieraq għat-tip ta' attività.
|
|
|
ANNESS III
|
ANNESS III
Rekwiżiti essenzjali ta' kompatibbiltà ambjentali relatata mal-prodotti
1. Il-prodotti jridu jkunu ddisinjati b'mod li jnaqqsu kemm jista' jkun l-istorbju, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-punt 4.
2. Il-prodotti jridu jkunu ddisinjati b'mod li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-emissjonijiet, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-punt 4.
3. Il-prodotti jridu jkunu ddisinjati b'mod li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-emissjonijiet li huma kkawżati mill-evaporazzjoni jew mir-rilaxx ta' fluwidi, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-punt 4.
4. Kwalunkwe tip ta' kompromess bejn il-miżuri dwar id-disinn maħsuba biex inaqqsu l-istorbju, l-emissjonijiet ta' speċijiet differenti u r-rilaxx ta' fluwidi jrid jiġi kkunsidrat.
5. Il-medda totali ta' kondizzjonijiet normali ta' operazzjoni u ż-żoni ġeografiċi fejn l-istorbju u l-emissjonijiet mill-inġenji tal-ajru huma ta' tħassib, għandha tiġi kkunsidrata meta jiġu mnaqqsa l-istorbju u l-emissjonijiet.
6. Is-sistemi u t-tagħmir tal-inġenju tal-ajru meħtieġa għall-ħarsien tal-ambjent iridu jkunu ddisinjati, prodotti u miżmuma b'mod li jiffunzjonaw kif ippjanat f'kwalunkwe tip ta' kondizzjoni tal-operazzjoni prevista. L-affidabbiltà tagħhom trid tkun adegwata fir-rigward tal-effett ippjanat tagħhom fuq il-kompatibbiltà ambjentali tal-prodott.
7. Kwalunkwe tip ta' struzzjoni, proċedura, mezz, manwal, limitazzjoni u spezzjoni meħtieġa sabiex tkun żgurata l-konformità kontinwa ta' prodott tal-avjazzjoni mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness jridu jiġu stabbiliti u pprovduti għall-utenti intenzjonati b'mod ċar.
8. L-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, fil-produzzjoni u fil-manutenzjoni ta' prodotti tal-avjazzjoni:
(a)
irid ikollhom il-mezzi kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ta' prodott tal-avjazzjoni mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness; u
(b)
jistabbilixxu arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, kif meħtieġ, sabiex tiġi żgurata l-konformità ta' prodott tal-avjazzjoni mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness.
|
|
ANNESS IV
|
ANNESS IV
Rekwiżiti essenzjali għall-ekwipaġġ tal-ajru
1. IT-TAĦRIĠ TAL-BDOTI
1.1. Ġenerali
Persuna li tkun qed titħarreġ biex ittajjar inġenju tal-ajru trid tkun matura biżżejjed fl-edukazzjoni, fiżikament u mentalment biex tikseb, iżżomm u turi l-għarfien teoretiku u l-ħila prattika rilevanti.
1.2. Għarfien teoretiku
Bdot irid jikseb u jżomm livell xieraq ta' għarfien fir-rigward tal-funzjonijiet eżerċitati fuq l-inġenju tal-ajru u li jkun proporzjonat mar-riskji marbuta ma' din it-tip ta' attività. Tali għarfien irid jinkludi mill-anqas dawn li ġejjin:
(b)
għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru;
(c)
kwistjonijiet tekniċi relatati mal-kategorija tal-inġenju tal-ajru;
(d)
prestazzjoni u ppjanar fit-titjir;
(e)
prestazzjoni u limitazzjonijiet umani;
(h)
proċeduri operazzjonali, inkluż il-ġestjoni tar-riżorsi;
(k)
ħiliet mhux tekniċi, inkluż ir-rikonoxximent u l-ġestjoni ta' theddidiet u ta' żbalji.
1.3. Dimostrazzjoni u manutenzjoni tal-għarfien teoretiku
|
1.3.1.
|
L-akkwist u ż-żamma tal-għarfien teoretiku jridu jintwerew permezz ta' valutazzjoni kontinwa waqt it-taħriġ, u fejn hu xieraq, permezz ta' eżamijiet.
|
|
1.3.2.
|
Irid jinżamm livell xieraq ta' kompetenza fl-għarfien teoretiku. Il-konformità trid tintwera permezz ta' valutazzjonijiet, eżamijiet, testijiet jew kontrolli regolari. Il-frekwenza tal-eżamijiet, tat-testijiet jew tal-kontrolli jridu jkunu proporzjonati mal-livell ta' riskju marbut mal-attività.
|
1.4. Ħila prattika
Bdot irid jakkwista u jżomm il-ħiliet prattiċi li huma xierqa għall-funzjonijiet tiegħu jew tagħha fuq l-inġenji tal-ajru. Dawn il-ħiliet iridu jkunu proporzjonati mar-riskji marbuta mat-tip ta' attività u jridu jkopru, jekk adattati għall-funzjonijiet eżerċitati fuq l-inġenju tal-ajru, dawn li ġejjin:
(a)
l-attivitajiet qabel u waqt it-titjira, inkluż il-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru, id-determinazzjoni tal-massa u tal-bilanċ, l-ispezzjoni u l-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija, għarfien dwar it-temp, l-ippjanar tar-rotta, ir-restrizzjonijiet tal-ispazju tal-ajru u d-disponibbiltà ta' runway;
(b)
l-operazzjonijiet tal-ajrudrom u x-xejriet tat-traffiku;
(c)
il-prekawzjonijiet u l-proċeduri biex jiġu evitati l-kolliżjonijiet;
(d)
il-kontroll tal-inġenju tal-ajru permezz ta' referenza viżiva esterna;
(e)
il-manuvri tat-titjir, inkluż dawk f'sitwazzjonijiet kritiċi, u l-manuvri “upset” assoċjati, kif teknikament possibbli;
(f)
it-tlugħ u l-inżul normali u f'riħ laterali;
(g)
it-titjir b'referenza għall-istrumenti biss, skont kif adatt għat-tip ta' attività;
(h)
il-proċeduri operazzjonali, inkluż il-ħiliet f'tim u l-ġestjoni tar-riżorsi, kif adatt għat-tip ta' operazzjoni, kemm jekk b'ekwipaġġ ta' persuna waħda jew aktar;
(i)
in-navigazzjoni u l-implimentazzjoni ta' regoli tal-ajru u proċeduri relatati, bl-użu kif jixraq, ta' referenza viżiva jew ta' għajnuniet għan-navigazzjoni;
(j)
l-operazzjonijiet mhux normali u ta' emerġenza, inkluż is-simulazzjonijiet ta' funzjonament ħażin tat-tagħmir tal-inġenji tal-ajru;
(k)
il-konformità mas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u mal-proċeduri ta' komunikazzjoni;
(l)
it-tip ta' inġenju tal-ajru jew aspetti speċifiċi tal-klassi;
(m)
it-taħriġ addizzjonali fil-ħiliet prattiċi li jistgħu jkunu meħtieġa biex jitnaqqsu r-riskji marbuta ma' attivitajiet speċifiċi; u
(n)
ħiliet mhux tekniċi, inkluż ir-rikonoxximent u l-ġestjoni ta' theddidiet u ta' żbalji bl-użu ta' metodoloġija ta' valutazzjoni xierqa flimkien mal-valutazzjoni tal-kapaċitajiet tekniċi.
1.5. Dimostrazzjoni u żamma ta' ħila prattika
|
1.5.1.
|
Bdot irid juri l-kapaċità li jesegwixxi l-proċeduri u l-manuvri b'livell ta' kompetenza adattat skont il-funzjonijiet eżerċitati fuq l-inġenju tal-ajru, billi:
(a)
jopera l-inġenju tal-ajru fil-limiti tiegħu;
(b)
jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;
(c)
japplika għarfien ajrunawtiku;
(d)
iżomm il-kontroll tal-inġenju tal-ajru f'kull ħin b'mod li l-eżitu b'suċċess ta' proċedura jew ta' manuvra jkun żgurat; u
(e)
ħiliet mhux tekniċi, inkluż ir-rikonoxximent u l-ġestjoni ta' theddidiet u ta' żbalji bl-użu ta' metodoloġija ta' valutazzjoni xierqa flimkien mal-valutazzjoni tal-kapaċitajiet tekniċi.
|
|
1.5.2.
|
Irid jinżamm livell xieraq ta' kompetenza fil-ħiliet prattiċi. Il-konformità trid tintwera permezz ta' valutazzjonijiet, eżamijiet, testijiet jew kontrolli regolari. Il-frekwenza tal-eżamijiet, tat-testijiet jew tal-kontrolli jridu jkunu proporzjonati mal-livell ta' riskju marbut mal-attività.
|
1.6. Profiċjenza fil-lingwi
Bdot irid ikollu profiċjenza fil-lingwi sa livell xieraq għall-funzjonijiet eżerċitati fuq l-inġenju tal-ajru. Tali profiċjenza għandha tinkludi:
(a)
l-abbiltà li jifhem id-dokumenti ta' informazzjoni dwar it-temp;
(b)
l-użu ta' mapep ajrunawtiċi waqt ir-rotta, ta' ċarts tat-tluq u tal-approċċ u ta' dokumenti ta' informazzjoni ajrunawtika marbuta magħhom; u
(c)
l-abbiltà li jikkomunika ma' ekwipaġġ tat-titjira ieħor u mas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru matul il-fażijiet kollha tat-titjira, inkluż il-preparazzjoni għat-titjira, bil-lingwa użata għall-komunikazzjonijiet bir-radju involuti fit-titjira.
1.7. Apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir
Meta apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir (FSTD) jintuża għat-taħriġ, jew biex jintwera li tkun inkisbet jew inżammet ħila prattika, dan l-FSTD irid jilħaq livell partikolari ta' prestazzjoni f'dawk l-oqsma, li huma rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-azzjoni kkonċernata. B'mod partikolari, ir-replikazzjoni tal-konfigurazzjoni, il-kwalitajiet tal-immaniġġjar, il-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru, u l-prestazzjoni tas-sistemi jridu jirrappreżentaw b'mod adegwat lill-inġenju tal-ajru.
1.8. Kors ta' taħriġ
|
1.8.1.
|
It-taħriġ irid isir permezz ta' kors ta' taħriġ.
|
|
1.8.2.
|
Kors ta' taħriġ irid jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
irid jiġi żviluppat sillabu għal kull tip ta' kors; u
(b)
il-kors ta' taħriġ irid ikun imqassam bejn għarfien teoretiku u struzzjoni prattika fit-titjir (inkluż taħriġ sintetiku), jekk applikabbli.
|
1.9. Għalliema
1.9.1. Tagħlim teoretiku
It-tagħlim teoretiku jrid jingħata minn għalliema kwalifikati kif jixraq. Huma jridu:
(a)
ikollhom għarfien xieraq fil-qasam li qed jingħata t-tagħlim dwaru; u
(b)
ikunu kapaċi jużaw it-tekniki ta' struzzjoni adattati.
1.9.2. Struzzjoni fit-titjir u fis-simulazzjoni tat-titjir
Struzzjoni fit-titjir u fis-simulazzjoni tat-titjir trid tiġi mogħtija minn għalliema kwalifikati kif jixraq, li jkollhom il-kwalifiki li ġejjin:
(a)
ikunu jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' għarfien teoretiku u l-esperjenza xierqa għat-tagħlim li jkun qed jingħata;
(b)
jkunu kapaċi jużaw it-tekniki ta' struzzjoni adattati;
(c)
ikunu pprattikaw tekniki ta' struzzjoni f'dawk il-manuvri u fil-proċeduri tat-titjir li fihom huwa ppjanat li jipprovdu struzzjoni fit-titjir;
(d)
ikunu wrew l-abbiltà li jgħallmu f'dawk l-oqsma li fihom tkun ser tingħata l-istruzzjoni fit-titjir, inkluż l-istruzzjoni għal qabel it-titjira, wara t-titjira, u fuq l-art; u
(e)
jirċievu regolarment taħriġ ta' aġġornament biex jiġi żgurat li l-istandards tal-kapaċità tal-għalliema jinżamm aġġornat.
L-għalliema tat-titjir li jħarrġu fl-inġenju tal-ajru jridu wkoll ikunu awtorizzati li jagħmluha ta' bdot fil-kmand tal-inġenju tal-ajru li fuqu jkun qed jingħata t-tagħlim, ħlief fil-każ ta' taħriġ fuq tipi ġodda ta' inġenji tal-ajru.
1.10. Eżaminaturi
Persuni responsabbli mill-valutazzjoni tal-ħila ta' bdoti jridu:
(a)
jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' għalliema tat-titjir jew ta' simulazzjoni tat-titjir; u
(b)
ikunu kapaċi jivvalutaw il-prestazzjoni ta' bdot u jwettqu testijiet u kontrolli tat-titjir.
2. REKWIŻITI TAL-ESPERJENZA - IL-BDOTI
Persuna li taġixxi bħala membru tal-ekwipaġġ, għalliem jew eżaminatur fuq titjira trid tikseb u żżomm esperjenza suffiċjenti għall-funzjonijiet li jkunu qed jiġu eżerċitati, sakemm l-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi ta' dan ir-Regolament ma jipprevedux li l-kompetenza trid tintwera skont il-punt 1.5.
3. STAT MEDIKU TAJJEB - IL-BDOTI
3.1. Kriterji mediċi
|
3.1.1.
|
Il-bdoti kollha jridu perjodikament juru stat mediku tajjeb biex jesegwixxu l-funzjonijiet tagħhom b'mod sodisfaċenti, b'kunsiderazzjoni għat-tip ta' attività. Il-konformità trid tintwera permezz ta' valutazzjoni xierqa bbażata fuq l-aħjar prattika ajrumedika, b'kunsiderazzjoni għat-tip ta' attività u l-possibbiltà ta' deterjorazzjoni mentali u fiżika minħabba l-età.
Stat mediku tajjeb, li jinkludi s-saħħa fiżika u mentali, ifisser li ma jkunx hemm problemi ta' mard jew diżabbiltà, li jirrendu l-bdot inkapaċi:
(a)
li jesegwixxi l-kompiti meħtieġa biex jopera inġenju tal-ajru;
(b)
li jesegwixxi doveri assenjati f'kwalunke ħin; jew
(c)
milli jagħraf korrettament l-ambjent tiegħu jew tagħha.
|
|
3.1.2.
|
Meta l-istat mediku tajjeb ma jintweriex b'mod sħiħ, jistgħu jiġu implimentati miżuri ta' mitigazzjoni li jipprovdu sikurezza ekwivalenti fit-titjir.
|
3.2. Eżaminaturi ajrumediċi
Eżaminatur ajrumediku jrid:
(a)
ikun kwalifikat u jkollu liċenzja fil-prattika tal-mediċina;
(b)
ikun irċieva taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni u taħriġ ta' aġġornament regolari fil-mediċina tal-avjazzjoni biex ikun żgurat li l-istandards ta' valutazzjoni jinżammu aġġornati; u
(c)
jkun kiseb għarfien prattiku u esperjenza fir-rigward tal-kondizzjonijiet li fihom il-bdoti jaqdu dmirijiethom.
3.3. Ċentri ajrumediċi
Iċ-ċentri ajrumediċi jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ikollhom il-mezzi kollha meħtieġa għall-ambitu ta' responsabbiltajiet marbuta mal-privileġġi tagħhom. Dawk il-mezzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal dawn li ġejjin: faċilitajiet, persunal, tagħmir, għodda u materjal, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u żamma ta' reġistri;
(b)
kif adatt għat-tip ta' attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, jimplimentaw u jżommu sistema ta' ġestjoni sabiex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness, jiġġestixxu r-riskji tas-sikurezza u jimmiraw għal titjib kontinwu ta' din is-sistema; u
(c)
jistabbilixxu arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, skont il-ħtieġa, biex jiżguraw konformità kontinwa ma' dawk ir-rekwiżiti.
4. MEMBRI TAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA
4.1. Ġenerali
Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jridu:
(a)
ikunu mħarrġa u kkontrollati fuq bażi regolari biex jilħqu u jżommu livell adegwat ta' kompetenza biex jaqdu d-dmirijiet ta' sikurezza assenjati lilhom; u
(b)
jiġu vvalutati perjodikament għal stat mediku tajjeb biex jaqdu b'mod sikur id-dmirijiet ta' sikurezza assenjati lilhom. Il-konformità trid tintwera permezz ta' valutazzjoni adattata bbażata fuq l-aħjar prattika ajrumedika.
4.2. Kors ta' taħriġ
|
4.2.1.
|
Jekk adatt għat-tip ta' operazzjoni jew privileġġi, it-taħriġ irid isir permezz ta' kors ta' taħriġ.
|
|
4.2.2.
|
Kors ta' taħriġ irid jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
irid jiġi żviluppat sillabu għal kull tip ta' kors; u
(b)
il-kors ta' taħriġ irid ikun imqassam bejn għarfien teoretiku u tagħlim prattiku (inkluż taħriġ sintetiku), jekk applikabbli.
|
4.3. Għalliema tal-Ekwipaġġ tal-Kabina
It-tagħlim irid jingħata minn għalliema kwalifikati kif jixraq. Dawk l-għalliema jridu:
(a)
jkollhom għarfien xieraq fil-qasam li qed jingħata t-tagħlim dwaru;
(b)
jkunu kapaċi jużaw it-tekniki ta' struzzjoni adattati; u
(c)
jirċievu regolarment taħriġ ta' aġġornament biex jiġi żgurat li l-istandards tal-kapaċità tal-għalliema jinżamm aġġornat.
4.4. Eżaminaturi tal-Ekwipaġġ tal-Kabina
Il-persuni responsabbli għall-eżaminar tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jridu:
(a)
jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' għalliema tal-ekwipaġġ tal-kabina; u
(b)
jkunu kapaċi jivvalutaw il-prestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina u jwettqu l-eżamijiet.
5. ORGANIZZAZZJONIJIET TAT-TAĦRIĠ
Organizzazzjoni tat-taħriġ li tipprovdi taħriġ għall-bdoti jew għall-ekwipaġġ tal-kabina trid tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
ikollha l-mezzi kollha neċessarji għall-ambitu tar-responsabbiltajiet assoċjati mal-attività tagħha. Dawk il-mezzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal dawn li ġejjin: faċilitajiet, persunal, tagħmir, għodda u materjal, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u żamma ta' reġistri;
(b)
kif adatta għat-tip ta' taħriġ mogħti u d-daqs tal-organizzazzjoni, l-organizzazzjoni trid timplimenta u żżomm sistema ta' ġestjoni sabiex tiżgura konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness, tiġġestixxi r-riskji tas-sikurezza, inkluż riskji marbuta mad-deterjorazzjoni fl-istandard tat-taħriġ, u timmira għal titjib kontinwu ta' din is-sistema; u
(c)
tistabbilixxi arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, skont il-ħtieġa, biex tiżgura konformità kontinwa ma' dawk ir-rekwiżiti.
|
|
ANNESS V
|
ANNESS V
Rekwiżiti essenzjali għal operazzjonijiet bl-ajru
1. ĠENERALI
|
1.1.
|
Titjira ma tridx issir jekk il-membri tal-ekwipaġġ u, kif adatt, kull persunal ta' operazzjonijiet ieħor li huwa involut fil-preparazzjoni u fl-eżekuzzjoni tagħha ma jkunux familjari mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri applikabbli, pertinenti għall-eżekuzzjoni ta' dmirijiethom, preskritti għaż-żoni li jridu jiġu ttraversati, l-ajrudromi ppjanati li jintużaw u l-faċilitajiet ta' navigazzjoni fl-ajru relatati magħhom.
|
|
1.2.
|
Titjira trid issir b'tali mod li jiġu segwiti l-proċeduri operazzjonali speċifikati fil-Manwal tat-Titjir jew, fejn meħtieġ fil-Manwal tal-Operat, għall-preparazzjoni u għall-eżekuzzjoni tat-titjira.
|
|
1.3.
|
Qabel kull titjira, ir-rwoli u d-dmirijiet ta' kull membru tal-ekwipaġġ iridu jiġu ddefiniti. Il-bdot fil-kmand irid ikun responsabbli għall-operazzjoni u għas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u għas-sikurezza tal-membri kollha tal-ekwipaġġ, tal-passiġġieri u tal-merkanzija abbord.
|
|
1.4.
|
Oġġetti jew sustanzi, li jistgħu jikkawżaw riskju sinifikanti għas-saħħa, għas-sikurezza, għall-proprjetà jew għall-ambjent, fosthom oġġetti perikolużi, armi u munizzjon, ma jridux jinġarru fuq kwalunkwe inġenju tal-ajru, ħlief jekk proċeduri u struzzjonijiet speċifiċi ta' sikurezza jkunu ġew applikati biex jitnaqqsu r-riskji relatati.
|
|
1.5.
|
Kull data, dokument, rekord u informazzjoni meħtieġa biex jiġi rreġistrat ir-rispett tal-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt 5.3 iridu jinżammu għal kull titjira u jibqgħu disponibbli u protetti minn kwalunkwe modifika mhux awtorizzata għal perijodu minimu ta' żmien kompattibbli mat-tip ta' operazzjoni.
|
2. TĦEJJIJA GĦAT-TITJIRA
Titjira ma tridx tinbeda jekk ma jkunx ġie aċċertat b'mezz raġonevoli disponibbli li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew issodisfati:
(a)
Faċilitajiet adegwati direttament meħtieġa għat-titjira u għall-operazzjoni sikura tal-inġenji tal-ajru, inkluż il-faċilitajiet ta' komunikazzjoni u l-għajnuniet tan-navigazzjoni, huma disponibbli għall-eżekuzzjoni tat-titjira, b'kunsiderazzjoni għad-dokumentazzjoni disponibbli tas-Servizzi ta' Informazzjoni Ajrunawtika;
(b)
L-ekwipaġġ irid ikun familjari ma' fejn jinsab u kif jintuża t-tagħmir ta' emerġenza rilevanti, u l-passiġġieri jridu jkunu infurmati dwar dan. L-informazzjoni suffiċjenti, relatata mal-operazzjoni u speċifika għat-tagħmir installat, li tirrigwarda l-proċeduri ta' emerġenza u l-użu tat-tagħmir tas-sikurezza tal-kabina trid tkun disponibbli għall-ekwipaġġ u għall-passiġġieri;
(c)
Il-bdot fil-kmand irid ikun sodisfatt li:
(i)
l-inġenju tal-ajru huwa ajrunavigabbli skont kif speċifikat fil-punt 6;
(ii)
jekk meħtieġ, l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat kif suppost u li ċ-ċertifikati adattati kollha fir-rigward tiegħu huma abbord l-inġenju tal-ajru;
(iii)
strumenti u tagħmir meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' dik it-titjira kif speċifikat fil-punt 5, huma installati fuq l-inġenju tal-ajru u huma operattivi, sakemm mhux eżenti permezz tal-MEL jew ta' dokument ekwivalenti applikabbli;
(iv)
il-massa tal-inġenju tal-ajru u l-punt taċ-ċentru tal-gravità huma b'tali mod li t-titjira tista' tiġi eżegwita fil-limiti msemmijin fid-dokumentazzjoni tal-ajrunavigabbiltà;
(v)
il-bagalji tal-kabina, il-bagalji tal-istiva u l-merkanzija kollha huma mgħobbija kif suppost u maqfula sew; u
(vi)
il-limiti tal-operat tal-inġenju tal-ajru kif speċifikat fil-punt 4 mhux ser jinqabżu fl-ebda ħin matul it-titjira;
(d)
L-informazzjoni li tirrigwarda l-kondizzjonijiet meteoroloġiċi tat-tluq, tad-destinazzjoni u, fejn applikabbli, tal-ajrudromi alternattivi, kif ukoll il-kondizzjonijiet għal waqt ir-rotta, iridu jkunu disponibbli għall-ekwipaġġ tat-titjira. Trid tingħata attenzjoni speċjali lil kondizzjonijiet atmosferiċi potenzjalment perikolużi;
(e)
Irid jkun hemm mezzi xierqa ta' mitigazzjoni jew pjanijiet ta' kontinġenza biex jittrattaw kondizzjonijiet atmosferiċi potenzjalment perikolużi li huma mistennija fit-titjira;
(f)
Għal titjira bbażata fuq regoli viżivi tat-titjir, il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi matul ir-rotta tat-titjira jridu jkunu tali li jippermettu l-konformità ma' dawk ir-regoli tat-titjir. Għal titjira bbażata fuq regoli tat-titjir bl-istrumenti, id-destinazzjoni u, fejn hu applikabbli, l-ajrudrom(i) alternattiv(i) fejn l-inġenju tal-ajru jista' jinżel, iridu jintgħażlu, b'kunsiderazzjoni b'mod partikolari għall-kondizzjonijiet meteoroloġiċi mbassra, għad-disponibbiltà ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, għad-disponibbiltà ta' faċilitajiet tal-art u għall-proċeduri tat-titjir bl-istrumenti approvati mill-Istat fejn jinsab l-ajrudrom tad-destinazzjoni u/jew l-ajrudrom alternattiv;
(g)
L-ammont ta' fjuwil/enerġija għall-propulsjoni u ta' oġġetti konsumabbli li jkunu abbord irid ikun biżżejjed biex jiġi żgurat li t-titjira ppjanata tista' tiġi kkompletata mingħajr periklu, b'kunsiderazzjoni għall-kondizzjonijiet meteoroloġiċi, kull tip ta' element li jaffettwa l-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru u xi dewmien mistenni fit-titjira. Barra dan, trid tinġarr riżerva ta' fjuwil/enerġija għal li jista' jinqala'. Il-proċeduri għall-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira jridu jkunu stabbiliti meta rilevanti.
3. OPERAZZJONIJIET TA' TITJIR
F'dak li għandu x'jaqsam ma' operazzjonijiet ta' titjir, irid ikun hemm konformità mal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
fejn rilevanti għat-tip tal-inġenju tal-ajru, waqt it-tlugħ u l-inżul, u kull meta jkun meqjus meħtieġ mill-bdot fil-kmand fl-interess tas-sikurezza, kull membru tal-ekwipaġġ irid ikun bilqiegħda fil-post tal-ekwipaġġ u jrid juża s-sistemi ta' rbit ipprovduti;
(b)
fejn rilevanti għat-tip ta' inġenju tal-ajru, il-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira li huma meħtieġa jkunu xogħol fil-kabina tal-ekwipaġġ iridu jkunu fil-post tagħhom u jridu jibqgħu hemm, biċ-ċinturini tas-sikurezza maqfula ħlief tul ir-rotta għal ħtiġijiet fiżjoloġiċi u operazzjonali;
(c)
fejn rilevanti għat-tip ta' inġenju tal-ajru u għat-tip ta' operazzjoni, qabel it-tlugħ u l-inżul, waqt it-taxiing u kull meta jkun meħtieġ fl-interess tas-sikurezza, il-bdot fil-kmand irid jiżgura li kull passiġġier jkun bilqiegħda u maqful sew;
(d)
titjira trid issir b'tali mod li tinżamm separazzjoni xierqa minn inġenji tal-ajru oħra u jkun żgurat spazju adegwat ħieles minn ostakli, matul il-fażijiet kollha tat-titjira. Separazzjoni ta' dan it-tip trid tkun minn tal-inqas dik stabbilita mir-regoli tal-ajru applikabbli, kif adatt għat-tip ta' operazzjoni;
(e)
titjira ma tridx titkompla jekk il-kondizzjonijiet magħrufa ma jibqgħux ikunu almenu ekwivalenti għal dawk fil-punt 2. Barra minn hekk, għal titjira bbażata fuq regoli ta' titjira bl-istrumenti, approċċ lejn ajrudrom ma jridx jitkompla jekk ikun inqas minn ċertu għoli speċifikat jew lil hinn minn ċertu pożizzjoni, jekk il-kriterji ta' viżibbiltà preskritti ma jintlaħqux;
(f)
f'emerġenza, il-bdot fil-kmand irid jiżgura li l-passiġġieri kollha jingħataw struzzjonijiet xierqa dwar l-azzjoni ta' emerġenza meħtieġa fiċ-ċirkostanzi;
(g)
bdot fil-kmand irid jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex inaqqas kemm jista' jkun il-konsegwenzi fuq it-titjira ta' passiġġieri li jġibu ruħhom ħażin;
(h)
inġenju tal-ajru ma jridx jittajjar fuq iż-żona tal-moviment ta' ajrudrom, jew ir-rotor tiegħu ma jridx jitħaddem, ħlief jekk il-persuna mal-kontrolli tkun kompetenti kif jixraq;
(i)
il-proċeduri applikabbli ta' ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira jridu jintużaw, meta rilevanti.
4. LIMITAZZJONIJIET TA' PRESTAZZJONI U TA' OPERAZZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU
|
4.1.
|
Inġenju tal-ajru jrid jitħaddem skont id-dokumentazzjoni tal-ajrunavigabbiltà tiegħu u skont il-proċeduri u l-limitazzjonijiet operazzjonali kollha relatati, kif espressi fil-manwal approvat tat-titjir tiegħu jew f'dokumentazzjoni ekwivalenti, skont il-każ. Il-manwal tat-titjira jew id-dokumentazzjoni ekwivalenti jridu jkunu disponibbli għall-ekwipaġġ u miżmuma aġġornati għal kull inġenju tal-ajru.
|
|
4.2.
|
Minkejja l-punt 4.1., għal operazzjonijiet bil-ħelikopters tista' tiġi permessa titjira momentarja fil-limiti taż-żona ta' veloċità għolja, sakemm tkun żgurata s-sikurezza.
|
|
4.3.
|
L-inġenju tal-ajru jrid jitħaddem skont id-dokumentazzjoni ambjentali applikabbli.
|
|
4.4.
|
Titjira ma tridx tinbeda jew titkompla ħlief jekk il-prestazzjoni ppjanata tal-inġenju tal-ajru, b'kunsiderazzjoni għall-fatturi kollha li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-livell tal-prestazzjoni tiegħu, tippermetti li kull fażi tat-titjira tkun eżegwita fil-limiti tad-distanzi/taż-żoni u fi spazji ħielsa minn ostakli applikabbli għall-massa tal-operazzjoni ppjanata. Il-fatturi tal-prestazzjoni li jaffettwaw b'mod sinifikanti t-tlugħ, it-titjira u l-approċċ/l-inżul huma, b'mod partikolari:
(a)
il-proċeduri tal-operazzjoni;
(b)
il-pressjoni tal-altitudni tal-ajrudrom;
(c)
il-kondizzjonijiet tat-temp (temperatura, riħ, preċipitazzjoni u medda tal-viżibbiltà);
(d)
id-daqs, ix-xaqliba tal-art u l-kondizzjoni taż-żona tat-tlugħ/tal-inżul; u
(e)
il-kondizzjoni tal-qafas tal-inġenju tal-ajru, tal-impjant tal-enerġija jew tas-sistemi, b'kunsiderazzjoni ta' deterjorazzjoni possibbli.
|
|
4.5.
|
Tali fatturi jridu jiġu kkunsidrati direttament bħala parametri operazzjonali jew indirettament permezz ta' tolleranzi jew ta' marġni, li jistgħu jiġu pprovduti fl-ippjanar tad-data tal-prestazzjoni, skont it-tip ta' operazzjoni.
|
5. STRUMENTI, DATA U TAGĦMIR
|
5.1.
|
Inġenju tal-ajru jrid ikun mgħammar b'kull tagħmir ta' navigazzjoni u ta' komunikazzjoni u b'tagħmir ieħor meħtieġ għat-titjira ppjanata, b'kunsiderazzjoni għar-regolamenti tat-traffiku tal-ajru u għar-regoli tal-ajru applikabbli waqt kwalunkwe fażi tat-titjira.
|
|
5.2.
|
Meta rilevanti, inġenju tal-ajru jrid ikun mgħammar bit-tagħmir kollu ta' sikurezza, mediku, ta' evakwazzjoni u ta' sopravivenza meħtieġ, b'kunsiderazzjoni għar-riskji marbuta maż-żoni ta' operazzjoni, mar-rotot tat-titjir, mal-altitudni u mat-tul tat-titjira.
|
|
5.3.
|
Id-data kollha meħtieġa mill-ekwipaġġ għall-eżekuzzjoni tat-titjira trid tkun aġġornata u disponibbli abbord l-inġenju tal-ajru, b'kunsiderazzjoni għar-regolamenti dwar it-traffiku tal-ajru, ir-regoli tal-ajru, l-altitudnijiet tat-titjira u ż-żoni ta' operazzjoni applikabbli.
|
6. AJRUNAVIGABBILTÀ KONTINWA U KOMPATIBBILTÀ AMBJENTALI TAL-PRODOTTI
|
6.1.
|
L-inġenju tal-ajru ma jridx jitħaddem ħlief jekk:
(a)
l-inġenju tal-ajru jista' jittajjar u hu f'kondizzjoni tajba biex jitħaddem b'mod sikur u li jirrispetta l-ambjent;
(b)
it-tagħmir operazzjonali u ta' emerġenza meħtieġ għat-titjira ppjanata hu fi stat tajjeb biex jintuża;
(c)
id-dokument tal-ajrunavigabbiltà u, skont il-każ, iċ-ċertifikat tal-istorbju tal-inġenju tal-ajru huwa validu; u
(d)
l-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru ssir skont ir-rekwiżiti applikabbli.
|
|
6.2.
|
Qabel kull titjira jew serje ta' titjiriet konsekuttivi, l-inġenju tal-ajru jrid jiġi spezzjonat, permezz ta' kontroll ta' qabel it-titjira, biex jiġi stabbilit jekk huwiex tajjeb għat-titjira ppjanata.
|
|
6.3.
|
L-inġenju tal-ajru ma jridx jitħaddem ħlief jekk jiġi rilaxxat għas-servizz minn persuni jew minn organizzazzjonijiet kwalifikati, wara manutenzjoni. Ir-rilaxx iffirmat għas-servizz irid ikun fih b'mod partikolari, id-dettalji bażiċi tal-manutenzjoni li tkun twettqet.
|
|
6.4.
|
Ir-rekords meħtieġa li juru l-istatus tal-ajrunavigabbiltà u tal-kompatibbiltà ambjentali tal-inġenju tal-ajru jridu jinżammu, u jiġu mħarsa minn modifiki mhux awtorizzati għal perijodu ta' żmien li jikkorrispondi mar-rekwiżiti applikabbli tal-ajrunavigabbiltà kontinwa, sakemm l-informazzjoni li jkun fihom ma tiġix sostitwita b'informazzjoni ġdida ekwivalenti fl-ambitu u fid-dettall imma jkun xi jkun il-każ għal mhux inqas minn 24 xahar.
|
|
6.5.
|
Il-modifiki u t-tiswijiet kollha jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali tal-ajrunavigabbiltà u, jekk applikabbli, mal-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti. Id-data li ssostni l-konformità mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà u mar-rekwiżiti tal-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti trid tinżamm u tkun protetta minn modifiki mhux awtorizzati.
|
|
6.6.
|
Hija r-responsabbiltà tal-operatur tal-inġenju tal-ajru li jiżgura li parti terza li twettaq il-manutenzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sigurtà u tas-sikurezza tal-operatur.
|
7. MEMBRI TAL-EKWIPAĠĠ
|
7.1.
|
In-numru u l-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ iridu jiġu determinati b'kunsiderazzjoni:
(a)
għal-limitazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru, inkluż jekk applikabbli, id-dimostrazzjoni rilevanti ta' evakwazzjoni f'emerġenza;
(b)
għall-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru; u
(c)
għat-tip u għat-tul tal-operazzjonijiet.
|
|
7.2.
|
Il-bdot fil-kmand irid ikollu l-awtorità li jagħti l-ordnijiet kollha u li jieħu kwalunkwe azzjoni xierqa biex jassigura l-operazzjoni u s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-persuni u/jew tal-proprjetà li jkunu qed jinġarru fih.
|
|
7.3.
|
F'sitwazzjoni ta' emerġenza, li tipperikola l-operazzjoni jew is-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u/jew tal-persuni abbord, il-bdot fil-kmand irid jieħu kwalunkwe azzjoni li huwa jikkunsidra meħtieġa fl-interess tas-sikurezza. Meta azzjoni bħal din tinvolvi ksur ta' regolamenti jew ta' proċeduri lokali, il-bdot fil-kmand irid ikollu r-responsabbiltà li jinnotifika lill-awtoritajiet lokali rilevanti mingħajr dewmien.
|
|
7.4.
|
Mingħajr preġudizzju għall-punt 8.12, meta persuni oħra jinġarru abbord, sitwazzjonijiet ta' emerġenza jew anormali jistgħu jiġu simulati biss jekk dawk il-persuni ġew infurmati kif xieraq u huma konxji tar-riskji assoċjati qabel ma jitilgħu fuq it-titjira.
|
|
7.5.
|
L-ebda membru tal-ekwipaġġ ma jista' jippermetti li l-kisba tal-kompiti/it-teħid tad-deċiżjonijiet jiddeterjoraw sal-punt li s-sikurezza tat-titjira tista' tiġi pperikolata minħabba l-effetti ta' għejja, filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, l-akkumulazzjoni ta' għejja, in-nuqqas ta' rqad, in-numru ta' setturi ta' titjir, ix-xiftijiet ta' billejl jew it-tibdil taż-żoni ta' ħin. Perijodi ta' mistrieħ iridu jipprovdu ħin suffiċjenti biex il-membri tal-ekwipaġġ ikunu jistgħu jegħlbu l-effetti tad-dmirijiet ta' qabel u jkunu mistrieħa biżżejjed sal-bidu tal-perijodu ta' titjir li jkun imiss.
|
|
7.6.
|
Membru tal-ekwipaġġ ma jridx jesegwixxi d-dmirijiet allokati lilu abbord inġenju tal-ajru meta jkun taħt l-influwenza ta' sustanzi psikoattivi jew ta' alkoħol jew meta ma jkunx f'sikktu minħabba korriment, għejja, medikazzjoni, mard jew raġunijiet oħra simili.
|
8. REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦAT-TRASPORT KUMMERĊJALI BL-AJRU U GĦAL OPERAZZJONIJIET OĦRA LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL REKWIŻIT TA' ĊERTIFIKAZZJONI JEW TA' DIKJARAZZJONI MWETTQA B'AJRUPLANI, ĦELIKOPTERS JEW INĠENJI TAL-AJRU B'TILT ROTOR
|
8.1.
|
L-operazzjoni m'għandhiex issir jekk ma jiġġġux sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet:
(a)
l-operatur tal-inġenju tal-ajru jrid ikollu direttament jew permezz ta' ftehimiet ma' partijiet terzi, il-mezzi meħtieġa skont l-iskala u l-ambitu tal-operazzjonijiet. Dawk il-mezzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal dawn li ġejjin: inġenji tal-ajru, faċilitajiet, struttura ta' ġestjoni, persunal, tagħmir, dokumentazzjoni ta' kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għad-data rilevanti u żamma ta' rekords;
(b)
l-operatur tal-inġenju tal-ajru jrid juża biss persunal kwalifikat u mħarreġ sew u jimplimenta u jżomm programmi ta' taħriġ u ta' kontroll għall-membri tal-ekwipaġġ u għal persunal ieħor rilevanti li huma meħtieġa biex jiżguraw il-validità taċ-ċertifikati, il-klassifikazzjonijiet u l-kwalifiki tagħhom;
(c)
kif adatt għat-tip ta' attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, l-operatur tal-inġenju tal-ajru jrid jimplimenta u jżomm sistema ta' ġestjoni sabiex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness, jiġġestixxi r-riskji tas-sikurezza u jimmira għal titjib kontinwu ta' din is-sistema;
(d)
l-operatur tal-inġenju tal-ajru jrid jistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi, bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni skont il-punt (c), sabiex jikkontribwixxi għall-għan ta' titjib kontinwu tas-sikurezza. Is-sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi għandha tkun konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni.
|
|
8.2.
|
L-operazzjoni trid issir biss skont manwal tal-operazzjonijiet tal-operatur tal-inġenju tal-ajru. Manwal ta' dan it-tip irid ikun fih l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u l-proċeduri kollha meħtieġa għall-inġenji tal-ajru kollha mħaddma u għall-persunal tal-operazzjonijiet biex iwettaq dmirijietu. Iridu jkunu speċifikati l-limitazzjonijiet applikabbli għall-ħin tat-titjira, għall-perjodi ta' xogħol fit-titjiriet u għall-perjodi ta' mistrieħ għall-membri tal-ekwipaġġ. Il-manwal tal-operazzjonijiet u r-reviżjonijiet tiegħu jridu jkunu konformi mal-manwal approvat tat-titjir u jrid jiġi emendat skont il-ħtieġa.
|
|
8.3.
|
L-operatur tal-inġenju tal-ajru għandu jistabbilixxi proċeduri, skont il-każ, biex inaqqas il-konsegwenzi li xi mġiba ħażina tal-passiġġieri jista' jkollha fuq is-sikurezza tal-operazzjonijiet tat-titjir.
|
|
8.4.
|
L-operatur tal-inġenju tal-ajru jrid jiżviluppa u jżomm programmi ta' sigurtà adattati għall-inġenju tal-ajru u għat-tip ta' operazzjoni li jkunu jinkludu partikularment:
(a)
is-sigurtà tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira;
(b)
il-lista ta' kontroll tal-proċedura ta' tfittxija fuq l-inġenju tal-ajru;
(c)
il-programmi ta' taħriġ; u
(d)
il-protezzjoni tas-sistemi elettroniċi u tal-kompjuter għall-prevenzjoni ta' interferenza u ta' korruzzjoni intenzjonati u mhux intenzjonati fis-sistemi.
|
|
8.5.
|
Meta l-miżuri ta' sigurtà jistgħu jaffettwaw ħażin is-sikurezza tal-operazzjonijiet, ir-riskji jridu jiġu vvalutati u l-proċeduri adattati jridu jiġu żviluppati biex jitnaqqsu r-riskji ta' sikurezza, dan jista' jirrikjedi l-użu ta' tagħmir speċjalizzat.
|
|
8.6.
|
L-operatur tal-inġenju tal-ajru jrid jaħtar bdot wieħed minn fost l-ekwipaġġ tat-titjira bħala l-bdot fil-kmand.
|
|
8.7.
|
Il-prevenzjoni tal-għejja trid tiġi ġestita permezz ta' sistema ta' ġestjoni tal-għejja. Għal titjira, jew għal serje ta' titjiriet, sistema ta' dan it-tip trid tindirizza l-ħinijiet tat-titjir, il-ħinijiet ta' xogħol fit-titjir, ix-xogħol u l-perjodi ta' mistrieħ adattati. Il-limitazzjonijiet stabbiliti fis-sistema tal-ġestjoni tal-għejja jridu jikkunsidraw il-fatturi kollha rilevanti li jikkontribwixxu għall-għejja bħal mhuma, b'mod partikolari, in-numru ta' setturi tat-titjir, il-qsim ta' żoni tal-ħin, in-nuqqas ta' rqad, it-tfixkil taċ-ċikli bijoloġiċi ta' kuljum, is-sigħat ta' billejl, il-pożizzjonament, l-akkumulazzjoni ta' ħinijiet tax-xogħol għal perjodi speċifiċi, il-kondiviżjoni ta' kompiti allokati fost membri tal-ekwipaġġ, u kif ukoll il-provvediment ta' ekwipaġġi miżjuda.
|
|
8.8.
|
L-operatur tal-inġenju tal-ajru jrid jiżgura li l-kompiti speċifikati fil-punt 6.1 u dawk deskritti fil-punti 6.4 u 6.5 huma kkontrollati minn organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa li trid tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II, il-punt 3.1, u l-Anness III, il-punti 7 u 8.
|
|
8.9.
|
L-operatur tal-inġenju tal-ajru jrid jiżgura li r-rilaxx għas-servizz meħtieġ mill-punt 6.3 jinħareġ minn organizzazzjoni kwalifikata għall-manutenzjoni tal-prodotti, tal-parts u tat-tagħmir mhux installat. Din l-organizzazzjoni trid tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II, il-punt 3.1.
|
|
8.10.
|
L-organizzazzjoni msemmija fi 8.8 għandha tistabbilixxi manwal tal-organizzazzjoni għall-użu u għall-gwida tal-persunal ikkonċernat li jagħti deskrizzjoni tal-proċeduri ta' ajrunavigabbiltà kontinwa kollha tal-organizzazzjoni.
|
|
8.11.
|
Sistema ta' lista ta' kontroll għandha tkun disponibbli, kif applikabbli, mill-membri tal-ekwipaġġ fil-fażijiet kollha tal-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru f'kondizzjonijiet u f'sitwazzjonijiet normali u dawk ta' emerġenza u mhux normali. Iridu jiġu stabbiliti proċeduri għal kwalunkwe sitwazzjoni ta' emerġenza raġonevolment prevedibbli.
|
|
8.12.
|
Ma tridx issir simulazzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza jew mhux normali waqt li jkunu qed jinġarru passiġġieri jew merkanzija.
|
|
|
ANNESS VI
|
ANNESS VI
Rekwiżiti Essenzjali għall-entitajiet kwalifikati
1. L-entità kwalifikata, id-Direttur tagħha u l-persunal responsabbli għat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni u tal-kompiti ta' sorveljanza, ma jistgħux jinvolvu ruħhom, la direttament u lanqas bħala rappreżentanti awtorizzati, fid-disinn, fil-produzzjoni, fil-kummerċjalizzazzjoni jew fil-manutenzjoni tal-prodotti, tal-parts, tat-tagħmir mhux installat, tal-kostitwenti jew tas-sistemi jew fl-operazzjonijiet tagħhom, il-provvediment ta' servizz jew l-użu. Dan ma jeskludix il-possibbiltà ta' skambju ta' informazzjoni teknika bejn l-organizzazzjonijiet involuti u l-entità kwalifikata.
L-ewwel subparagrafu ma għandux iċaħħad organizzazzjoni maħluqa bil-għan li tippromwovi sport tal-ajru jew avjazzjoni ta' divertiment milli tkun eliġibbli għall-akkreditazzjoni bħala entità kwalifikata, bil-kondizzjoni li hija turi, għas-sodisfazzjon tal-awtorità responsabbli mill-akkreditazzjoni, li daħħlet fis-seħħ arranġamenti adegwati għall-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess.
2. L-entità kwalifikata u l-persunal responsabbli għall-kompiti ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza jridu jesegwixxu dmirijiethom bl-akbar integrità professjonali possibbli u bl-akbar kompetenza teknika possibbli u jridu jkunu ħielsa minn kull pressjoni u inċentiv ta' kull tip, b'mod partikolari ta' natura finanzjarja, li jistgħu jaffettwaw il-ġudizzju u d-deċiżjonijiet tagħhom jew ir-riżultati taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza tagħhom, b'mod partikolari minn persuni jew minn gruppi ta' persuni affettwati minn dawk ir-riżultati.
3. L-entità kwalifikata trid timpjega persunal u jkollha l-mezzi meħtieġa biex twettaq b'mod adegwat il-kompiti tekniċi u amministrattivi marbuta mal-proċess ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza; għandu jkollha wkoll aċċess għat-tagħmir meħtieġ għal kontrolli eċċezzjonali.
4. L-entità kwalifikata u l-persunal tagħha li huwa responsabbli għall-investigazzjoni jrid ikollhom:
(a)
taħriġ tekniku u vokazzjonali sod, jew għarfien espert suffiċjenti miksub permezz tal-esperjenza ta' attivitajiet rilevanti;
(b)
għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-kompiti ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza li jwettqu u esperjenza adegwata ta' dawn it-tipi ta' proċessi;
(c)
l-abbiltà meħtieġa biex jippreparaw dikjarazzjonijiet, rekords u rapporti li juru li l-kompiti ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza jkunu twettqu.
5. Trid tkun garantita l-imparzjalità tal-persunal responsabbli għal kompiti ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza. Ir-remunerazzjoni tagħhom ma tridx tkun tiddependi fuq in-numru ta' investigazzjonijiet magħmula jew fuq ir-riżultati ta' tali investigazzjonijiet.
6. L-entità kwalifikata jrid ikollha polza ta' assigurazzjoni ta' terzi ħlief meta r-responsabbiltà tagħha tkun meħuda minn Stat Membru wieħed skont il-liġi nazzjonali tiegħu.
7. Il-persunal tal-entità kwalifikata jrid josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha li jkun kiseb waqt l-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament.
|
|
ANNESS VII
|
ANNESS VII
Rekwiżiti essenzjali għall-ajrudromi
1. KARATTERISTIĊI FIŻIĊI, INFRASTRUTTURA U TAGĦMIR
1.1. Żona ta' moviment
|
1.1.1.
|
L-ajrudromi għandu jkollhom żona apposta għat-tlugħ u għall-inżul tal-inġenji tal-ajru, li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
iż-żona tat-tlugħ u tal-inżul għandu jkollha dimensjonijiet u karatteristiċi xierqa għall-inġenji tal-ajru maħsuba biex jużaw il-faċilità;
(b)
iż-żona tat-tlugħ u tal-inżul, fejn applikabbli, għandha tkun b'saħħitha biżżejjed biex tiflaħ għal operazzjonijiet ripetittivi tal-inġenju tal-ajru li huwa ppjanat li jintuża. Dawk iż-żoni li mhumiex maħsuba għal operazzjonijiet ripetittivi jridu jkunu biss kapaċi jifilħu l-inġenju tal-ajru;
(c)
iż-żona tat-tlugħ u tal-inżul għandha tkun iddisinjata b'tali mod li l-ilma jiskula minnha u li ilma qiegħed ma jkunx jista' jsir riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;
(d)
ix-xaqliba u l-bidliet fix-xaqliba ta' din iż-żona ma għandhomx joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;
(e)
il-karatteristiċi tas-superfiċe taż-żona tat-tlugħ u tal-inżul għandhom ikunu xierqa għall-użu mill-inġenju tal-ajru li huwa ppjanat li jintuża; u
(f)
ż-żona għat-tlugħ u tal-inżul għandha tkun ħielsa minn oġġetti li jistgħu joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.
|
|
1.1.2.
|
Fejn ikun hemm bosta żoni tat-tlugħ u tal-inżul deżinjati, dawn għandhom ikunu tali li ma joħolqux riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.
|
|
1.1.3.
|
Iż-żona deżinjata tat-tlugħ u tal-inżul għandha tkun imdawra b'żoni definiti. Dawk iż-żoni huma maħsuba biex iħarsu l-inġenji tal-ajru li jtiru minn fuqhom waqt operazzjonijiet ta' tlugħ jew ta' nżul, jew biex itaffu l-konsegwenzi ta' nżul li jsir qabel tibda r-runway, il-ħruġ mill-ġenb tar-runway jew moviment lil hinn mil-limiti taż-żona tat-tlugħ u tal-inżul, u għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
dawk iż-żoni għandu jkollhom dimensjonijiet xierqa għall-operazzjonijiet antiċipati tal-inġenji tal-ajru;
(b)
ix-xaqliba u l-bidliet fix-xaqliba ta' dawk iż-żoni ma għandhomx joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;
(c)
dawk iż-żoni għandhom ikunu ħielsa minn oġġetti li jistgħu joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru. Dan ma għandux jipprekludi li jkun hemm tagħmir fraġli f'dawk iż-żoni, jekk ikun meħtieġ biex jassisti l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru; u
(d)
kull waħda minn dawk iż-żoni għandha tkun b'saħħitha biżżejjed biex taqdi l-iskop tagħha.
|
|
1.1.4.
|
Dawk iż-żoni ta' ajrudrom, bil-madwar immedjat assoċjat tagħhom, li jridu jintużaw għat-taxiing jew għall-ipparkjar ta' inġenji tal-ajru, għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jippermettu l-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru li mistenni juża l-faċilità partikolari fil-kondizzjonijiet kollha li sar pjan għalihom, u għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
dawk iż-żoni għandhom ikunu b'saħħithom biżżejjed biex jifilħu għall-operazzjonijiet ripetittivi tal-inġenju tal-ajru li huwa ppjanat li jintuża, ħlief iż-żoni fejn hu mistenni biss użu okkażjonali u li jeħtieġu biss ikunu jifilħu l-inġenju tal-ajru;
(b)
dawk iż-żoni għandhom ikunu ddisinjati biex l-ilma jiskula minnhom u biex l-ilma qiegħed ma jkunx jista' jsir riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;
(c)
ix-xaqliba u l-bidliet fix-xaqliba ta' dawk iż-żoni ma għandhomx joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;
(d)
il-karatteristiċi tas-superfiċe ta' dawk iż-żoni għandhom ikunu xierqa għall-użu mill-inġenju tal-ajru li ser jintuża; u
(e)
dawk iż-żoni għandhom ikunu ħielsa minn oġġetti li jistgħu joħolqu riskju inaċċettabbli għall-inġenji tal-ajru. Dan ma għandux jipprekludi tagħmir għall-parkeġġ meħtieġ għal dik iż-żona f'pożizzjonijiet jew f'żoni speċifikament identifikati.
|
|
1.1.5.
|
Infrastruttura oħra maħsuba biex tintuża minn inġenji tal-ajru għandha tkun iddisinjata b'tali mod li l-użu ta' dik l-infrastruttura ma joħloqx riskju inaċċettabbli għall-inġenji tal-ajru li jużawha.
|
|
1.1.6.
|
Kostruzzjonijiet, binjiet, tagħmir jew imħażen għandhom ikunu f'postijiet u ddisinjati b'tali mod li ma joħolqux riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.
|
|
1.1.7.
|
Għandhom jiġu pprovduti mezzi xierqa li jżommu lil persuni mhux awtorizzati, vetturi jew annimali mhux awtorizzati li jkunu kbar biżżejjed li joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru milli jidħlu fiż-żona tal-moviment, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali dwar il-ħarsien tal-annimali.
|
1.2. Separazzjoni mill-ostakli
|
1.2.1.
|
Sabiex jiġu protetti l-inġenji tal-ajru li jkunu resqin lejn ajrudrom għall-inżul, jew għat-tluq tagħhom minn ajrudrom, għandhom jiġu stabbiliti rotot jew żoni ta' wasla u ta' tluq. Rotot jew żoni bħal dawn għandhom jipprovdu l-inġenji tal-ajru bis-separazzjoni meħtieġa mill-ostakli li jkunu qegħdin fiż-żona madwar l-ajrudrom wara li jitqiesu l-karatteristiċi fiżiċi lokali.
|
|
1.2.2.
|
Din is-separazzjoni mill-ostakli għandha tkun xierqa għall-fażi tat-titjir u għat-tip ta' operazzjoni li qed titwettaq. Għandha wkoll tqis it-tagħmir li jkun qed jintuża sabiex tiġi ddeterminata l-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru.
|
1.3. Tagħmir tal-ajrudrom marbut mas-sikurezza, inkluż għajnuniet viżivi u mhux viżivi
|
1.3.1.
|
L-għajnuniet iridu jkunu adattati għall-iskop tagħhom, jintgħarfu u jipprovdu informazzjoni mhux ambigwa lill-utenti skont il-kondizzjonijiet tal-operazzjoni kollha maħsuba.
|
|
1.3.2.
|
It-tagħmir tal-ajrudrom marbut mas-sikurezza għandu jaħdem kif maħsub fil-kondizzjonijiet tal-operazzjoni previsti. Fil-kondizzjonijiet tal-operazzjoni jew fil-każ ta' ħsara, it-tagħmir tal-ajrudrom marbut mas-sikurezza ma għandux jikkawża riskju inaċċettabbli għas-sikurezza tal-avjazzjoni.
|
|
1.3.3.
|
L-għajnuniet u s-sistema tal-provvista tal-elettriku tagħhom għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li l-ħsarat ma jirriżultawx f'għoti ta' informazzjoni mhux xierqa, qarrieqa jew insuffiċjenti lill-utenti, jew f'interruzzjoni ta' xi servizz essenzjali.
|
|
1.3.4.
|
Għandhom jiġu pprovduti mezzi xierqa ta' protezzjoni sabiex jiġu evitati l-ħsarat jew it-tfixkil ta' dawn l-għajnuniet.
|
|
1.3.5.
|
Sorsi tar-radjazzjoni jew il-preżenza ta' oġġetti jiċċaqalqu jew fissi ma għandhomx jinterferixxu jew jolqtu ħażin il-prestazzjoni tas-sistemi tal-komunikazzjoni, tan-navigazzjoni u tas-sorveljanza ajrunawtika.
|
|
1.3.6.
|
Għandu jkun hemm informazzjoni disponibbli lill-persunal rilevanti dwar l-operat u l-użu tat-tagħmir tal-ajrudrom marbut mas-sikurezza, inkluż indikazzjonijiet ċari tal-kondizzjonijiet li jistgħu joħolqu riskji inaċċettabbli għas-sikurezza tal-avjazzjoni.
|
1.4. Data dwar l-ajrudromi
|
1.4.1.
|
Id-data rilevanti għall-ajrudrom u s-servizzi disponibbli għandhom jiġu stabbiliti u miżmuma aġġornati.
|
|
1.4.2.
|
Id-data għandha tkun preċiża, tista' tinqara, kompluta u mhux ambigwa. Għandhom jinżammu l-awtentiċità u livelli xierqa ta' integrità.
|
|
1.4.3.
|
Id-data għandha tkun disponibbli għall-utenti u għall-fornituri tal-ANS rilevanti fi żmien xieraq, billi jintuża metodu sigur u veloċi ta' komunikazzjoni.
|
2. OPERAZZJONIJIET U ĠESTJONI
2.1. Responsabbiltajiet tal-operatur tal-ajrudrom
L-operatur tal-ajrudrom huwa responsabbli mill-operat tal-ajrudrom. Ir-responsabbiltajiet tal-operatur tal-ajrudrom huma kif ġej:
(a)
l-operatur tal-ajrudrom għandu jkollu, direttament jew b'arranġamenti ma' partijiet terzi, il-mezzi neċessarji kollha biex jiżgura l-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru fl-ajrudrom. Dawk il-mezzi għandhom jinkludu faċilitajiet, persunal, tagħmir u materjal, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u żamma ta' reġistri, iżda mhumiex limitati għal dawn;
(b)
l-operatur tal-ajrudrom għandu jivverifika li jkun hemm konformità f'kull ħin mar-rekwiżiti tal-punt 1 jew jieħu miżuri xierqa biex itaffi r-riskji assoċjati man-nonkonformità. Il-proċeduri għandhom ikunu stabbiliti u applikati sabiex l-utenti kollha jkunu konxji f'kull ħin minn dawn il-miżuri;
(c)
l-operatur tal-ajrudrom għandu, direttament jew b'arranġamenti ma' partijiet terzi, jistabbilixxi u jimplimenta programm xieraq ta' ġestjoni tar-riskji marbuta mal-preżenza ta' fawna selvaġġa fl-ajrudrom;
(d)
l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura, direttament jew b'arranġamenti ma' partijiet terzi, li l-movimenti tal-vetturi u l-persuni fiż-żona tal-moviment u żoni operazzjonali oħra jkunu kkoordinati mal-movimenti tal-inġenji tal-ajru biex jiġu evitati kolliżjonijiet u ħsarat lill-inġenji tal-ajru;
(e)
l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li jiġu stabbiliti u implimentati proċeduri li jtaffu r-riskji marbuta mal-operazzjonijiet tal-ajrudrom waqt l-operat tiegħu fix-xitwa, f'kondizzjonijiet ħżiena tat-temp, f'viżibbiltà ħażina jew bil-lejl, fejn applikabbli;
(f)
l-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra sabiex tiġi żgurata l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti essenzjali għall-ajrudromi stabbiliti f'dan l-Anness. Dawk l-organizzazzjonijiet jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, operaturi tal-inġenji tal-ajru, fornituri tal-ANS, fornituri ta' servizzi fuq l-art, fornituri tal-AMS u organizzazzjonijiet oħra li l-attivitajiet jew il-prodotti tagħhom jista' jkollhom effett fuq is-sikurezza tal-inġenji tal-ajru;
(g)
l-operatur tal-ajrudrom għandu jivverifika li l-organizzazzjonijiet involuti fil-ħżin u fl-għoti tal-fjuwil/enerġija għall-propulsjoni lill-inġenji tal-ajru jkollhom proċeduri biex jiżguraw li l-inġenji tal-ajru jingħataw fjuwil/enerġija għall-propulsjoni li mhix ikkontaminata u bl-ispeċifikazzjoni l-korretta;
(h)
għandhom ikunu disponibbli manwali għall-operat u manutenzjoni tat-tagħmir tal-ajrudromi, u għandhom ikunu applikabbli fil-prattika u jkopru tagħrif dwar is-servizz ta' manutenzjoni, l-individwazzjoni ta' soluzzjonijiet u l-proċeduri ta' spezzjoni;
(i)
l-operatur tal-ajrudrom għandu, direttament jew b'arranġamenti ma' partijiet terzi, jistabbilixxi u jimplimenta pjan ta' emerġenza għall-ajrudrom, li jkopri xenarji ta' emerġenza li jistgħu jseħħu fl-ajrudrom jew fl-inħawi ta' madwaru. Il-pjan għandu jkun ikkoordinat mal-pjan ta' emerġenza għall- komunità lokali, kif meħtieġ;
(j)
l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura, direttament jew b'arranġamenti ma' partijiet terzi, li huma pprovduti servizzi xierqa ta' salvataġġ u ta' tifi tan-nar fl-ajrudrom. Dawn is-servizzi għandhom iwieġbu għal inċident jew aċċident b'biżżejjed urġenza u għandhom jinkludu mill-inqas tagħmir, sustanzi għat-tifi tan-nar u għadd suffiċjenti ta' persunal;
(k)
l-operatur tal-ajrudrom għandu juża biss persunal imħarreġ u kwalifikat għall-operazzjonijiet u għall-manutenzjoni tal-ajrudromi, u għandu, direttament jew b'arranġamenti ma' partijiet terzi, jimplimenta u jżomm programmi ta' taħriġ u ta' kontroll sabiex tiġi żgurata l-kompetenza kontinwa tal-persunal rilevanti kollu;
(l)
l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li kull persuna li tingħata l-permess ikollha aċċess mingħajr skorta fiż-żona tal-moviment jew f'żoni operazzjonali oħra tkun imħarrġa kif xieraq u kwalifikata għal dan it-tip ta' aċċess;
(m)
il-persunal tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar għandu jkun imħarreġ kif xieraq u kwalifikat biex jopera fl-ambjent tal-ajrudrom. L-operatur tal-ajrudrom għandu, direttament jew b'arranġamenti ma' partijiet terzi, jimplimenta u jżomm programmi ta' taħriġ u ta' kontroll sabiex tiġi żgurata l-kompetenza kontinwa ta' dan il-persunal; u
(n)
il-persunal kollu tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar li jkun potenzjalment meħtieġ li jaġixxi f'emerġenzi tal-avjazzjoni għandu jagħti perjodikament prova ta' stat mediku tajjeb biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu b'mod sodisfaċenti, filwaqt li tiġi kkunsidrata t-tip ta' attività. F'dan il-kuntest, l-istat mediku tajjeb, li jinkludi kemm l-aspett fiżiku kif ukoll l-aspett mentali, ifisser li dak li jkun ma jkunx ibati minn ebda marda jew diżabbiltà li tista' twassal li dan il-persunal ma jkunx jista':
—
iwettaq il-kompiti meħtieġa biex jopera f'emerġenzi tal-avjazzjoni;
—
iwettaq id-dmirijiet assenjati lilu fi kwalunkwe ħin; jew
—
jipperċepixxi b'mod xieraq l-ambjent tiegħu.
2.2. Sistemi ta' ġestjoni
|
2.2.1.
|
Skont it-tip ta' attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, l-operatur tal-ajrudrom għandu jimplimenta u jżomm sistema ta' ġestjoni sabiex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness, jimmaniġġja r-riskji tas-sikurezza, u jimmira għal titjib kontinwu ta' din is-sistema.
|
|
2.2.2.
|
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni skont il-punt 2.2.1, sabiex jikkontribwixxi għall-għan ta' titjib kontinwu tas-sikurezza. L-analiżi ta' informazzjoni minn din is-sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi għandha tinvolvi l-partijiet elenkati fil-punt 2.1(f), kif xieraq. Is-sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi għandha tkun konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni.
|
|
2.2.3.
|
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżviluppa manwal tal-ajrudrom u jopera skont dak il-manwal. Dawn il-manwali għandu jkun fihom l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u l-proċeduri kollha meħtieġa għall-ajrudrom, għas-sistema ta' ġestjoni u għall-persunal tal-operazzjonijiet u tal-manutenzjoni biex iwettaq dmirijietu.
|
3. L-INĦAWI TA' MADWAR L-AJRUDROM
|
3.1.1.
|
L-ispazju tal-ajru madwar iż-żoni ta' moviment tal-ajrudrom għandhom ikunu protetti mill-ostakli sabiex ikunu jistgħu jseħħu l-operazzjonijiet maħsuba tal-inġenji tal-ajru fl-ajrudromi mingħajr ma jinħoloq riskju inaċċettabbli kkawżat mill-iżvilupp ta' ostakli madwar l-ajrudrom. Għalhekk, għandhom jiġu żviluppati, implimentati u mmonitorjati kontinwament superfiċe għall-monitoraġġ tal-ostakli sabiex tiġi identifikata kwalunkwe penetrazzjoni mhux permessa.
|
|
3.1.2.
|
Kwalunkwe infrazzjoni ta' dawk is-superfiċe tkun teħtieġ valutazzjoni biex jiġi identifikat jekk l-oġġett huwiex qed joħloq riskju inaċċettabbli. Kwalunkwe oġġett li jippreżenta riskju inaċċettabbli għandu jitneħħa jew għandha tittieħed azzjoni xierqa ta' mitigazzjoni biex jiġi protett l-inġenju tal-ajru.
|
|
3.1.3.
|
Kwalunkwe ostaklu li jkun fadal għandu jiġi ppubblikat u, skont il-ħtieġa, għandu jiġi mmarkat u, fejn meħtieġ, ikun viżibbli permezz ta' dwal.
|
|
3.2.
|
Għandhom jiġu mmonitorjati perikli marbuta ma' attivitajiet tal-bniedem u mal-użu tal-art, bħal dawk elenkati fil-lista li ġejja, iżda mhux limitat għalihom. Ir-riskju kkawżat minnhom għandu jiġi vvalutat u mitigat kif xieraq:
(a)
kwalunkwe żvilupp jew bidla fl-użu tal-art fiż-żona tal-ajrudrom;
(b)
il-possibbiltà ta' turbolenza kkaġunata minn ostaklu;
(c)
l-użu ta' dwal perikolużi, li jfixklu jew li jqarrqu;
(d)
it-tgħammix ikkawżat minn superfiċe kbar li jirriflettu ħafna;
(e)
il-ħolqien ta' żoni li għandhom mnejn jinkoraġġixxu attività ta' fawna selvaġġa fl-inħawi taż-żoni ta' moviment tal-ajrudrom; jew
(f)
is-sorsi ta' radjazzjoni mhux viżibbli jew il-preżenza ta' oġġetti li jiċċaqalqu jew li huma fissi u li jistgħu jinterferixxu mas-sistemi tal-komunikazzjoni, tan-navigazzjoni u tas-sorveljanza ajrunawtika jew jolqtuhom ħażin.
|
|
3.3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li pjan ta' emerġenza huwa stabbilit għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza tal-avjazzjoni li jseħħu fiż-żona lokali tal-ajrudromi.
|
4. SERVIZZI FUQ L-ART
4.1. Responsabbiltajiet tal-fornitur tas-servizzi fuq l-art
Il-fornitur tas-servizzi tal-fuq l-art huwa responsabbli għall-operazzjoni sikura tal-attivitajiet tiegħu fl-ajrudrom. Ir-responsabbiltajiet tal-fornitur huma kif ġej:
(a)
il-fornitur għandu jkollu l-mezzi neċessarji kollha biex jiżgura l-provvista sikura tas-servizz fl-ajrudrom. Dawk il-mezzi għandhom jinkludu, imma ma jkunux limitati għal, faċilitajiet, persunal, tagħmir u materjal;
(b)
il-fornitur għandu jikkonforma mal-proċeduri li jinsabu fil-manwal tal-ajrudrom, inkluż dawk marbuta mal-movimenti tal-vetturi, tat-tagħmir u tal-persunal tiegħu u mar-riskju marbut mal-operazzjonijiet tal-ajrudrom fix-xitwa, bil-lejl jew f'kondizzjonijiet tat-temp ħżiena;
(c)
il-fornitur għandu jipprovdi s-servizzi fuq l-art skont il-proċeduri u l-istruzzjonijiet tal-operatur tal-inġenju tal-ajru li jkun qed jaqdi;
(d)
il-fornitur għandu jiżgura li l-manwali għall-operazzjoni u għall-manutenzjoni tat-tagħmir għas-servizzi fuq l-art ikunu disponibbli, applikati fil-prattika u li jkopru struzzjonijiet dwar l-operazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija, tagħrif dwar is-servizz ta' manutenzjoni, l-individwazzjoni ta' soluzzjonijiet u l-proċeduri ta' spezzjoni;
(e)
il-fornitur għandu juża biss persunal imħarreġ b'mod adegwat u kwalifikat u għandu jimplimenta u jżomm programmi ta' taħriġ u ta' kontroll li jiżguraw il-kompetenza kontinwa tal-persunal rilevanti kollu;
(f)
il-fornitur għandu jiżgura li l-persunal tiegħu jkun fiżikament u mentalment adatt biex iwettaq il-funzjonijiet tagħhom b'mod sodisfaċenti, b'kont meħud tat-tip ta' attività u b'mod partikolari l-impatt potenzjali fuq is-sikurezza u s-sigurtà relatata mas-sikurezza.
4.2. Sistemi ta' ġestjoni
|
4.2.1.
|
Kif xieraq għall-attività mwettqa u għad-daqs tal-organizzazzjoni, il-fornitur għandu jimplimenta u jżomm sistema ta' ġestjoni sabiex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness, jiġġestixxi r-riskji tas-sikurezza u jimmira għal titjib kontinwu ta' din is-sistema. Sistema bħal din għandha tiġi kkoordinata mas-sistema ta' ġestjoni tal-operatur tal-ajrudrom.
|
|
4.2.2.
|
Il-fornitur għandu jistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni skont il-punt 4.2.1 sabiex jikkontribwixxi għall-għan ta' titjib kontinwu tas-sikurezza. Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra ta' rappurtar, il-fornitur għandu jibgħat l-okkorrenzi kollha lis-sistema ta' rappurtar tal-operatur tal-ajrudrom, l-operatur tal-inġenju tal-ajru u, jekk rilevanti, lil dik tal-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru. Is-sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi għandha tkun konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni.
|
|
4.2.3.
|
Il-fornitur għandu jiżviluppa manwal ta' servizzi fuq l-art u jopera skont dak il-manwal. Manwal ta' dan it-tip għandu jkun fih l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u l-proċeduri kollha meħtieġa għas-servizz, għas-sistema ta' ġestjoni u għall-persunal tas-servizz biex iwettaq dmirijietu.
|
5. SERVIZZI TA' ĠESTJONI TAR-RAMPA (AMS)
|
5.1.
|
Il-fornitur tal-AMS għandu jipprovdi s-servizzi tiegħu skont il-proċeduri ta' operazzjoni inklużi fil-manwal tal-ajrudrom.
|
|
5.2.
|
Kif xieraq għall-attività mwettqa u għad-daqs tal-organizzazzjoni, il-fornitur tal-AMS għandu jimplimenta u jżomm sistema ta' ġestjoni, inkluż il-ġestjoni tas-sikurezza, sabiex jiżgura konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness.
|
|
5.3.
|
Il-fornitur tal-AMS għandu jistabbilixxi arranġamenti formali mal-operatur tal-ajrudrom u mal-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li jiddeskrivu l-firxa tas-servizzi li għandhom jingħataw.
|
|
5.4.
|
Il-fornitur tal-AMS għandu jistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni skont il-punt 5.2 sabiex jikkontribwixxi għall-għan tat-titjib kontinwu tas-sikurezza. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi l-oħra ta' rappurtar, il-fornitur għandu jibgħat l-okkorrenzi kollha lis-sistema ta' rappurtar tal-operatur tal-ajrudrom, u, jekk rilevanti, lil dik tal-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru.
|
|
5.5.
|
Il-fornitur tal-AMS għandu jieħu sehem fil-programmi ta' sikurezza stabbiliti mill-operatur tal-ajrudrom.
|
6. OĦRAJN
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-operatur tal-inġenju tal-ajru, l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li ajrudrom jew partijiet minnu ma għandhomx jintużaw minn inġenji tal-ajru li d-disinn jew il-proċeduri ta' operazzjoni tal-ajrudrom normalment mhumiex intenzjonati għalihom, ħlief f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza tal-inġenji tal-ajru, meta ssir devjazzjoni għal ajrudrom alternattiv, jew b'kondizzjonijiet speċifikati f'kull każ.
|
|
ANNESS VIII
|
ANNESS VIII
Rekwiżiti essenzjali għal ATM/ANS u għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru
1. L-UŻU TAL-ISPAZJU TAL-AJRU
|
1.1.
|
Kull inġenju tal-ajru, barra dawk involuti fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(3)(a), f'kull fażi tat-titjir jew fiż-żona ta' moviment tal-ajrudrom, għandu jkun operat skont regoli ġenerali komuni tal-operat u skont kwalunkwe proċedura speċifikata applikabbli għall-użu tal-ispazju tal-ajru.
|
|
1.2.
|
Kull inġenju tal-ajru, barra dawk involuti fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(3)(a), għandu jkun mgħammar bil-kostitwenti meħtieġa u jkun operat kif xieraq. Il-kostitwenti użati fis-sistema tal-ATM/ANS għandhom ukoll jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt 3.
|
2. SERVIZZI
2.1. Informazzjoni ajrunawtika u data għall-utenti tal-ispazju tal-ajru għall-iskop tan-navigazzjoni bl-ajru
|
2.1.1.
|
Id-data użata bħala sors ta' informazzjoni ajrunawtika għandha tkun ta' kwalità suffiċjenti, kompluta, kurrenti u pprovduta f'waqtha.
|
|
2.1.2.
|
L-informazzjoni ajrunawtika għandha tkun preċiża, kompluta, attwali, mhux ambigwa, minn sors leġittimu, u ta' integrità adegwata, kif ukoll f'format adattat għall-utenti.
|
|
2.1.3.
|
It-tqassim ta' din l-informazzjoni ajrunawtika lill-utenti tal-ispazju tal-ajru għandu jkun f'waqtu, u jkun jagħmel użu minn mezzi ta' komunikazzjoni affidabbli u veloċi biżżejjed li jkunu protetti minn interferenza u minn korruzzjoni intenzjonati jew mhux intenzjonati.
|
2.2. Informazzjoni meteoroloġika
|
2.2.1.
|
Id-data użata bħala sors ta' informazzjoni ajrunawtika meteoroloġika għandha tkun ta' kwalità suffiċjenti, kompluta u kurrenti.
|
|
2.2.2.
|
Sa fejn hu possibbli, l-informazzjoni ajrunawtika meteoroloġika għandha tkun biżżejjed preċiża, kompluta, attwali, ta' integrità adegwata u mhux ambigwa biex tilħaq il-ħtiġijiet tal-utenti tal-ispazju tal-ajru. L-informazzjoni ajrunawtika meteoroloġika għandha tkun minn sors leġittimu.
|
|
2.2.3.
|
It-tqassim ta' din l-informazzjoni ajrunawtika meteoroloġika lill-utenti tal-ispazju tal-ajru jrid ikun f'waqtu u jkun juża mezzi ta' komunikazzjoni affidabbli u veloċi biżżejjed li jkunu protetti mill-interferenza u mill-korruzzjoni.
|
2.3. Servizzi tat-traffiku tal-ajru
|
2.3.1.
|
Id-data użata bħala sors għall-forniment ta' servizzi tat-traffiku tal-ajru għandha tkun korretta, kompluta, u kurrenti.
|
|
2.3.2.
|
Il-forniment ta' servizzi tat-traffiku tal-ajru għandu jkun biżżejjed preċiż, komplut, kurrenti, u mhux ambigwu biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta' sikurezza tal-utenti.
|
|
2.3.3.
|
L-għodod awtomatizzati li jipprovdu informazzjoni jew pariri lill-utenti għandhom ikunu ddisinjati, prodotti u miżmuma b'mod xieraq sabiex jiġi żgurat li huma adattati għall-iskop tagħhom.
|
|
2.3.4.
|
Is-servizzi tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru u l-proċessi relatati għandhom jipprevedu separazzjoni adegwata bejn l-inġenji tal-ajru u jevitaw kolliżjonijiet bejn l-inġenji tal-ajru u l-ostakli fiż-żona tal-manuvrar tal-ajrudrom, u fejn xieraq, jassistu fil-protezzjoni minn ostakli u minn perikli oħra fl-ajru, u għandhom jiżguraw koordinazzjoni f'waqtha u fil-pront mal-utenti rilevanti kollha u mal-volumi fil-qrib ta' spazji tal-ajru.
|
|
2.3.5.
|
Il-komunikazzjoni bejn is-servizzi tat-traffiku tal-ajru u bejn l-unitajiet rilevanti tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu f'waqthom, ċari, korretti, mhux ambigwi, protetti mill-interferenzi u mifhuma minn kulħadd u, fejn applikabbli, magħrufa minn kull min huwa involut.
|
|
2.3.6.
|
Għandu jkun hemm mezzi fis-seħħ sabiex jintgħarfu emerġenzi possibbli u, fejn xieraq, tinbeda azzjoni effettiva ta' tiftix u ta' salvataġġ. Dawn il-mezzi għandhom, bħala minimu, jinkludu mekkaniżmi xierqa ta' twissija, miżuri u proċeduri ta' koordinazzjoni, mezzi u persunal biex jiġi kopert b'mod effiċjenti l-qasam ta' responsabbiltà.
|
▼M3
2.3a. Servizzi tad-data dwar it-traffiku tal-ajru
2.3a.1. Id-data dwar it-traffiku tal-ajru miġbura għandu jkollha kwalità suffiċjenti, tkun kompluta u attwali, tinkiseb mingħand sors leġittimu u tiġi pprovduta f’waqtha.
2.3a.2. Is-servizzi tad-data dwar it-traffiku tal-ajru għandhom jiksbu u jżommu prestazzjoni suffiċjenti fir-rigward tad-disponibbiltà, tal-integrità, tal-kontinwità u tat-tempestività tagħhom, biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utent.
2.3a.3 Is-sistemi u l-għodod li jipprovdu servizzi tad-data dwar it-traffiku tal-ajru għandhom jiġu mfassla, prodotti u miżmuma sew biex ikun żgurat li jkunu adattati għall-iskop intenzjonat tagħhom.
2.3a.4. Id-disseminazzjoni ta’ din id-data għandha ssir f’waqtha u tuża mezzi ta’ komunikazzjoni affidabbli u veloċi biżżejjed protetti minn interferenza u korruzzjoni intenzjonali u mhux intenzjonali.
▼B
2.4. Servizzi ta' komunikazzjoni
Is-servizzi tal-komunikazzjoni għandhom jiksbu u jżommu prestazzjoni suffiċjenti fir-rigward tad-disponibbiltà, tal-integrità, tal-kontinwità u tal-puntwalità tagħhom. Huma għandhom ikunu veloċi u mħarsa mill-korruzzjoni u l-interferenza.
2.5. Servizzi ta' navigazzjoni
Is-servizzi ta' navigazzjoni għandu jikseb u jżomm livell suffiċjenti ta' prestazzjoni fir-rigward tal-gwida, il-pożizzjonament u, meta pprovduta, l-informazzjoni dwar il-ħinijiet. Il-kriterji tal-prestazzjoni jinkludu l-preċiżjoni, l-integrità, il-leġittimità tas-sors, id-disponibbiltà, u l-kontinwità tas-servizz.
2.6. Servizzi ta' sorveljanza
Is-servizzi ta' sorveljanza għandhom jiddeterminaw il-pożizzjoni rispettiva tal-inġenju tal-ajru fl-ajru u ta' inġenji tal-ajru oħra u ta' vetturi tal-art fuq is-superfiċe tal-ajrudrom, bi prestazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-preċiżjoni, tal-integrità, tal-leġittimità tas-sors, tal-kontinwità u tal-probabbiltà tal-lokalizzazzjoni.
2.7. Ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru
Il-ġestjoni tattika tal-flussi tat-traffiku tal-ajru fil-livell tal-Unjoni għandha tuża u tagħti tagħrif li jkun preċiż u aġġornat biżżejjed dwar il-volum u n-natura tat-traffiku tal-ajru ppjanat li jaffettwa l-forniment tas-servizz u għandha tikkoordina u tinnegozja l-bdil tar-rotot jew id-dewmien tal-flussi tat-traffiku sabiex jitnaqqas ir-riskju li jkun hemm sitwazzjonijiet ta' konġestjoni fl-ajru jew fl-ajrudromi. Il-ġestjoni tal-flussi għandha titwettaq bl-għan li tintuża bl-aħjar mod il-kapaċità disponibbli fl-użu tal-ispazju tal-ajru u li jitjiebu l-proċessi tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru. Dan għandu jkun ibbażat fuq is-sikurezza, it-trasparenza u l-effiċjenza, filwaqt li jiġi żgurat li dik il-kapaċità tiġi pprovduta b'mod flessibbli u f'waqtha, b'konsistenti mal-Pjan Ewropew ta' Navigazzjoni bl-Ajru.
Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 43 dwar il-ġestjoni tal-fluss għandhom isostnu d-deċiżjonijiet operazzjonali meħuda mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, mill-operaturi tal-ajrudromi u mill-utenti tal-ispazju tal-ajru u għandhom ikopru l-oqsma li ġejjin:
(b)
l-użu tal-kapaċità disponibbli tal-ispazju tal-ajru matul il-fażijiet kollha tat-titjir, inkluż l-assenjazzjoni ta' slots tul ir-rotta;
(c)
l-użu tar-rotot mit-traffiku ġenerali tal-ajru, inkluż:
—
il-ħolqien ta' pubblikazzjoni unika għall-orjentazzjoni tar-rotot u tat-traffiku,
—
il-possibilitajiet għad-devjazzjoni tat-traffiku ġenerali tal-ajru minn żoni ta' konġestjoni, u
—
ir-regoli ta' prijorità dwar l-aċċess għall-ispazju tal-ajru għat-traffiku ġenerali tal-ajru, b'mod partikolari matul perjodi ta' konġestjoni u ta' kriżi; u
(d)
il-konsistenza bejn il-pjanijiet tat-titjir u s-slots tal-ajruporti kif ukoll il-koordinazzjoni meħtieġa mar-reġjuni li jmissu magħhom, skont il-każ.
▼M3
2.8. Ġestjoni tal-ispazju tal-ajru
Id-deżinjazzjoni ta’ volumi speċifiċi ta’ spazju tal-ajru għal ċertu użu għandha tiġi mmonitorjata, ikkoordinata u promulgata f’waqtha sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ telf ta’ separazzjoni bejn l-inġenji tal-ajru f’kull ċirkostanza. Filwaqt li tqis l-organizzazzjoni tal-attivitajiet militari u l-aspetti relatati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, il-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru għandha tappoġġa wkoll l-applikazzjoni uniformi tal-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru kif deskritt mill-ICAO u kif implimentat skont ir-Regolament (UE) 2024/2803, biex jiffaċilita l-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport.
▼B
2.9. It-tfassil tal-proċedura tat-titjir
Il-proċeduri tat-titjir għandhom ikunu mfassla, mistħarrġa u vvalidati sew qabel ma jkunu disponibbli u qabel ma jintużaw mill-inġenji tal-ajru.
3. SISTEMI U KOSTITWENTI
3.1. Ġenerali
Is-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS li jipprovdu informazzjoni relatata mal-inġenju tal-ajru, minnu u fuq l-art għandhom ikunu ddisinjati, prodotti, installati, miżmuma, imħarsa kontra interferenza mhux awtorizzata u operati b'mod xieraq sabiex jiġi żgurat li huma adattati għall-iskop tagħhom.
Is-sistemi u l-proċeduri għandhom jinkludu b'mod partikolari dawk meħtieġa biex jiġu appoġġati l-funzjonijiet u s-servizzi li ġejjin:
(a)
Ġestjoni tal-ispazju tal-ajru;
(b)
Ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru;
(c)
Is-servizzi tat-traffiku tal-ajru, b'mod partikolari s-sistemi tal-ipproċessar tad-data tat-titjir, is-sistemi tal-ipproċessar tad-data tas-sorveljanza u s-sistemi ta' interfaċċa bejn il-bniedem u l-magni;
(d)
Il-komunikazzjonijiet inkluż dawk mill-art għall-art/għall-ispazju tal-ajru, mill-ajru għall-art u mill-ajru għall-ajru/għall-ispazju tal-ajru;
(g)
Is-servizzi ta' informazzjoni ajrunawtika; u
(h)
Is-servizzi meteoroloġiċi.
3.2. Integrità, prestazzjoni u affidabbiltà tas-sistema u tal-kostitwenti
L-integrità u l-prestazzjoni relatata mas-sikurezza tas-sistemi u tal-kostitwenti, ikunux fuq l-inġenju tal-ajru, fuq l-art jew fl-ispazju, għandhom ikunu adattati għall-iskop tagħhom. Għandhom jissodisfaw il-livell meħtieġ ta' prestazzjoni operazzjonali għall-kondizzjonijiet ta' operazzjoni prevedibbli kollha tagħhom u għall-ħajja operazzjonali kollha tagħhom.
Is-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, miżmuma u mħaddma billi jintużaw il-proċeduri xierqa u validati, f'manjiera tali li tiżgura li l-operat tan-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (EATMN) jimxi ħarir f'kull ħin u tul il-fażijiet kollha ta' titjir. Operat li jimxi ħarir jista' jiġi espress, b'mod partikolari, f'termini ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni, inkluż l-informazzjoni dwar l-istatus operattiv rilevanti, il-fehim komuni tal-informazzjoni, il-prestazzjonijiet komparabbli ta' pproċessar u l-proċeduri assoċjati li jippermettu prestazzjonijiet operazzjonali komuni maqbula għal-EATMN jew għal partijiet minnu.
L-EATMN, is-sistemi tiegħu u l-kostitwenti tagħhom għandhom jappoġġaw, fuq bażi kkoordinata, kunċetti ġodda ta' operat maqbula u validati li jtejbu l-kwalità, is-sostenibbiltà u l-effikaċja ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, b'mod partikolari f'termini ta' sikurezza u ta' kapaċità.
L-EATMN, is-sistemi tiegħu u l-kostitwenti tagħhom għandhom jappoġġaw l-implimentazzjoni progressiva tal-kordinazzjoni ċivili/militari, sal-punt meħtieġ għal ġestjoni effettiva tal-spazju tal-ajru u tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, u għal użu sikur u effiċjenti tal-ispazju tal-ajru mill-utenti kollha, permezz tal-applikazzjoni tal-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru.
Biex jinkisbu dawk l-għanijiet, l-EATMN, is-sistemi tiegħu u l-kostitwenti tagħhom għandhom jappoġġaw il-kondiviżjoni f'waqtha ta' informazzjoni korretta u konsistenti li tkopri l-fażijiet kollha tat-titjir, bejn il-partijiet ċivili u militari, mingħajr preġudizzju għall-interessi tas-sigurtà jew tal-politika tad-difiża, inkluż ir-rekwiżiti dwar il-kunfidenzjalità.
3.3. Disinn tas-sistemi u tal-kostitwenti
|
3.3.1.
|
Is-sistemi u l-kostitwenti għandhom ikunu ddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' sikurezza u ta' sigurtà applikabbli.
|
|
3.3.2.
|
Is-sistemi u l-kostitwenti, meqjusa kollettivament, separatament u f'relazzjoni ma' xulxin, għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li tkun teżisti relazzjoni inversa bejn il-probabbiltà li l-ħsara li tista' tirriżulta f'falliment totali tas-sistema u bejn is-severità tal-effett tagħhom fuq is-sikurezza tas-servizzi.
|
|
3.3.3.
|
Is-sistemi u l-kostitwenti, meqjusa kollettivament u mħallta ma' xulxin, għandhom ikunu ddisinjati billi jitqiesu l-limitazzjonijiet relatati mal-kapaċitajiet u mal-prestazzjoni tal-bniedem.
|
|
3.3.4.
|
Is-sistemi u l-kostitwenti għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkunu protetti, kemm huma kif ukoll id-data li qed iwasslu, minn interazzjonijiet perikolużi ma' elementi interni u esterni.
|
|
3.3.5.
|
L-informazzjoni meħtieġa għall-produzzjoni, għall-installazzjoni, għall-operazzjoni u għall-manutenzjoni tas-sistemi u tal-kostitwenti, kif ukoll l-informazzjoni dwar kondizzjonijiet mhux sikuri għandha tiġi pprovduta lill-persunal b'mod ċar, konsistenti u mhux ambigwu.
|
3.4. Livell kontinwu ta' servizz
Il-livelli ta' sikurezza tas-sistemi u tal-kostitwenti għandhom ikunu miżmuma tajjeb waqt is-servizz u waqt kwalunkewe tip ta' modifika tas-servizz.
4. KWALIFIKI TAL-KONTROLLURI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU
4.1. Ġenerali
Persuna li qed titħarreġ bħala kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew bħala student kontrollur tat-traffiku tal-ajru, għandha tkun matura biżżejjed f'sens edukattiv, fiżiku u mentali biex tikseb, iżżomm u turi l-għarfien teoretiku u l-ħila prattika rilevanti.
4.2. Għarfien teoretiku
|
4.2.1.
|
Kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu jikseb u jżomm livell ta' għarfien xieraq għall-funzjonijiet li jwettaq u proporzjonat għar-riskji assoċjati mat-tip ta' servizz.
|
|
4.2.2.
|
Il-kisba u ż-żamma tal-għarfien teoretiku għandhom jintwerew permezz ta' valutazzjoni kontinwa waqt it-taħriġ, jew permezz ta' eżamijiet xierqa.
|
|
4.2.3.
|
Għandu jinżamm livell xieraq ta' għarfien teoretiku. Il-konformità għandha tintwera permezz ta' valutazzjonijiet jew permezz ta' eżamijiet regolari. Il-frekwenza tal-eżamijiet għandha tkun proporzjonata mal-livell tar-riskju assoċjat mat-tip ta' servizz.
|
4.3. Ħila prattika
|
4.3.1.
|
Kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu jikseb u jżomm il-ħiliet prattiċi xierqa għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu jew tagħha. Dawn il-ħiliet għandhom ikunu proporzjonati għar-riskji assoċjati mat-tip ta' servizz u għandhom ikopru mill-inqas, jekk xierqa għall-funzjonijiet imwettqa, dawn li ġejjin:
(a)
il-proċeduri operazzjonali;
(b)
l-aspetti speċifiċi għall-kompitu;
(c)
is-sitwazzjonijiet mhux normali u ta' emerġenza; u
|
|
4.3.2.
|
Kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu juri l-abbiltà li jwettaq il-proċeduri u l-kompiti assoċjati b'livell ta' kompetenza xieraq għall-funzjonijiet imwettqa.
|
|
4.3.3.
|
Għandu jinżamm livell xieraq ta' kompetenza fil-ħila prattika. Il-konformità għandha tkun verifikata permezz ta' valutazzjonijiet regolari. Il-frekwenza ta' dawk il-valutazzjonijiet għandha tkun proporzjonata mal-kumplessità u għal-livell tar-riskju assoċjat mat-tip ta' servizz u mal-kompiti mwettqa.
|
4.4. Profiċjenza fil-lingwi
|
4.4.1.
|
Kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu juri profiċjenza li jitkellem u jifhem l-Ingliż sa tali punt li jkun jista' jikkomunika effettivament f'sitwazzjonijiet ta' leħen biss (telefown/radjutelefown) u f'sitwazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ, dwar suġġetti konkreti u marbuta max-xogħol, inkluż f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza.
|
|
4.4.2.
|
Kull meta jkun meħtieġ f'volum definit ta' spazju tal-ajru għall-iskopijiet ta' forniment tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru (ATS), kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu wkoll ikollu l-profiċjenza li jitkellem u jifhem l-ilsien/l-ilsna nazzjonali sal-punt deskritt hawn fuq.
|
4.5. Mezzi sintetiċi ta' taħriġ (STD)
Meta jintuża STD għat-taħriġ prattiku dwar l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-fatturi umani jew biex jintwera li l-ħiliet inkisbu jew inżammu, dan għandu jkollu livell ta' prestazzjoni li jippermetti simulazzjoni xierqa tal-ambjent tax-xogħol u tas-sitwazzjonijiet operazzjonali li jkunu adattati għat-taħriġ li jingħata.
4.6. Kors ta' taħriġ
|
4.6.1.
|
It-taħriġ għandu jingħata permezz ta' kors ta' taħriġ, li jista' jinkludi tagħlim teoretiku u prattiku, inkluż taħriġ fuq STD, jekk applikabbli.
|
|
4.6.2.
|
Kors għandu jiġi ddefinit u approvat għal kull tip ta' taħriġ.
|
4.7. Għalliema
|
4.7.1.
|
It-tagħlim teoretiku għandu jingħata minn għalliema kwalifikati kif xieraq. Huma:
(a)
għandu jkollhom għarfien xieraq fil-qasam li qed jingħata t-tagħlim dwaru; u
(b)
għandhom ikunu wrew l-abbiltà li jużaw tekniki ta' tagħlim xierqa.
|
|
4.7.2.
|
It-tagħlim dwar il-ħiliet prattiċi għandu jingħata minn għalliema kwalifikati kif xieraq, li jkollhom il-kwalifiki li ġejjin:
(a)
jissodisfaw l-għarfien teoretiku u r-rekwiżiti ta' esperjenza li huma adattati għat-tagħlim li qed jingħata;
(b)
ikunu wrew abbiltà li jgħallmu u li jużaw tekniki ta' tagħlim xierqa;
(c)
ikunu pprattikaw tekniki ta' tagħlim f'dawk li proċeduri li dwarhom ikun ser jingħata t-tagħlim; u
(d)
jirċievu taħriġ ta' aġġornament b'mod regolari biex jiġi żgurat li l-kompetenzi tal-għalliema jinżammu aġġornati.
|
|
4.7.3.
|
Barra minn hekk, l-għalliema tal-ħiliet prattiċi għandhom jkunu intitolati jew inkella diġà kienu intitolati li jaġixxu bħala kontrolluri tat-traffiku tal-ajru.
|
4.8. Valutaturi
|
4.8.1.
|
Il-persuni responsabbli għall-valutazzjoni tal-ħila tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru għandhom:
(a)
ikun wrew il-ħila li jivvalutaw il-prestazzjoni tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, u jwettqu testijiet u kontrolli fuqhom; u
(b)
jirċievu korsijiet ta' aġġornament regolari sabiex jiġi żgurat li l-kompetenzi tal-valutazzjoni tagħhom jinżammu.
|
|
4.8.2.
|
Il-valutaturi tal-ħiliet prattiċi għandhom, barra minn hekk, ikunu intitolati jew inkella diġà kienu intitolati li jaġixxu bħala kontrolluri tat-traffiku tal-ajru f'dawk l-oqsma li fihom trid issir l-evalwazzjoni.
|
4.9. Stat mediku tajjeb ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru
|
4.9.1.
|
Il-kontrolluri kollha tat-traffiku tal-ajru għandhom perjodikament jagħtu prova li l-istat mediku tagħhom huwa tajjeb biex iwettqu l-funzjonijiet tiegħu b'mod sodisfaċenti. Il-konformità għandha tintwera permezz ta' valutazzjoni xierqa li tqis id-deterjorament mentali u fiżiku possibbli minħabba l-età.
|
|
4.9.2.
|
Il-wiri ta' stat mediku tajjeb, li jinkludi kemm l-aspett fiżiku kif ukoll l-aspett mentali, għandu jinkludi l-prova tal-assenza ta' kwalunkwe marda jew diżabbiltà, li tista' żżomm lill-persuna li qed tipprovdi servizz ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) milli:
(a)
twettaq kif xieraq il-kompiti meħtieġa biex jiġi pprovdut servizz ta' ATC,
(b)
twettaq id-dmirijiet assenjati lilha fi kwalunkwe ħin, jew
(c)
milli tagħraf korrettament l-ambjent tagħha.
|
|
4.9.3.
|
Meta l-istat mediku tajjeb ma jkunx jista' jintwera għalkollox, jistgħu jiġu implimentati miżuri ta' mitigazzjoni li jipprovdu sikurezza ekwivalenti.
|
5. FORNITURI TAS-SERVIZZI U ORGANIZZAZZJONIJIET TAT-TAĦRIĠ
|
5.1.
|
Il-forniment tas-servizz ma għandux isir jekk ma jiġux issodisfati dawn il-kondizzjonijiet:
(a)
il-fornitur tas-servizz għandu jkollu, direttament jew permezz ta' ftehimiet ma' partijiet terzi, il-mezzi neċessarji għall-iskala u għall-ambitu tas-servizz. Dawk il-mezzi għandhom ikunu dawn li ġejjin, għalkemm mhux limitati għalihom: sistemi, faċilitajiet, inkluż il-provvista tal-enerġija, struttura ta' ġestjoni, persunal, tagħmir u l-manutenzjoni tiegħu, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u ż-żamma ta' reġistri;
(b)
il-fornitur tas-servizz għandu jiżviluppa u jżomm aġġornati manwali tal-ġestjoni u tal-operazzjonijiet marbuta mal-forniment tas-servizzi tiegħu u għandu jopera skont dawk il-manwali. Dawk il-manwali għandu jkun fihom l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u l-proċeduri kollha meħtieġa għall-operazzjonijiet, għas-sistema ta' ġestjoni u għall-persunal tal-operazzjonijiet biex iwettaq dmirijietu;
▼M3
(c)
kif ikun adatt skont it-tip ta’ attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, il-fornitur tas-servizz għandu jimplimenta u jżomm sistema ta’ ġestjoni sabiex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stipulati f’dan l-Anness, jimmaniġġja r-riskji tas-sikurezza u tas-sigurtà u jimmira għal titjib kontinwu ta’ din is-sistema;
▼B
(d)
il-fornitur tas-servizz għandu juża biss persunal kwalifikat u mħarreġ kif xieraq u jimplimenta u jżomm programmi ta' taħriġ u kontrolli għall-persunal;
(e)
il-fornitur tas-servizz għandu jistabbilixxi interfaċċi formali mal-partijiet ikkonċernati kollha li jistgħu jinfluwenzaw b'mod dirett is-sikurezza tas-servizz tagħhom sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness;
(f)
il-fornitur tas-servizz għandu jistabbilixxi u jimplimenta pjan ta' kontinġenza li jkopri sitwazzjonijiet ta' emerġenza u anormali li jistgħu jseħħu b'rabta mas-servizzi tiegħu, inkluż fil-każ ta' avvenimenti li jwasslu għal degradazzjoni jew interruzzjoni sinifikanti tal-operazzjonijiet tiegħu;
(g)
il-fornitur tas-servizz għandu jistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni skont il-punt (c) sabiex jikkontribwixxi għall-għan ta' titjib kontinwu tas-sikurezza. Is-sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi għandha tkun konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni; u
(h)
il-fornitur tas-servizz għandu jagħmel arranġamenti biex jivverifika li r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tas-sikurezza ta' kwalunkwe sistema u kostitwent li huwa jopera jintlaħqu f'kwalunkwe ħin.
|
|
5.2.
|
Il-forniment tas-servizz ATC ma għandux isir jekk ma jiġux issodisfati dawn il-kondizzjonijiet:
(a)
il-prevenzjoni tal-għejja tal-persunal li jipprovdi servizz ATC għandha tkun ġestita permezz ta' sistema ta' roster. Sistema ta' roster bħal din trid tindirizza l-perjodi ta' xogħol, il-ħinijiet tax-xogħol u l-perjodi adattati ta' mistrieħ. Il-limitazzjonijiet stabbiliti fis-sistema ta' roster għandhom jikkunsidraw il-fatturi kollha rilevanti li jikkontribwixxu għall-għejja bħal ma' huma, in-nuqqas ta' rqad, lit-tfixkil taċ-ċikli bijoloġiċi ta' kuljum, is-sigħat ta' bil-lejl, l-akkumulazzjoni ta' ħinijiet ta' xogħol għal perjodi speċifiċi kif ukoll il-kondiviżjoni ta' kompiti allokati fost il-membri tal-persunal;
(b)
il-prevenzjoni tal-istress tal-persunal li jipprovdi servizz ATC għandha tkun ġestita permezz ta' programmi ta' edukazzjoni u ta' prevenzjoni;
(c)
il-fornitur tas-servizz ATC għandu jkollu stabbiliti proċeduri li jivverifikaw li l-persunal li jipprovdi s-servizzi ATC m'għandux il-ġudizzju konjittiv tiegħu mxekkel jew l-istat mediku mhux tajjeb biżżejjed; u
(d)
il-fornitur tas-servizz ATC għandu jikkunsidra l-limitazzjonijiet operazzjonali u tekniċi kif ukoll il-prinċipji tal-fatturi umani fl-ippjanar u fl-operazzjonijiet tiegħu.
|
|
5.3.
|
Il-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjoni, tan-navigazzjoni u/jew tas-sorveljanza ma għandhomx isiru ħlief sakemm jiġu ssodisfati dawn il-kondizzjonijiet:
Il-fornitur tas-servizzi għandu jżomm lill-utenti tal-ispazju tal-ajru u lill-unitajiet ATS rilevanti infurmati dwar l-istatus operazzjonali (u l-bidliet fih) tas-servizzi tagħhom ipprovduti għal skopijiet ATS.
|
|
5.4.
|
Organizzazzjonijiet tat-taħriġ Organizzazzjoni tat-taħriġ li tipprovdi t-taħriġ għall-persunal li jipprovdi servizz ATC għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
ikollha l-mezzi kollha neċessarji għall-ambitu tar-responsabbiltajiet assoċjati mal-attività tagħha. Dawk il-mezzi jinkludu dawn li ġejjin, għalkemm mhumiex limitati għalihom: faċilitajiet, persunal, tagħmir, metodoloġija, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u ż-żamma ta' reġistri;
(b)
kif xieraq għat-taħriġ mogħti u għad-daqs tal-organizzazzjoni, l-organizzazzjoni għandha timplimenta u żżomm sistema ta' ġestjoni sabiex tiżgura konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness, tiġġestixxi r-riskji tas-sikurezza, inkluż ir-riskji relatati ma' deterjorament fl-istandard tat-taħriġ, u timmira għal titjib kontinwu ta' din is-sistema; u
(c)
tistabbilixxi arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, kif meħtieġ, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness.
|
6. EŻAMINATURI AJRUMEDIĊI U ĊENTRI AJRUMEDIĊI
6.1. Eżaminaturi ajrumediċi
Eżaminatur ajrumediku jrid:
(a)
ikun kwalifikat u jkollu liċenzja fil-prattika tal-mediċina;
(b)
ikun irċieva taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni u taħriġ ta' aġġornament regolari fil-mediċina tal-avjazzjoni biex ikun żgurat li l-istandards ta' valutazzjoni jinżammu aġġornati; u
(c)
ikun kiseb għarfien u esperjenza prattiċi fir-rigward tal-kondizzjonijiet li fihom il-kontrolluri tat-traffiku jaqdu dmirijiethom.
6.2. Ċentri ajrumediċi
Iċ-ċentri ajrumediċi jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ikollhom il-mezzi kollha meħtieġa għall-ambitu ta' responsabbiltajiet marbuta mal-privileġġi tagħhom. Dawk il-mezzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal dawn li ġejjin: faċilitajiet, persunal, tagħmir, għodda u materjal, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u żamma ta' reġistri;
(b)
kif adatt għat-tip ta' attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, jimplimentaw u jżommu sistema ta' ġestjoni sabiex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness, jiġġestixxu r-riskji tas-sikurezza u jimmiraw għal titjib kontinwu ta' din is-sistema; u
(c)
jistabbilixxu arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, skont il-ħtieġa, biex jiżguraw konformità kontinwa mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Anness.
▼M3
7.
ROBUSTEZZA FINANZJARJA, RESPONSABBILTÀ, REKWIŻITI TA’ KOPERTURA TAL-ASSIGURAZZJONI, SJIEDA U STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
Il-fornituri ta’ ATM/ANS għandhom, bil-ħsieb li jiżguraw forniment ta’ servizz sikur u kontinwu:
(a)
juru robustezza finanzjarja suffiċjenti;
(b)
ikunu kisbu responsabbiltà u kopertura tal-assigurazzjoni adatti, b’kont meħud tal-istatus legali tagħhom u l-livell ta’ kopertura tal-assigurazzjoni kummerċjali disponibbli; u
(c)
jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli dwar is-sjieda u l-istruttura organizzazzjonali bil-ħsieb li jevitaw kunflitti ta’ interess biex jiġi żgurat għoti ta’ servizz nondiskriminatorju.
▼B
|
|
ANNESS IX
|
ANNESS IX
Rekwiżiti essenzjali għal inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord
1. REKWIŻITI ESSENZJALI GĦAD-DISINN, GĦALL-PRODUZZJONI, GĦALL-MANUTENZJONI U GĦALL-OPERAT TA' INĠENJI TAL-AJRU MINGĦAJR BDOT ABBORD
|
1.1.
|
L-operatur u l-pilota mill-bogħod ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu jkunu konxji tar-regoli applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali relatati mal-operazzjonijiet ippjanati, b'mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza, tal-privatezza, tal-protezzjoni tad-data, tar-responsabbiltà, tal-assigurazzjoni, tas-sigurtà u tal-protezzjoni ambjentali. L-operatur u l-pilota mill-bogħod iridu jkunu kapaċi jiżguraw is-sikurezza tal-operat u s-separazzjoni sikura tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord mill-persuni fuq l-art u mill-utenti tal-ispazju tal-ajru l-oħra. Dan jinkludi għarfien tajjeb tal-istruzzjonijiet operattivi pprovduti mill-produttur, tal-użu sikur u li jirrispetta l-ambjent ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord fl-ispazju tal-ajru, u tal-funzjonalitajiet rilevanti kollha tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord u regoli applikabbli tal-proċeduri tal-ajru u ATM/ANS.
|
|
1.2.
|
Inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord irid jiġi iddisinjat u jinbena b'mod li jkun tajjeb għall-funzjoni maħsuba tiegħu, u jista' jitħaddem, jiġi aġġustat u miżmum mingħajr ma jpoġġi lil persuni f'riskju.
|
|
1.3.
|
Jekk ikun meħtieġ u biex jitnaqqsu r-riskji relatati mas-sikurezza, il-privatezza, il-protezzjoni tad-data personali, is-sigurtà jew l-ambjent, li jirriżultaw mill-operazzjoni, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord irid ikollu l-karatteristiċi u l-funzjonalitajiet korrispondenti u speċifiċi li permezz tad-disinn u b'mod awtomatiku jikkunsidraw il-prinċipji ta' privatezza u ta' protezzjoni tad-data personali. Skont il-ħtiġijiet dawk l-elementi u l-funzjonalitajiet iridu jiżguraw identifikazzjoni faċli tal-inġenju tal-ajru u tan-natura u tal-iskop tal-operazzjoni; u jridu jiżguraw li l-limitazzjonijiet, il-projbizzjonijiet jew il-kondizzjonijiet applikabbli jiġu osservati, b'mod partikolari fir-rigward tal-operat f'żoni ġeografiċi partikolari, lil hinn minn ċerti distanzi mill-operatur jew f'ċerti altitudnijiet.
|
|
1.4.
|
L-organizzazzjoni responsabbli għall-produzzjoni jew għall-kummerċjalizzazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord trid tipprovdi informazzjoni lill-operatur tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u, fejn rilevanti, lill-organizzazzjoni tal-manutenzjoni fuq it-tip ta' operazzjonijiet li għalihom l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord huwa ddisinjat flimkien mal-limitazzjonijiet u mal-informazzjoni meħtieġa għall-operazzjoni sikura tiegħu, inkluż il-prestazzjoni operazzjonali u ambjentali, il-limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u l-proċeduri ta' emerġenza. Din l-informazzjoni għandha tingħata b'mod ċar, konsistenti u mhux ambigwu. Il-kapaċitajiet operazzjonali ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li jistgħu jintużaw f'operazzjonijiet li ma jeħtiġux ċertifikat jew dikjarazzjoni jridu jippermettu l-possibbiltà li jiġu introdotti limitazzjonijiet li jissodisfaw ir-regoli applikabbli tal-ispazju tal-ajru għal operazzjonijiet bħal dawn.
|
2. REKWIŻITI ADDIZZJONALI ESSENZJALI GĦAD-DISINN, GĦALL-PRODUZZJONI, GĦALL-MANUTENZJONI U GĦALL-OPERAZZJONI TA' INĠENJI TAL-AJRU MINGĦAJR BDOT ABBORD IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 56(1) U (5)
B'kunsiderazzjoni tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1, ir-rekwiżiti li ġejjin iridu jiġu ssodisfati biex tiġi żgurata s-sikurezza għall-persuni fuq l-art u għall-utenti tal-ispazju tal-ajru l-oħra matul l-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-livell ta' riskju tal-operazzjoni kif meħtieġ:
2.1. Ajrunavigabbiltà
|
2.1.1.
|
Inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu jkunu ddisinjati b'tali mod, jew ikun fihom karatteristiċi jew dettalji li, is-sikurezza tal-persuna li tkun qed topera l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jew ta' partijiet terzi, fl-ajru jew fuq l-art, inkluż il-proprjetà, tkun tista' tintwera b'mod sodisfaċenti.
|
|
2.1.2.
|
L-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu jipprovdu integrità tal-prodott li hija proporzjonata għar-riskju f'kull tip ta' kondizzjoni ta' titjir antiċipata.
|
|
2.1.3.
|
L-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu jkunu kontrollabbli u manuvrabbli, kif meħtieġ fil-kondizzjonijiet kollha antiċipati ta' operazzjoni, inkluż wara li sistema ta' propulsjoni waħda jew aktar, skont kif ikun il-każ, jinqalgħalha l-ħsara. Kunsiderazzjoni xierqa tal-fattur uman, b'mod partikolari għarfien disponibbli dwar il-fatturi li jwasslu għal tħaddim sikur tat-teknoloġija mill-bnedmin, hija importanti ħafna.
|
|
2.1.4.
|
L-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom, u t-tagħmir li jikkontrolla l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord mill-bogħod, jridu jiffunzjonaw kif ippjanat f'kull tip ta' kondizzjoni ta' operazzjoni prevista, dejjem, u biżżejjed lil hinn mill-operazzjoni li għalih l-inġenju tal-ajru kien iddisinjat.
|
|
2.1.5.
|
L-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat tagħhom, u t-tagħmir għall-kontroll mill-bogħod tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, ikkunsidrati separatament u f'rabta ma' xulxin, iridu jkunu ddisinjati b'tali mod li l-probabbiltà li tinqalgħalhom ħsara u s-severità tal-effett tagħha fuq il-persuni fuq l-art u fuq l-utenti tal-ispazju tal-ajru l-oħra tittaffa abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4(2).
|
|
2.1.6.
|
Kwalunkwe tagħmir li jikkontrolla mill-bogħod inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jkun involut fl-operazzjoni jrid ikun tat-tip li jiffaċilita l-operazzjonijiet ta' titjir, inkluż mezzi li jipprovdu għarfien tas-sitwazzjoni kif ukoll il-ġestjoni ta' kull tip ta' sitwazzjoni u ta' emerġenza prevista.
|
|
2.1.7.
|
L-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, ta' magni u ta' skrejjen iridu jieħdu prekawzjonijiet sabiex inaqqsu l-perikli li jinqalgħu minn kondizzjonijiet, kemm interni kif ukoll esterni, għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u għas-sistemi tagħhom, li skont l-esperjenza ntwera li għandhom impatt fuq is-sikurezza. Dan jinkludi l-protezzjoni kontra l-interferenza b'mezzi elettroniċi.
|
|
2.1.8.
|
Il-proċessi ta' manifattura, il-materjali u l-komponenti użati għall-produzzjoni tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu jirriżultaw fi proprjetajiet u fi prestazzjoni li jkunu adegwati, riproduċibbli u konformi mal-karatteristiċi tad-disinn.
|
2.2. Organizzazzjonijiet
L-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, fil-produzzjoni, fil-manutenzjoni, fl-operazzjoni, fis-servizzi relatati u fit-taħriġ tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
L-organizzazzjoni jrid ikollha l-mezzi kollha meħtieġa għall-ambitu tax-xogħol tagħha u trid tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali u mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 58 u l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl- Artikolu 57, rilevanti għall-attività tagħha.
(b)
L-organizzazzjoni trid timplimenta u żżomm sistema ta' ġestjoni sabiex tiżgura konformità ma' dawn ir-rekwiżiti essenzjali għall-ajrunavigabbiltà, u timmira għat-titjib kontinwu ta' din is-sistema. Sistema ta' ġestjoni bħal din trid tkun proporzjonata għat-tip ta' attività u d-daqs tal-organizzazzjoni.
(c)
L-organizzazzjoni trid tistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza, sabiex tikkontribwixxi għat-titjib kontinwu tas-sikurezza. Sistema ta' rappurtar bħal din trid tkun proporzjonata għat-tip tal-attività u d-daqs tal-organizzazzjoni.
(d)
L-organizzazzjoni trid tistabbilixxi arranġamenti, fejn ikun rilevanti, ma' organizzazzjonijiet oħra sabiex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti.
2.3. Persuni involuti f'operazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord
Kwalunkwe persuna involuta fl-operazzjoni ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, inkluż pilota mill-bogħod, għandu jkollha l-għarfien meħtieġ u l-ħiliet meħtieġa biex tiżgura s-sikurezza tal-operazzjoni u li dan ikun proporzjonat għar-riskji assoċjati mat-tip ta' operazzjoni. Din il-persuna għandha wkoll turi stat mediku tajjeb, jekk dan huwa meħtieġ biex jittaffew ir-riskji involuti fl-operazzjoni kkonċernata.
2.4. Operazzjonijiet
|
2.4.1.
|
L-operatur tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord huwa responsabbli għall-operazzjoni u jrid jieħu kwalnukwe azzjoni xierqa biex jiżgura s-sikurezza tal-operazzjoni.
|
|
2.4.2.
|
Titjira trid issir skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri applikabbli, li huma pertinenti għall-eżekuzzjoni tad-dmirijiet, preskritti għaż-żona, għall-ispazju tal-ajru, għall-ajrudromi jew għas-siti li huma ppjanati li jridu jintużaw u, fejn applikabbli, mas-sistemi tal-ATM/ANS relatati.
|
|
2.4.3.
|
L-operazzjonijiet b'inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu jiżguraw is-sikurezza ta' partijiet terzi fuq l-art u tal-utenti tal-ispazju tal-ajru l-oħra u jridu jnaqqsu r-riskji li jirriżultaw minn kondizzjonijiet avversi esterni u interni, inkluż kondizzjonijiet ambjentali, billi jżommu distanza ta' separazzjoni xierqa matul il-fażijiet kollha tat-titjira.
|
|
2.4.4.
|
Inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord irid jitħaddem biss jekk ikun f'kondizzjoni tajba ta' ajrunavigabbiltà u meta t-tagħmir u l-komponenti l-oħra u s-servizzi meħtieġa għall-operazzjoni ppjanata jkunu disponibbli u qegħdin fi stat tajjeb biex jintużaw.
|
|
2.4.5.
|
Inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u operazzjonijiet b'inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu jikkonformaw mad-drittijiet rilevanti ggarantiti mil-liġi tal-Unjoni.
|
|
2.4.6.
|
L-operatur ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord irid jiżgura li l-inġenju tal-ajru jkollu t-tagħmir meħtieġ ta' navigazzjoni, ta' komunikazzjoni, ta' sorveljanza, ta' detezzjoni u ta' evitar, kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li huwa meħtieġ għas-sikurezza tat-titjira ppjanata, filwaqt li jieħu inkonsiderazzjoni n-natura tal-operazzjoni, ir-regolamenti tat-traffiku tal-ajru u r-regoli tal-ajru applikabbli tul il-fażijiet kollha tat-titjira.
|
2.5. Rekwiżiti essenzjali relatati mal-kompatibilità elettromanjetika u l-ispettru tar-radju, għal inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif ukoll magni, skrejjen, parts u tagħmir mhux installat assoċjati, li d-disinn tagħhom huwa ċċertifikat skont l-Artikolu 56(1) u li huma maħsuba biex joperaw biss fuq frekwenzi allokati mir-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni għal użu ajrunawtiku protett
|
2.5.1.
|
Dawk l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, magni, skrejjen, parts u tagħmir mhux installat għandhom ikunu ddisinjati u prodotti b'tali mod, b'kunsiderazzjoni tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, sabiex jiżguraw li:
(a)
id-disturb elettromanjetiku li jiġġeneraw ma jaqbiżx il-livell li 'l fuq minnu tagħmir tar-radju u tat-telekomunikazzjoni jew tagħmir ieħor ma jkunx jista' jopera kif maħsub; u
(b)
jkollhom livell ta' immunità għad-disturb elettromanjetiku li jippermettilhom joperaw mingħajr degradazzjoni inaċċettabbli tal-użu maħsub tagħhom.
|
|
2.5.2.
|
Dawk l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, magni, skrejjen, parts u tagħmir mhux installat għandhom ikunu ddisinjati u prodotti b'tali mod, b'kunsiderazzjoni tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, sabiex jiġi żgurat li jużaw b'mod effettiv u jappoġġaw l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju sabiex tiġi evitata interferenza li tagħmel ħsara.
|
3. REKWIŻITI AMBJENTALI ESSENZJALI GĦAL INĠENJI TAL-AJRU MINGĦAJR BDOT ABBORD
L-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali stabbiliti fl-Anness III.
4. REKWIŻITI ESSENZJALI GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA' INĠENJI TAL-AJRU MINGĦAJR BDOT ABBORD U L-OPERATURI TAGĦHOM U L-IMMARKAR TA' INĠENJI TAL-AJRU MINGĦAJR BDOT ABBORD
|
4.1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri taħt il-Konvenzjoni ta' Chicago, inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li d-disinn tagħhom huwa soġġett għal ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 56(1) għandhom jiġu rreġistrati f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 57.
|
|
4.2.
|
L-operaturi ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jiġu rreġistrati skont l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 57, meta joperaw kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a)
inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li, fil-każ ta' impatt, jistgħu jittrasferixxu għal enerġija kinetika umana 'l fuq minn 80 Joules;
(b)
inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li t-tħaddim tagħhom jippreżenta riskji għall-privatezza, il-protezzjoni ta' data personali, is-sigurtà jew l-ambjent;
(c)
inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li d-disinn tagħhom huwa soġġett għal ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 56(1);
|
|
4.3.
|
Fejn rekwiżit ta' reġistrazzjoni japplika skont il-punt 4.1 jew 4.2, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikkonċernat għandu jkun immarkat u identifikat individwalment, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 57.
|
|
|
ANNESS X
|
ANNESS X
Tabella ta' korrelazzjoni
|
Regolament (KE) Nru 216/2008
|
Dan ir-Regolament
|
|
Artikolu 1(1)
|
Artikolu 2(1) u (2)
|
|
Artikolu 1(2)
|
Artikolu 2(3)
|
|
Artikolu 1(3)
|
Artikolu 2(5)
|
|
Artikolu 2
|
Artikolu 1
|
|
Artikolu 3
|
Artikolu 3
|
|
Artikolu 4(1)(a)
|
Artikolu 2(1)(a)
|
|
Artikolu 4(1)(b)
|
Artikolu 2(1)(b)(i)
|
|
Artikolu 4(1)(c)
|
Artikolu 2(1)(b)(ii)
|
|
—
|
Artikolu 2(1)(b)(iii)
|
|
Artikolu 4(1)(d)
|
Artikolu 2(1)(c)
|
|
Artikolu 4(2)
|
Artikolu 2(2)
|
|
Artikolu 4(3)
|
Artikolu 2(1)(b) u (c)
|
|
Artikolu 4(3a)
|
Artikolu 2(1)(d),(e) u (2)
|
|
—
|
Artikolu 2(4)
|
|
—
|
Artikolu 2(6)
|
|
Artikolu 4(3b)
|
Artikolu 2(7)
|
|
Artikolu 4(3c)
|
Artikolu 2(1)(g) u (2)
|
|
Artikolu 4(4) u (5)
|
Artikolu 2(3)(d)
|
|
Artikolu 4(6)
|
—
|
|
—
|
Artikolu 2(8) sa (11)
|
|
—
|
Artikolu 4
|
|
—
|
Artikolu 5
|
|
—
|
Artikolu 6
|
|
—
|
Artikolu 7
|
|
—
|
Artikolu 8
|
|
Artikolu 5(1), (2) u (3)
|
Artikoli 9 sa 16
|
|
Artikolu 5(4)(a) u (b)
|
Artikolu 18(2)
|
|
Artikolu 5(4)(c)
|
Artikolu 18(1)(b)
|
|
—
|
Artikolu 18(1)(a)
|
|
Artikolu 5(5)
|
Artikolu 17 u 19
|
|
Artikolu 5(6)
|
Artikolu 4
|
|
Artikolu 6
|
Artikoli 9 (2) u 19(3)
|
|
Artikolu 7(1) u (2)
|
Artikoli 20 u 21
|
|
Artikolu 8(4)
|
Artikolu 22
|
|
Artikolu 7(3) sa (7)
|
Artikoli 23 sa 28
|
|
Artikolu 8(1) sa (3)
|
Artikoli 29, 30(1) sa (3)
|
|
—
|
Artikolu 30(4) sa (7)
|
|
Artikolu 8(5)
|
Artikolu 31 u 32
|
|
Artikolu 8(6)
|
Artikolu 4
|
|
Artikolu 8a(1) sa (5)
|
Artikoli 33 sa 39
|
|
Artikolu 8a(6)
|
Artikolu 4
|
|
Artikolu 8b(1) sa (6)
|
Artikoli 40 sa 47
|
|
Artikolu 8b(7)
|
Artikolu 4
|
|
Artikolu 8c(1) sa (10)
|
Artikoli 48 sa 54
|
|
Artikolu 8c(11)
|
Artikolu 4
|
|
—
|
Artikoli 55 sa 58
|
|
Artikolu 9
|
Artikoli 59 sa 61
|
|
Artikolu 10(1) sa (3)
|
Artikolu 62(1) u (2)
|
|
—
|
Artikolu 92(4) sa (8)
|
|
Artikolu 10(4)
|
Artikolu 62(9)
|
|
—
|
Artikolu 62(10) sa (12)
|
|
Artikolu 10(5)
|
Artikolu 62(13) sa (15)
|
|
—
|
Artikolu 63
|
|
—
|
Artikolu 64
|
|
—
|
Artikolu 65
|
|
—
|
Artikolu 66
|
|
Artikolu 11(1) sa (3)
|
Artikolu 67(1) sa (3)
|
|
Artikolu 11(4) sa (5b)
|
—
|
|
Artikolu 11(6)
|
Artikolu 67(4)
|
|
Artikolu 12
|
Artikolu 68
|
|
Artikolu 13
|
Artikolu 69
|
|
Artikolu 14(1) sa (3)
|
Artikolu 70
|
|
Artikolu 14(4) sa (7)
|
Artikolu 71
|
|
Artikolu 15
|
Artikolu 72
|
|
Artikolu 16
|
Artikolu 73
|
|
—
|
Artikolu 74
|
|
Artikolu 17
|
Artikolu 75
|
|
Artikolu 18
|
Artikolu 76(1) sa (5)
|
|
Artikolu 19
|
Artikolu 76(1) sa (5)
|
|
Artikolu 20
|
Artikolu 77
|
|
Artikolu 21
|
Artikolu 78
|
|
Artikolu 22(1)
|
Artikolu 76(6)
|
|
Artikolu 22(2)
|
Artikolu 76(7)
|
|
—
|
Artikolu 79
|
|
Artikolu 22a
|
Artikolu 80
|
|
Artikolu 22b
|
Artikolu 81
|
|
Artikolu 23
|
Artikolu 82(1) u (2)
|
|
—
|
Artikolu 82(3)
|
|
Artikoli 24 u 54
|
Artikolu 85
|
|
Artikolu 25
|
Artikolu 84
|
|
Artikolu 26
|
Artikolu 86(1) - (4)
|
|
—
|
Artikolu 86(5)
|
|
—
|
Artikolu 87
|
|
—
|
Artikolu 88
|
|
—
|
Artikolu 89
|
|
Artikolu 27
|
Artikolu 90(1) sa (3)
|
|
—
|
Artikolu 90(4) sa (6)
|
|
—
|
Artikolu 91
|
|
—
|
Artikolu 92
|
|
—
|
Artikolu 93
|
|
Artikolu 28(1) u (2)
|
Artikolu 94(1) u (2)
|
|
—
|
Artikolu 94(3)
|
|
Artikolu 28(3) u (4)
|
Artikolu 94(4) u (5)
|
|
Artikolu 29(1)
|
Artikolu 95(1)
|
|
Artikolu 29(2)
|
Artikolu 98(2)(m) u (6)
|
|
Artikolu 29(3)
|
—
|
|
—
|
Artikolu 95(2)
|
|
Artikolu 30
|
Artikolu 96
|
|
Artikolu 31
|
Artikolu 97
|
|
Artikolu 32(1)
|
Artikolu 119(3)
|
|
Artikolu 32(2)
|
Artikolu 119(6)
|
|
Artikolu 33
|
Artikolu 98(1) sa (5)
|
|
Artikolu 34(1)
|
Artikolu 99(1) u (2)
|
|
—
|
Artikolu 99(3)
|
|
Artikolu 34(2) u (3)
|
Artikolu 99(4) u (5)
|
|
Artikolu 35
|
Artikolu 100
|
|
Artikolu 36
|
Artikolu 101
|
|
Artikolu 37(1) sa (3)
|
Artikolu 102(1) sa (3)
|
|
—
|
Artikolu 102(4)
|
|
Artikolu 38(1) sa (3)
|
Artikolu 104(1) sa (3)
|
|
—
|
Artikolu 104(4)
|
|
Artikolu 39
|
—
|
|
—
|
Artikolu 103
|
|
Artikolu 40
|
Artikolu 105
|
|
Artikolu 41(1)
|
—
|
|
Artikolu 41(2) u (3)
|
Artikolu 106(1)
|
|
Artikolu 41(4)
|
—
|
|
Artikolu 41(5)
|
Artikolu 106(6)
|
|
Artikolu 42
|
Artikolu 106(2) sa (5)
|
|
Artikolu 43
|
Artikolu 107
|
|
Artikolu 44
|
Artikolu 108
|
|
Artikolu 45
|
Artikolu 109
|
|
Artikolu 46
|
Artikolu 110
|
|
Artikolu 47
|
Artikolu 111
|
|
Artikolu 48
|
Artikolu 112
|
|
Artikolu 49
|
Artikolu 113
|
|
Artikoli 50
|
Artikolu 114(1), (2) u (4)
|
|
Artikolu 51
|
Artikolu 114(3)
|
|
Artikolu 52(1) sa (3)
|
Artikolu 115
|
|
Artikolu 52(4)
|
Artikolu 76(6)
|
|
Artikolu 53(1) u (2)
|
Artikolu 116
|
|
Artikolu 53(3)
|
Artikolu 76(6)
|
|
Artikolu 54
|
Artikolu 85
|
|
Artikolu 55
|
Artikolu 83
|
|
Artikolu 56
|
Artikolu 117
|
|
Artikolu 57
|
Artikolu 118
|
|
Artikolu 58(1) u (2)
|
Artikolu 119(1) u (2)
|
|
—
|
Artikolu 119(4)
|
|
Artikolu 58(3)
|
Artikolu 119(5)
|
|
Artikolu 58(4)
|
Artikolu 132(2)
|
|
Artikolu 59(1) sa (4)
|
Artikolu 120(1) sa (4)
|
|
—
|
Artikolu 120(5)
|
|
Artikolu 59(5) sa (11)
|
Artikolu 120(6) sa (12)
|
|
Artikolu 60
|
Artikolu 121
|
|
Artikolu 61
|
Artikolu 122
|
|
—
|
Artikolu 123
|
|
Artikolu 62
|
Artikolu 124
|
|
Artikolu 63
|
Artikolu 125
|
|
Artikolu 64(1) sa (5)
|
Artikolu 126(4)
|
|
Artikolu 64(2)
|
—
|
|
Artikolu 64(4)
|
Artikolu 126(1)
|
|
Artikolu 64(5)
|
Artikolu 126(2)
|
|
—
|
Artikolu 126(3)
|
|
Artikolu 65
|
Artikolu 127
|
|
Artikolu 65a
|
—
|
|
—
|
Artikolu 128
|
|
Artikolu 66
|
Artikolu 129
|
|
—
|
Artikolu 130
|
|
Artikolu 67
|
—
|
|
Artikolu 68
|
Artikolu 131
|
|
—
|
Artikolu 132(1)
|
|
Artikolu 58(4)
|
Artikolu 132(2)
|
|
Artikolu 69
|
—
|
|
—
|
Artikolu 133
|
|
—
|
Artikolu 134
|
|
—
|
Artikolu 135
|
|
—
|
Artikolu 136
|
|
—
|
Artikolu 137
|
|
—
|
Artikolu 138
|
|
—
|
Artikolu 139
|
|
—
|
Artikolu 140
|
|
Artikolu 70
|
Artikolu 141
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|